Appoġġ għan-negozju
Aġġornat 08/2011
-
Unjoni Ewropea
-
Ċipru
elen
-
Estonia
enet
-
Franza
enfr
-
Id-Danimarka
daen
-
Il-Belġju
enfrnl
-
Il-Bulgarija
bgen
-
Il-Finlandja
enfi
-
Il-Ġermanja
deen
-
Il-Greċja
elen
-
Il-Latvja
enlv
-
Il-Litwanja
enlt
-
Il-Lussemburgu
enfr
-
Il-Polonja
enpl
-
Il-Portugall
enpt
-
In-Norveġja
enno
-
Ir-Renju Unit
en
-
Ir-Repubblika Ċeka
csen
-
Ir-Rumanija
enro
-
Is-Slovakkja
ensk
-
Is-Slovenja
ensl
-
L-Awstrija
deen
-
L-Irlanda
en
-
L-Italja
enit
-
L-Iżvezja
ensv
-
L-Olanda
ennl
-
L-Ungerija
enhu
-
Malta
en
-
Spanja
enes
Ngħinu lin-negozji
L-UE tappoġġa b’mod attiv lin-negozji, speċjalment dawk żgħar, billi toffrilhom assistenza personalizzata bla ħlas permezz ta' sensiela ta' netwerks u servizzi pan-Ewropej:
Enterprise Europe Network
Enterprise Europe Network joffri punt wieħed li jaqdi l-ħtiġijiet kollha tan-negozji fl-UE. Dan jipprovdi tagħrif u assistenza dwar firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet, li jinkludu:
- l-attivitajiet f’iktar minn pajjiż wieħed;
- l-innovazzjoni u t-teknoloġija;
- l-aċċess għal finanzi u programmi;
- il-kooperazzjoni kummerċjali.
Jgħin ukoll lill-kumpaniji sabiex jifhmu l-liġijiet tal-UE marbuta direttament mal-attivitajiet tagħhom.
In-netwerk jipprovdi wkoll tagħrif permezz ta’ attivitajiet intiżi biex iqajmu kuxjenza (fieri kummerċjali, seminars, lekċers u gruppi ta' ħidma) u firxa ta’ pubblikazzjonijiet offruti bil-lingwi lokali (gwidi, newsletters, websajts).
In-negozji għandhom aċċess għan-netwerk permezz ta’ 600 punt ta’ kuntatt lokali li jiżguraw kopertura ġeografika estensiva f’madwar 49 pajjiż madwar l-Ewropa u lil hinn minnha. Għadd kbir (kważi 4000 persuna) ta’ persunal b’esperjenza li ġejjin minn sfondi kummerċjali, industrijali u tar-riċerka huma disponibbli għall-kumpaniji li jeħtieġu xi parir.
Il-biċċa l-kbira tal-imsieħba fin-netwerk ġejjin minn organizzazzjonijiet reġjonali kwalifikati bħal kmamar tal-kummerċ, organizzazzjonijiet tan-negozji, aġenziji għall-iżvilupp reġjonali u ċentri teknoloġiċi universitarji.
SOLVIT
SOLVIT jgħin lin-negozjanti jsolvu problemi konkreti li jolqtu iktar minn pajjiż wieħed li jfeġġu minħabba applikazzjoni żbaljata tar-regoli tal-UE min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi. Dawn jinkludu:
- l-aċċess tal-prodotti għas-suq;
- il-forniment ta’ servizzi;
- dawk li jridu jaħdmu għal rashom;
- il-kuntratti pubbliċi;
- ir-rimborżi ta’ taxxi jew tal-VAT;
- il-kontrolli tal-fruntieri.
SOLVIT, li jiffunzjona bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE, isib soluzzjonijiet prammatiċi permezz ta' pressjoni bejn l-imsieħba u kooperazzjoni mal-amministrazzjonijiet rilevanti, fi żmien għaxar ġimgħat. Biex dan isir, iċ-ċentru SOLVIT lokali tan-negozju jaħdem mill-viċin maċ-ċentru tal-pajjiż fejn tkun qamet il-problema.
SOLVIT jikkonsisti fi 30 ċentru, li kollha huma parti minn amministrazzjoni nazzjonali, f'kull pajjiż tal-UE u fl-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.
Servizzi Ewropej għall-Impjiegi (EURES)
EURES joffri informazzjoni u appoġġ lil min iħaddem u lil min ikun qed ifittex xogħol dwar opportunitajiet tar-reklutaġġ u l-impjiegi madwar l-UE. F'reġjuni tal-fruntieri, EURES jipprovdi informazzjoni fuq l-ivvjaġġar minn fruntiera għall-oħra u jgħin lill-ħaddiema u lil min iħaddem bi kwalunkwe problema li jiltaqgħu magħha.
