L-Erasmus għall-imprendituri żgħażagħ

Imprendituri ġodda – kif tikkwalifika għall-iskema

Jekk għadek kif bdejt negozju jew beħsiebek tibda wieħed, tista' tikkwalifika għall-iskema ta' skambju Erasmus għall-imprendituri żgħażagħ.

L-iskema - li hi parzjalment iffinanzjata mill-UE - tippermettilek tqatta' xi żmien f'pajjiż ieħor tal-UE biex taħdem u titgħallem minn imprenditur tal-esperjenza. Jekk jogħġbok innota li din hi skema ta' skambju, mhux impjieg bi ħlas.

Biex tikkwalifika għall-iskema, trid tkun tista' turi l-motivazzjoni tiegħek u l-intenzjoni soda li tibda negozju. Ikollok tippreżenta idea konkreta ta' negozju, inkluż pjan ta' negozju realistiku. Jeħtieġlek ukoll li tkun tista' tikkomplementa l-fondi tal-programm kif ikun hemm bżonn biex tkopri l-ispejjeż tas-soġġorn tiegħek barra pajjiżek.

Tista' xorta tapplika anke jekk tkun diġà bdejt negozju. L-importanti li ma tkunx ilek tmexxi n-negozju għal aktar minn 3 snin meta tapplika.

Għandu jkollok aktar minn 18-il sena u tkun resident f'pajjiż tal-UE jew f'pajjiż li jagħmel parti mill-ftehim COSME en għal dawn l-aħħar 180 jum.

Tul tal-iskema

It-tul tal-iskema hu ta' bejn xahar u 6 xhur. Hu rakkomandat li tagħmel l-iskambju kollu mingħajr interruzzjoni, iżda hu possibbli li taqsam iż-żjara tiegħek f'diversi partijiet, sakemm tispiċċa fi żmien 12-il xahar mill-bidu tal-programm.

Lil min għandek tikkuntattja

Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi hemm punti ta' kuntatt lokali (Organizzazzjoni Intermedjarja - OI). Dawn jiggwidawk fl-applikazzjoni u l-proċess ta' skambju u jħallsu l-appoġġ finanzjarju tiegħek. F'każ li ma jkunx hemm OI f'pajjiżek, tista' tikkuntattja OI f'pajjiż ieħor.

Appoġġ finanzjarju tal-UE

Tista' tapplika għal għajnuna finanzjarja sabiex tgħinek fl-ispejjeż tal-ħajja tiegħek ta' kuljum u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar waqt li qed tipparteċipa fil-programm. L-ammont li tirċievi jvarja minn pajjiż għal ieħor.

Żjarat fil-pajjiż fejn joqgħod l-imprenditur il-ġdid L-ammont li jingħata kull xahar waqt li tkun fil-pajjiż (f'euro)
Id-Danimarka 1100
L-Irlanda 1000
Il-Finlandja, l-Iżvezja 950
L-Awstrija, Franza, l-Iżlanda, l-Italja 900
Il-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, il-Lussemburgu, in-Nertherlands 830
Ċipru, il-Greċja, il-Portugall 780
It-Turkija 750
Il-Kroazja, Malta, is-Slovenja 720
L-Estonja, l-Ungerija 670
L-Armenja, iċ-Ċekja, il-Latvja, il-Polonja, is-Slovakkja 610
Il-Bulgarija, il-Maċedonja ta' Fuq, il-Litwanja, il-Montenegro, ir-Rumanija, is-Serbja 560
L-Albanija, il-Moldova. 530
Ir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-UE, l-OCTs u imprendituri bi bżonnijiet speċjali 1100

Kif tapplika

Dokumenti meħtieġa biex tapplika:

  • Is- CV tiegħek
  • L- ittra ta' motivazzjoni tiegħek
  • Il- pjan ta' negozju tiegħek

Għal aktar tagħrif tista' tikkonsulta l- Gwida ta' reġistrazzjoni għall-imprendituri ġodda en

Kif issir ospitant u tilqa' imprenditur ġdid

Jekk inti imprenditur ta' suċċess u bl-esperjenza jew is-sid ta' negozju żgħir, tista' tikkwalifika biex tospita imprenditur ġdid. Tista' tibbenefika int stess meta tkun parti minn din l-iskema b'diversi modi, pereżempju:

  • Li taħdem ma' imprenditur ħerqan ġdid jista' jwassal għal ideat innovattivi, għarfien u ħiliet ġodda għan-negozju tiegħek.
  • Jista' jkollok il-possibbiltà li titgħallem dwar swieq barranin, dan jista' jwassal għal opportunitajiet ta' tkabbir tan-negozju tiegħek u involviment f'attivitajiet transkonfinali.
  • Jista' jkollok l-opportunità biex ittejjeb il-ħiliet lingwistiċi tiegħek.

Kif tapplika bħala l-parti li tospita

  • Tista' tirreġistra għall-iskema online en

X'għandek bżonn biex tipparteċipa bħala ospitant fil-programm

  • Jeħtieġ li tkun resident permanenti f'Pajjiż Membru tal-UE jew xi pajjiż ieħor parteċipanti.
  • Trid tipprovdi s-CV tiegħek (li tispeċifika l-esperjenza imprenditorjali tiegħek – minimu ta' 3 snin - u informazzjoni dwar in-negozju attwali).
  • Trid tkun kapaċi turi l-motivazzjoni tiegħek li tipparteċipa fl-iskema

Tista' taqra aktar dwar xi jkun jinvolvi r-rwol tiegħek fil- Gwida għall-imprendituri ospitanti en

Ara wkoll

Għal intrapriżi u intraprendituri
Għal konsumaturi u impjegati

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 08/03/2024
Ikkondividi din il-paġna