Kabbar in-negozju
Filwaqt li l-leġislazzjonijiet differenti u l-ostakli għall-kummerċ jistgħu jagħmluha diffiċli għan-negozji li jkabbru u jidħlu fi swieq ġodda fl-UE u barra mill-UE, il-kooperazzjoni minn naħa ta' fruntiera għall-oħra bejn kumpaniji minn pajjiżi differenti tal-UE tista' tgħinhom biex iżidu l-kompetittività tagħhom.
In-negozji jistgħu jwaqqfu ftehim dwar il-produzzjoni, negozju bi sħab, frankiġja, trasferimenti tat-teknoloġija u proġetti ta' riċerka kollaborattiva. Il-forniment ta' servizzi u prodotti permezz ta' intermedjarju jista' jwassal biex jiġu frankati l-ħin u l-flus. Ikunu jistgħu jidħlu fi swieq ġodda billi tinfetaħ fergħa jew kumpanija sussidjarja f'pajjiż ieħor tal-UE jew permezz ta' amalgamazzjonijiet.
Fl-istess ħin, in-negozji tal-UE - anke dawk żgħar - ikunu jistgħu jikbru u jsiru iżjed kompetittivi billi jinħatfu l-opportunitajiet fis-swieq globali.