Is-700 konsulent ta' EURES jiffurmaw netwerk ta' kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u s-servizzi tal-impjiegi pubbliċi fil-pajjiżi tal-UE, in-Norveġja, l-Islanda, il-Liechtenstein u l-Isvizzera.
Netwerk Ewropew taċ-Ċentri tal-Konsumaturi (ECC-NET)
In-Netwerk Ewropew taċ-Ċentri tal-Konsumatur, imwaqqaf flimkien mill-UE u l-pajjiżi tagħha, jipprovdi għajnuna fi problemi bejn negozji u konsumaturi meta l-konsumaturi jixtru minn pajjiż ieħor jew fiżikament jew permezz tal-bejgħ mill-bogħod (l-iżjed xiri minn fuq l-internet).
Dan in-netwerk jgħin lill-konsumaturi jsolvu l-problemi tagħhom man-negozjanti - jew b'mod amikevoli jew billi jaslu għal ftehim xieraq barra mill-qorti (risolviment ta' tilwimiet b'modi alternattivi). Jipprovdi wkoll informazzjoni dwar ir-regoli tal-protezzjoni tal-konsumaturi tal-UE u nazzjonali.
In-netwerk jikkonsisti f'29 ċentru tal-konsumatur fil-pajjiżi kollha tal-UE u magħhom l-Islanda u n-Norveġja.
- Dwar in-Netwerk Ewropew taċ-Ċentri tal-Konsumaturi
- In-Netwerk Ewropew taċ-Ċentri tal-Konsumaturi - websajts tal-kuntatti
L-Ombudsman Ewropew
In-negozji jistgħu jagħmlu l-ilmenti mal-Ombudsman Ewropew dwar l-amministrazzjoni ħażina minn istituzzjonijiet u korpi tal-UE, bħal pagamenti tard, tilwimiet kuntrattwali, problemi b'sejħiet għal offerta jew rifjut ta' aċċess għad-dokumenti.
Il-kumpaniji spiss ikollhom x'jaqsmu mal-istituzzjonijiet tal-UE meta jieħdu sehem fi proġġetti appoġġjati mill-UE u għalhekk jistgħu jiltaqgħu ma' problemi li jista' jsolvi l-Ombudsman.
It-Tfassil Interattiv tal-Politika
It-Tfassil Interattiv tal-Politika hu sistema għall-ġestjoni tal-kwestjonarji onlajn. L-għan tiegħu hu li jgħin lill-amministrazzjonijiet tal-pajjiżi tal-UE u lill-istituzzjonijiet tal-UE jifhmu aħjar il-bżonnijiet taċ-ċittadini u l-intrapriżi.
Il-Ħelpdesk tal-IPR għal SMEs fiċ-Ċina
Il-ħelpdesk tal-IPR tal-SMEs għaċ-Ċina hu servizz MINGĦAJR ĦLAS li jipprovdi lin-negozji ta' daqs żgħir u medju kemm bl-informazzjoni kif ukoll bl-għodod, biex jimmaniġġjaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR) tagħhom meta jinnegozjaw fiċ-Ċina.
Biex jiġi żgurat li l-intrapriżi jkunu iktar preparati, il-Ħelpdesk tal-IPR għall-SMEs jipprovdi:
- Parir espert individwali dwar il-ħarsien u l-infurzar tal-proprjetà intellettwali tiegħek bl-email, bit-telefown, permezz tal-portal onlajn jew wiċċ imb'wiċċ;
- Avvenimenti għall-industrija u speċifiċi għall-IP fiċ-Ċina u fl-Ewropa;
- Gwidi u materjal prattiku disponibbli bl-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, l-Ispanjol u l-Pollakk.
Il-Ħelpdesk tal-IPR għal SMEs għandu l-għan li jgħinek tagħmel deċiżjonijiet iktar informati meta tagħmel negozju fiċ-Ċina.
Il-komunikazzjoni man-negozji
L-istituzzjonijiet tal-UE jiżguraw li l-kumpaniji jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha rilevanti mal-attivitajiet tagħhom. Huma jipprattikaw ukoll djalogu kontinwu man-negozji u jinvolvuhom fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet - kemm permezz ta' assoċjazzjonijiet u individwalment.
Il-Portal Ewropew tan-Negozji ż-Żgħar
Portal waħdieni provdut mill-Kummissjoni Ewropea mimli links għal informazzjoni dwar il-politiki, il-programmi u l-proġetti tal-UE, għodod u servizzi lkoll immirati lejn il-kumpaniji żgħar. Il-portal huwa disponibbli b’21 lingwa.
