Falliment u bidu mill-ġdid
Aġġornat 05/2011
-
Unjoni Ewropea
-
Ċipru
elen
-
Franza
enfr
-
Id-Danimarka
daen
-
Il-Belġju
enfrnl
-
Il-Bulgarija
bgen
-
Il-Finlandja
enfi
-
Il-Ġermanja
deen
-
Il-Greċja
elen
-
Il-Latvja
enlv
-
Il-Litwanja
enlt
-
Il-Lussemburgu
enfr
-
Il-Polonja
enpl
-
Il-Portugall
enpt
-
In-Norveġja
enno
-
Ir-Renju Unit
en
-
Ir-Repubblika Ċeka
csen
-
Ir-Rumanija
enro
-
Is-Slovakkja
ensk
-
Is-Slovenja
ensl
-
L-Awstrija
deen
-
L-Estonja
enet
-
L-Irlanda
en
-
L-Italja
enit
-
L-Iżvezja
ensv
-
L-Olanda
ennl
-
L-Ungerija
enhu
-
Malta
en
-
Spanja
enes
L-intraprendituri jistgħu jkunu kapaċi li jevitaw il-falliment billi jantiċipaw id-diffikultajiet - jekk joqogħdu dejjem attenti għas-sitwazzjoni finanzjarja tan-negozju tagħhom.
Meta l-applikazzjoni għall-falliment tkun l-unika alternattiva għas-sid tan-negozju, ikun jaqbel li jitnaqqsu l-ispejjeż, u jinbdew il-proċeduri llum qabel għada, u li dak li jkun jimxi għal proġett ta' negozju ġdid.
L-UE taħdem favur proċeduri iżjed sempliċi u li jieħdu inqas żmien għall-falliment u tinkoraġġixxi li jingħata t-tieni ċans lill-intraprendituri onesti li jkunu fallew, biex b'hekk jerġgħu jiġu fuq l-istess livell daqs intraprendituri ġodda.
Fl-2011, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat rapport ta' grupp ta' esperti li ppreżentaw rakkomandazzjonijiet dwar il-politika fuq l-erba' sotto-oqsma li jinkludu l-proċess ta' falliment fis-sens wiesa' tiegħu:
- sistemi ta' twissija bikrija (prevenzjoni ta' falliment);
- arranġamenti li ma jinvolvux qrati;
- proċedura fil-qorti;
- it-tieni ċans (li jiffaċilità bidu ġdid għal intraprendituri li fallew fil-passat).
-
Ir-rapport dwar il-prevenzjoni ta' falliment, simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' falliment u appoġġ għal bidu ġdid
[1 MB]
-
Il-portal tat-tieni ċans
Insolvenza
L-UE waqqfet regoli komuni, li b'mod partikolari jkopru:
- ġurisdizzjoni sabiex jinfetħu l-proċeduri tal-insolvenza minn fruntiera għall-oħra u rikonoxximent tad-deċiżjonijiet tal-qrati ta' pajjiż wieħed madwar l-UE sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn intraprendituri insolventi jittrasferixxu l-assi tagħhom jew jevitaw li jinbdew proċeduri legali f'xi pajjiż;
- protezzjoni għal impjegati f'każijiet ta' insolvenza;
- appoġġ mill-gvern għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta' kumpaniji f'diffikultà.
Proċeduri tal-falliment iżjed sempliċi u li jdumu inqas
Meta negozju ma jkunx jista' jiġi salvat jew bl-istrutturar mill-ġdid jew bil-bejgħ ta' ishma, deċiżjoni fil-pront li ssir applikazzjoni għall-falliment tista' timminimizza t-telf għal dawk kollha kkonċernati.
Proċeduri tal-falliment effettivi jippermettu li jintlaħaq bilanċ raġonevoli bejn l-interessi tan-negozju, l-investituri, l-impjegati u s-sidien meta ssir l-allokazzjoni mill-ġdid tal-assi mill-kumpanija li tkun falliet, u jgħinu biex jinżamm kemm jista' jkun possibbli mill-valur tagħhom.
L-UE tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet nazzjonali biex jagħmlu proċeduri tal-falliment li ma jdumux u li huma faċli - li ma jdumux iżjed minn sena.
Bidu mill-ġdid wara l-falliment
Meta 4 sa 6% biss tal-fallimenti jkunu frodulenti, hu essenzjali għall-ekonomija li toffri t-tieni ċans lil intraprendituri onesti li jkunu fallew.
L-istudji juru li t-tieni tentattiv minn intraprendituri hu aktar vantaġġuż u joħloq iżjed impjiegi. L-intraprendituri jitgħallmu mill-iżbalji jivvalutaw aħjar ir-riskji u l-opportunitajiet.
