Mogħdija tan-navigazzjoni

Sib imsieħba fin-negozju

Aġġornat 06/2011

Is-sħubija ma’ negozji oħra tista’ turi lilha nnifisha bħala strateġija effettiva għad-ditti li jixtiequ jespandu lil hinn mis-suq domestiku tagħhom f’pajjiżi oħra tal-UE.

Il-kooperazzjoni tista’ tieħu diversi forom – ftehimiet dwar produzzjoni, negozju bi sħab, konċessjonijiet, trasferiment ta’ teknoloġija u proġetti konġunti ta’ riċerka.

In-negozji jistgħu wkoll jindunaw li jiffrankaw il-ħin u l-flus meta jużaw intermedjarji f’pajjiżi oħra biex ibigħulhom il-prodotti tagħhom.

Differenzi fir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-kummerċ jistgħu joħolqu kumplikazzjonijiet għan-negozji li qed ifittxu biex jikkooperaw. L-UE wieġbet permezz ta’ diversi miżuri biex tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn il-fruntieri:

Gruppi Ewropej b’interess ekonomiku (EEIGs)

Il-gruppi Ewropej b’interess ekonomiku jgħinu lill-membri tagħhom biex jiġbru flimkien ir-riżorsi, l-attivitajiet u l-kapaċitajiet. Dawn jistgħu jiġu fformati minn:

  • kumpaniji, ditti u entitajiet legali oħra – pubbliċi jew privati – b’uffiċċju rreġistrat fl-UE;              
  • individwi impenjati fl-industrija, il-kummerċ, is-snajja’ jew fl-attivitajiet agrikoli, jew li jipprovdu servizzi professjonali jew oħrajn fl-UE.              

Il-gruppi għandhom ikollhom membri minn tal-anqas żewġ pajjiżi differenti tal-UE.

Soċjetajiet kooperattivi Ewropej

Is-soċjetajiet kooperattivi Ewropej jippermettu lill-membri – individwi jew entitajiet korporati – li jwettqu ċerti attivitajiet flimkien, filwaqt li jibqgħu indipendenti.

B'rekwiżit minimu ta’ kapiltal ta’ €30,000, jistgħu joperaw fl-UE permezz ta’ entità legali bi struttura waħda. Huma jistgħu jespandu u jirristrutturaw operazzjonijiet bejn il-fruntieri mingħajr ma jkollhom bżonn jissettjaw netwerks ta’ sussidjarji.

Kooperattivi minn diversi pajjiżi differenti jistgħu jingħaqdu biex jifformaw soċjetà kooperattiva Ewropea. Kooperattiva li topera f’pajjiż ieħor tal-UE minn dak li fih hi rreġistrata tista’ tinbidel f’kooperattiva Ewropea mingħajr ma jkollha l-ewwel tistralċja.

Riżorsi

Biex jinstabu sħab fl-UE, in-negozji jistgħu jużaw ir-reġistru Ewropew tal-kummerċ, li jagħti aċċess għal informazzjoni li wieħed jista’ joqgħod fuqha dwar kumpaniji mill-UE kollha, ibbażata fuq ir-reġistru uffiċjali tal-pajjiż.

Ara wkoll il-leġiżlazzjoni fuq dan is-suġġett fi:

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Aktar għajnuna

Enterprise Europe Network jagħti informazzjoni u pariri lin-negozji dwar is-sejbien ta’ sħab fl-UE.

In-netwerk jorganizza avvenimenti għas-sejbien ta’ sħab għal kumpaniji li jkunu qed ifittxu sieħeb f’qasam partikulari – ta’ spiss waqt fieri settorjali internazzjonali. Hu jimmaniġġja wkoll  il-bażi tad-dejta tal-kooperazzjoni kummerċjali li tintuża faċilment, li hi aċċessibbli permezz tas-sħab tan-Network, b’informazzjoni dwar eluf ta’ ditti li qed ifittxu sħab.