Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
		Aqsam fuq Facebook
	
		Aqsam fuq Twiter
	
		Ixxerja fuq Google+
	
		Aqsam fuq linkedIn

Stqarrija ta' Privatezza

Id-dejta personali tiegħek se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta.

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu s-Sur Jose Puigpelat, Kap tal-Unità COSME fl-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME).

L-għan ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu li jiġi stabbilit kuntatt bejnek u l-konsulenti ta' Netwerk Enterprise Europe li tkun għażilt fil-formola ta’ mistoqsija, biex iwieġbu għar-rikjesta tiegħek.

Il-bażi legali tal-operazzjoni ta’ pproċessar hija l-Artikolu 5(a) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 fejn l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku, l-Artikolu 5(b) tar-Regolament KE 45/2001 li permezz tiegħu hemm l-obbligu legali li għalih huwa soġġett il-kontrollur1 u l-Artikolu 5(d) tar-Regolament KE 45/2001 li permezz tiegħu s-suġġett tad-dejta ikun ta l-kunsens kategoriku tiegħu jew tagħha.

It-tweġibiet għall-mistoqsijiet huma obbligatorji jekk ikunu indikati hekk fil-formola, għaliex huma neċessarji sabiex jippermettu lill-konsulent ta' Netwerk Enterprise Europe biex jirrispondi b'mod korrett għall-mistoqsija tiegħek.

Il-proċessuri tad-dejta tiegħek se jkunu l-imsieħba ta' Netwerk Enterprise Europe li jkunu ffirmaw ftehim ta’ għotja taħt il-programm COSME mal-EASME.

Ir-riċevituri tad-dejta tiegħek se jkun il-persunal rilevanti tan-Netwerk Enterprise Europe li tkun għażilt u t-Tim “L-Ewropa Tiegħek - Negozju” f’EASME. L-informazzjoni inkwistjoni tista’ tiġi kkomunikata lill-entitajiet responsabbli mill-kompiti ta’ monitoraġġ jew ta’ spezzjoni fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni (eż. l-awditjar intern, l-Uffiċju Ewropew Kontra l-Frodi-OLAF). Partijiet terzi, bħal fornituri esterni tas-servizzi li ffirmaw kuntratt ta’ servizzi ma’ EASME, jista’ wkoll ikollhom aċċess għad-dejta tiegħek, fejn dan ikun neċessarju għall-finijiet imsemmija hawn fuq.

Għandek id-dritt li titlob li d-dejta tiegħek titneħħa immedjatament wara li tkun saret it-talba tiegħek.

Għandek id-dritt li jkollok aċċess għad-dejta personali tiegħek u d-dritt li tikkoreġi kull dejta personali mhux preċiża jew mhux kompluta.

Dawn it-talbiet għandhom ikunu indirizzati lill-kontrollur tad-dejta billi tuża l-indirizz tal-email li ġej: EASME-COSME-YEB@ec.europa.eu, u tindika l-pajjiż u l-belt li tkun għażilt meta tibgħat it-talba tiegħek.

Jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar l-ipproċessar tad-dejta personali tiegħek, tista’ tindirizzahom lill-Kap tal-Unità COSME (li jaġixxi bħala l-kontrollur tad-dejta) permezz tal-indirizz tal-email li ġej: EASME-COSME-YEB@ec.europa.eu.

Għandek id-dritt ta’ rikors fi kwalunkwe ħin; tista' teżerċita r-rikors mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta billi tuża dan il-link: http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/edps/lang/mt/EDPS.




1 Jekk jogħġbok innota li dan huwa l-obbligu biex jiġi implimentat il-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (COSME) 2014-2020 (ara d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/771/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-“Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji” u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2004/20/KE u 2007/372/KE).