L-UE tipproponi soluzzjonijiet sabiex jgħinu lill-intraprendituri li jaffaċċjaw diffikultajiet prattiċi u psikoloġiċi meta jwaqqfu t-tieni negozju tagħhom:
- mezzi finanzjarji xierqa għandhom jiġu ddedikati għal bidu mill-ġdid;
- banek u istituzzjonijiet finanzjarji għandhom iqisu mill-ġdid l-attitudni ta' kawtela tagħhom lejn dawk li jkunu se jerġgħu jibdew mill-ġdid;
- l-ismijiet ta' dawk involuti f'fallimenti li mhumiex frodulenti m'għandhomx jidhru fuq il-listi li jimpedixxu l-aċċess għal self mill-banek;
- intraprendituri li mhumiex frodulenti li kienu fallew ma għandhomx ikunu żvantaġġjati meta japplikaw għal kuntratti pubbliċi;
- dawk li jerġgħu jibdew mill-ġdid għandhom jibbenefikaw minn appoġġ psikoloġiku u tekniku xieraq;
- l-appoġġ minn klijenti, sħab fin-negozju u investituri għandu jiġi mħeġġeġ minn konnessjonijiet bejn dawn u dawk li potenzjalment jistgħu jerġgħu jibdew.
Il-komunikazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar tistieden lill-pajjiżi tal-UE biex "jippromwovu t-tieni ċans għal intraprendituri billi ż-żmien ta' riabilitazzjoni u tal-arranġament tad-djun għal intraprenditur onest wara falliment jiġi limitat għal massimu ta' tliet snin sal-2013 ".
-
Il-Komunikazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar






















[122 KB] -
Ir-rapport dwar il-prevenzjoni ta' falliment, simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' falliment u appoġġ għal bidu ġdid
[1 MB]
Qabel dan, l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar iddedika wieħed mill-10 prinċipji tiegħu għal falliment u jagħti t-tieni ċans lill-intraprendituri onesti li fallew. Il-pajjiżi tal-UE huma mħeġġa li:
- jippromwovu iktar attitudni pożittiva fis-soċjetà lejn dawk li jerġgħu jibdew mill-ġdid bin-negozju tagħhom;
- inaqqsu t-tul li jieħdu l-proċeduri ta' għeluq ta' negozju għal sena ;
- jiżguraw trattament ugwali bejn dawk li jibdew in-negozju tagħhom mill-ġdid u dawk li jidħlu għal negozju għall-ewwel darba, eż. fl-iskemi ta' appoġġ.
-
Att dwar in-Negozji ż-Żgħar
L-intraprendituri li jkunu għaddew minn falliment ma għandhomx jitilfu l-kunfidenza fl-abbilità tagħhom li jibdew negozju ġdid.
- Bidu ta' negozju
Riżorsi
Il-websajt It-tieni ċans fin-negozju jipprovdi ħjiel dwar kif tintebaħ bl-ewwel sinjali ta' inkwiet, għodod ta' kif tivverifika s-sitwazzjoni finanzjarja, regoli kardinali għal negozji u kumpaniji ġodda li jkunu f'diffikultà, kif ukoll esperjenzi ta' persuni li reġgħu bdew fin-negozju u li kellhom suċċess.
-
It-tieni ċans fin-negozju
-
Sinjali bikrin ta' twissija
-
Awtovalutazzjoni: ipproteġi n-negozju tiegħek minn żminijiet ħżiena
-
Lista ta' nies li reġgħu bdew u li għamlu suċċess
Ara wkoll il-leġiżlazzjoni fuq dan is-suġġett fi:
-
Ċipru
elen
-
Franza
enfr
-
Id-Danimarka
daen
-
Il-Belġju
enfrnl
-
Il-Bulgarija
bgen
-
Il-Finlandja
enfi
-
Il-Ġermanja
deen
-
Il-Greċja
elen
-
Il-Latvja
enlv
-
Il-Litwanja
enlt
-
Il-Lussemburgu
enfr
-
Il-Polonja
enpl
-
Il-Portugall
enpt
-
In-Norveġja
enno
-
Ir-Renju Unit
en
-
Ir-Repubblika Ċeka
csen
-
Ir-Rumanija
enro
-
Is-Slovakkja
ensk
-
Is-Slovenja
ensl
-
L-Awstrija
deen
-
L-Estonja
enet
-
L-Irlanda
en
-
L-Italja
enit
-
L-Iżvezja
ensv
-
L-Olanda
ennl
-
L-Ungerija
enhu
-
Malta
en
-
Spanja
enes





