Kummerċ barra mill-UEBarra l-UE
Aġġornat 06/2011
-
Unjoni Ewropea
-
Ċipru
elen
-
Franza
enfr
-
Id-Danimarka
daen
-
Il-Belġju
enfrnl
-
Il-Bulgarija
bgen
-
Il-Finlandja
enfi
-
Il-Ġermanja
deen
-
Il-Greċja
elen
-
Il-Latvja
enlv
-
Il-Litwanja
enlt
-
Il-Lussemburgu
enfr
-
Il-Polonja
enpl
-
Il-Portugall
enpt
-
In-Norveġja
enno
-
Ir-Renju Unit
en
-
Ir-Repubblika Ċeka
csen
-
Ir-Rumanija
enro
-
Is-Slovakkja
ensk
-
Is-Slovenja
ensl
-
L-Awstrija
deen
-
L-Estonja
enet
-
L-Irlanda
en
-
L-Italja
enit
-
L-Iżvezja
ensv
-
L-Olanda
ennl
-
L-Ungerija
enhu
-
Malta
en
-
Spanja
enes
L-Unjoni Ewropea hi kemm l-akbar investitur kif ukoll l-akbar esportatur ta’ prodotti u servizzi fid-dinja. L-għan strateġiku tagħha hu li jiġi żgurat li l-ekonomija tagħha hi miftuħa u kompetittiva fix-xena dinjija.
Politika dwar il-kummerċ internazzjonali
Komponent ewlieni tal-istrateġija tal-UE għall-iżvilupp u l-impjiegi hu l-aċċess għas-swieq barranin għan-negozji tal-UE.
-
Kummerċ
- Livell dinji
-
Kummerċ u kompetittività
-
Strateġija għall-aċċess fis-suq
-
Promozzjoni tal-Viċinat Ewropew
F’oqsma li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ internazzjonali, l-UE taħdem mill-qrib mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u ma’ organizzazzjonijiet multilaterali oħrajn. Ir-rwol tagħha jestendi wkoll għal ftehimiet kummerċjali bilaterali, kooperazzjoni regolatorja, valutazzjoni ta' konformità u ftehimiet ta’ għarfien reċiproku u d-difiża tal-interessi tal-UE meta pajjiżi mhux mill-UE joħolqu ostakoli tekniċi għall-kummerċ jew f'każ ta’ dumping.
-
L-UE u d-WTO
-
Relazzjonijiet kummerċjali bilaterali
-
Regoli tal-kummerċ u strumenti ta' difiża
-
Ostakoli tekniċi għall-kummerċ
-
Ftehimiet ta’ għarfien reċiproku
Biex tirrimedja l-livell baxx ta’ involviment min-negozji żgħar fis-swieq tal-UE u oħrajn mhux tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea nediet proġett u għadd ta' studji dwar l-appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni ta' negozji żgħar biex jinsabu l-ostakoli u l-muturi ħalli ssir espansjoni bejn il-fruntieri, u tipproponi rakkomandazzjonijiet dwar kif jista' jingħata iktar appoġġ għall-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs Ewropej.
Dwani
Billi l-UE nnifisha hi unjoni bejn dwani, in-negozji tal-UE ma għandhom għalfejn jagħmlu ebda verifika jew iħallsu dazji meta huma jibagħtu prodotti bejn il-fruntieri interni tal-UE. L-unjoni bejn id-dwani tal-UE hi għalhekk element essenzjali fit-tħaddim tas-suq waħdieni.
Il-proċeduri applikabbli għal prodotti kkummerċjalizzati ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE huma ddefiniti fil-Kodiċi Komunitarja tad-Dwana. Il-proċeduri huma l-istess fil-pajjiżi kollha tal-UE. Il-prodotti importati u esportati huma kklassifikati u ddikjarati skont in-nomenklatura magħquda tal-UE.
Biex ikunu jafu x’dazji għandhom iħallsu għal prodott partikulari, l-importaturi jistgħu jikkonsultaw lit-TARIC (it-tariffa integrata tal-UE), li fiha kemm id-dazji tad-dwana kollha u l-miżuri dwar il-politika kummerċjali kif ukoll informazzjoni dwar il-kwoti u l-ftehimiet kummerċjali preferenzjali. L-awtoritajiet tad-dwana jistgħu jagħtu lin-negozjanti l-klassifikazzjoni tat-tariffi tal-prodotti li biħsiebhom jimportaw jew jesportaw (Informazzjoni Tariffarja Vinkolanti – BTI).
