Mogħdija tan-navigazzjoni

Diffikultajiet finanzjarji

Aġġornat 05/2011

Il-problemi finanzjarji huma fatt għall-ħajja kummerċjali. Is-soluzzjoni biex negħlbuhom hi li nantiċipawhom naġġixxu mill-aktar fis possibbli.

Kemm in-nuqqas ta' esperjenza tas-sidien tan-negozji kif ukoll fatturi esterni li ma għandhomx kontroll fuqhom, bħall-kompetituri ġodda, nuqqas ta' fornituri jew tibdil mgħaġġel ta' staff, jistgħu jdgħajfu lin-negozju. Negozji żgħar huma partikolarment suxxettibbli għal diffikultajiet finanzjarji peress li ta' spiss jonqoshom ir-riżorsi biex jadattaw għat-tibdil rapidu fil-kundizzjonijiet tas-suq. Huwa importanti li joqogħdu attenti għall-finanzi tagħhom, speċjalment minħabba li l-problemi potenzjali serji mhumiex dejjem evidenti.

Il-Komunikazzjoni tal-2007 tal-Kummissjoni Ewropea tistipula proposti biex b'mod attiv tgħin lin-negozji li jinsabu f'riskju kbir ta' kriżi finanzjarja – prinċipalment permezz ta' pariri mingħand esperti għall-but ta' kulħadd biex ikun hemm lok għal azzjoni bikrija u l-prevenzjoni ta' falliment. Is-sistemi nazzjonali ta' insolvenza għandhom jipprovdu aktar għażliet għar-ristrutturazzjoni u s-salvataġġ.

Riżorsi

Il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea dwar opportunità oħra fin-negozju jipprovdi għajnuna u pariri malli jidher li negozju se jsib ruħu f'diffikultà. Jagħti pariri dwar kif tista' tinduna minn qabel b'sinjali ta' problemi, għodda għar-rendikont tar-rendiment finanzjarju u regoli tad-deheb għal negozji f'diffikultà. Fih wkoll lista ta' organizzazzjonijiet li joffru għajnuna u pariri f'kull pajjiż tal-UE.

Ara wkoll il-leġiżlazzjoni fuq dan is-suġġett fi:

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Aktar għajnuna

Enterprise Europe Network jipprovdi tagħrif u pariri lin-negozji li qed iħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet finanzjarji.