Il-Bord bi Prova dwar in-Negozju Ewropew
Il-Bord tal-Intrapriżi Ewropej jagħti l-opportunità lin-negozji individwali sabiex ikunu kkonsultati b'mod regolari dwar l-inizjattivi u l-politiki proposti tal-UE li aktarx iħallu impatt fuqhom.
Dawn jistgħu jagħmlu dan billi jimlew kwestjonarju qasir disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE u li jieħu madwar 15-20 minuta biex jimtela.
Il-membri tal-bord jiġu kkonsultati biss dwar kwistjonijiet ta' rilevanza diretta għan-negozji. Kull konsultazzjoni (madwar 6-8 fis-sena) hi dwar suġġett differenti.
Il-parteipċazzjoni hi volontarja u kwalunkwe kumpanija individwali stabbilita fl-UE (inklżi n-Norveġja u l-Islanda) jistgħu jkunu fil-bord.
Iċ-Ċentru ta’ Riżorsi ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni għall-Amministraturi, Negozji u Ċittadini
Iċ-Ċentru ta’ Riżorsi ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni għall-Amministraturi, Negozji u Ċittadini (CIRCABC) hu servizz pubbliku bbażat fuq il-web li jintuża għall-ħolqien ta' spazji kollaborattivi ta' xogħol. Jagħmel id-dokumenti tal-amministrazzjoni pubblika iktar aċċessibbli u armonizzati għall-assoċjazzjonijiet ta' negozju u privati.
L-assoċjazzjonijiet Ewropej
EUROCHAMBRES, l-Assoċjazzjoni tal-Kmamar tal-Kummerċ u l-Industrija Ewropej, tirrapreżenta l-kmamar tal-kummerċ u l-industrija madwar l-Ewropa.
Il-missjoni tagħha hi li tagħtihom vuċi u pożizzjoni iżjed b'saħħithom fuq il-kwistjonijiet ekonomiċi l-kbar kollha, biex tassigura l-involviment tagħhom fi proġetti ta' valur għan-negozju, l-għoti ta' servizzi lill-membri tagħha, u l-iżvilupp ta' netwerk tal-appoġġ Ewropew għall-intrapriżi.
EUROCHAMBRES tirrappreżenta iktar minn 20 miljun intrapriża fl-Ewropa - 93% minnhom huma SMEs - minn 45 pajjiż u netwerk Ewropew ta' 2000 Kamra reġjonali u lokali.
BUSINESSEUROPE tirrappreżenta iktar minn 20 miljun kumpanija żgħar, medji u kbar permezz tal-membri tagħha, 41 organizzazzjoni ta' negozji nazzjonali ewlenin f'35 pajjiż.
Il-missjoni tagħha hi li ssaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomija Ewropea biex iżżid il-prosperità u l-opportunitajiet għall-Ewropej kollha.
L-Assoċjazzjoni Ewropea ta' Intrapriżi tas-Sengħa ta' daqs Żgħir u Medju (UEAPME) twassal l-interessi ta' negozji Ewropej tas-snajja' u negozji żgħar fl-istituzzjonijiet tal-UE.
Tipprovdi lill-membri tagħha b'appoġġ u informazzjoni dwar il-politika tal-UE. Hi involuta wkoll fil-leġiżlazzjoni tal-UE kollha li taffettwa n-negozji ż-żgħar. Hi organizzazzjoni ta' min iħaddem rikonoxxuta bħala msieħeb soċjali Ewropew.
UEAPME tikkonsisti f'85 organizzazzjoni membru (organizzazzjonijiet nazzjonali tan-negozji ż-żgħar, kmamar tas-snajja' u organizzazzjonijiet settorjali Ewropej), tirrappreżenta 'il fuq minn 12-il miljun negozju ta' daqs żgħir u medju u tħaddem 55 miljun ruħ madwar l-Ewropa kollha.
Ara wkoll il-leġiżlazzjoni fuq dan is-suġġett fi:
-
Ċipru
elen
-
Estonia
enet
-
Franza
enfr
-
Id-Danimarka
daen
-
Il-Belġju
enfrnl
-
Il-Bulgarija
bgen
-
Il-Finlandja
enfi
-
Il-Ġermanja
deen
-
Il-Greċja
elen
-
Il-Latvja
enlv
-
Il-Litwanja
enlt
-
Il-Lussemburgu
enfr
-
Il-Polonja
enpl
-
Il-Portugall
enpt
-
In-Norveġja
enno
-
Ir-Renju Unit
en
-
Ir-Repubblika Ċeka
csen
-
Ir-Rumanija
enro
-
Is-Slovakkja
ensk
-
Is-Slovenja
ensl
-
L-Awstrija
deen
-
L-Irlanda
en
-
L-Italja
enit
-
L-Iżvezja
ensv
-
L-Olanda
ennl
-
L-Ungerija
enhu
-
Malta
en
-
Spanja
enes