-
Strateġija doganali
-
Kodiċi Komunitarja tad-Dwana
-
Nomenklatura Magħquda
-
Bażi tad-dejta għad-dwana onlajn: TARIC
-
Klassifikazzjoni tal-prodotti: Informazzjoni Tariffarja Vinkolanti
Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jistgħu jgawdu minn aċċess ħieles għas-suq tal-UE jew minn tnaqqis ta’ tariffi skont is-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi (GSP), bil-kundizzjoni li huma jissodisfaw ċerti standards internazzjonali dwar l-ambjent u l-impjiegi.
Il-politika dwar id-dwana hi mfassla kemm biex tipproteġi l-konsumaturi tal-UE kontra prodotti perikolużi, notevolment dawk foloz, kif ukoll biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri kummerċjali għall-benefiċċju ta’ negozji konformi. Ġiet adottata Deċiżjoni tal-UE fil-bidu tal-2008, bl-għan li l-proċeduri tad-dwana jiġu progressivament ikkompjuterizzati fl-UE u li tinħoloq sistema waħda għat-trasport bejn il-fruntieri ta' prodotti fl-UE kollha.
Il-proċeduri l-ġodda saru obbligatorji mill-1 ta' Jannar 2011 bis-saħħa tal-"Emenda dwar is-sikurezza u s-sigurtà" fil-Kodiċi tad-Dwana Dawn jiżguraw livell ekkwivalenti ta' protezzjoni permezz ta' kontrolli tad-dwana għall-prodotti kollha li jidħlu jew joħorġu mit-territorju tad-dwana tal-UE.
Il-kumpaniji li jinnegozjaw barra pajjiżhom jinħtiġilhom ikunu jafu kif jimmaniġġjaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tagħhom f'pajjiż ieħor.
Riżorsi
Il-bażi tad-dejta dwar l-aċċess tas-swieq twassal informazzjoni dwar it-tariffi, ir-regoli tad-dwana u d-dazji fid-dinja. In-negozji jistgħu jużaw ir-reġistru tal-ilmenti biex jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea bil-miżuri li jillimitaw l-importazzjonijiet u l-investiment fis-swieq lil hinn mill-UE.
Diversi bażijiet tad-dejta dwar id-dwana ġew żviluppati mill-Kummissjoni Ewropea u qed joperaw flimkien ma’ dwani ta’ pajjiżi u servizzi ta’ tassazzjoni tal-UE.
Il-helpdesk tal-esportazzjoni jgħin lill-esportaturi f’pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ikollhom aċċess għas-suq tal-UE.
Programmi
L-UE żviluppat diversi programmi biex tissaħħaħ il-preżenza tal-kumpaniji tal-UE f’reġjuni differenti tad-dinja bl-iżvilupp ta’ kooperazzjoni kummerċjali.
-
Portal tal-Ġappun u l-Korea
-
PRO€INVEST (l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku)
-
AL-Invest (l-Amerika Latina)
-
Programm SWITCH għall-Ażja
-
Ċentru UE-Ġappun: Programmi għall-kummerċ
Dwana 2013 hu programm maħsub biex titjieb il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tad-dwani tal-pajjiżi tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea, u jgħinlis-27 pajjiż tal-UE sabiex jilħqu għanijiet komuni b’mod aktar faċli għall-protezzjoni tal-pubbliku u għall-iffaċilitar tal-kummerċ.
Ara wkoll il-leġiżlazzjoni fuq dan is-suġġett fi:
-
Ċipru
elen
-
Franza
enfr
-
Id-Danimarka
daen
-
Il-Belġju
enfrnl
-
Il-Bulgarija
bgen
-
Il-Finlandja
enfi
-
Il-Ġermanja
deen
-
Il-Greċja
elen
-
Il-Latvja
enlv
-
Il-Litwanja
enlt
-
Il-Lussemburgu
enfr
-
Il-Polonja
enpl
-
Il-Portugall
enpt
-
In-Norveġja
enno
-
Ir-Renju Unit
en
-
Ir-Repubblika Ċeka
csen
-
Ir-Rumanija
enro
-
Is-Slovakkja
ensk
-
Is-Slovenja
ensl
-
L-Awstrija
deen
-
L-Estonja
enet
-
L-Irlanda
en
-
L-Italja
enit
-
L-Iżvezja
ensv
-
L-Olanda
ennl
-
L-Ungerija
enhu
-
Malta
en
-
Spanja
enes






















