Sostenibbiltà
Aġġornat 08/2011
-
Unjoni Ewropea
-
Ċipru
elen
-
Franza
enfr
-
Id-Danimarka
daen
-
Il-Belġju
enfrnl
-
Il-Bulgarija
bgen
-
Il-Finlandja
enfi
-
Il-Ġermanja
deen
-
Il-Greċja
elen
-
Il-Latvja
enlv
-
Il-Litwanja
enlt
-
Il-Lussemburgu
enfr
-
Il-Polonja
enpl
-
Il-Portugall
enpt
-
In-Norveġja
enno
-
Ir-Renju Unit
en
-
Ir-Repubblika Ċeka
csen
-
Ir-Rumanija
enro
-
Is-Slovakkja
ensk
-
Is-Slovenja
ensl
-
L-Awstrija
deen
-
L-Estonja
enet
-
L-Irlanda
en
-
L-Italja
enit
-
L-Iżvezja
ensv
-
L-Olanda
ennl
-
L-Ungerija
enhu
-
Malta
en
-
Spanja
enes
Il-kumpaniji jiżviluppaw strateġiji ambjentali u soċjali li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti legali.
Ir-responsabbiltà soċjali korporattiva
Ir-responsabbiltà soċjali korporattiva (RSK) hi proċess fejn il-kumpaniji jintegraw kwistjonijiet soċjali, ambjentali u etiċi fl-operazzjonijiet u l-istrateġija tan-negozju tagħhom. Pereżempju, jistgħu jagħmlu dan billi:
- jieħdu ħsieb l-impatt soċjali u ambjentali tagħhom fuq l-istaff, l-imsieħba tan-negozju u s-soċjetà b'mod ġenerali;
- jimmotivaw lill-ħaddiema tagħhom bit-taħriġ u l-opportunitajiet ta' żvilupp;
- jimpjegaw ħaddiema bi bżonnijiet speċjali;
- jagħtu każ tar-riżorsi naturali li jużaw ħidmiethom;
- japplikaw ċerti kriterji fid-deċiżjonijiet ta' investiment u l-katina ta' provvista tagħhom;
- jiżguraw it-trasparenza tal-attivitajiet tagħhom għall-partijiet interessati.
-
Ir-responsabbiltà soċjali korporattiva
Iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti
Meta wieħed jara l-affarijiet skont iċ-ċiklu tal-ħajja dan jinvolvi t-tnaqqis tal-impatt ambjentali ta' prodott matul iċ-ċiklu ta' ħajtu, billi nżommu quddiem għajnejna l-użu tar-riżorsi, il-produzzjoni, l-użu, l-użu mill-ġdid, it-trasport, ir-riċiklaġġ u eventwalment ir-rimi.
Il-politika integrata Ewropea dwar il-prodotti (IPP) tħeġġeġ lin-negozji biex meta jkunu qed ifasslu l-prodotti jżommu f'moħħhom l-impatt ambjentali, jikkonċentraw fuq iċ-ċiklu sħiħ tal-prodott – mill-manifattura sar-rimi.
-
Ħsieb dwar iċ-ċiklu tal-ħajja
-
Il-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja għall-SMEs minn ECOSMEs
-
Il-politika integrata tal-prodotti
L-Ekotikketta
Meta nsegwu kriterji stretti ekoloġiċi u ta' rendiment, il-kumpaniji tal-UE jistgħu jiksbu d-dritt li jimmarkaw il-prodotti tagħhom b'ekotikketta. Dan jgħin lill-konsumaturi jidentifikaw aktar faċilment il-prodotti tagħhom bħala favur l-ambjent.
Ir-Regolament rivedut dwar l-Ekotikketta ġie adottat fil-25 ta' Novembru 2009. Ingħatat enfasi speċjali għall-aċċessibbiltà tal-iskema lill-intrapriżi żgħar, permezz tat-tnaqqis tal-miżati u tal-proċeduri amministrattivi.
L-iskema għall-ekoġestjoni u l-verifika
L-isekma għall-ekoġestjoni u l-verifika (EMAS) tgħin lill-kumpaniji jivvalutaw u jestendu l-ħiliet favur l-ambjent tagħhom, permezz ta' sistema ta' tmexxija ambjentali.
L-EMAS tipprovdi pariri u taqsam prattiki tajbin billi tistabbilixxi netwerks ta' professjonisti f'setturi differenti. Hekk kif l-iskema toffri ċertifikazzjoni lin-negozji kollha li jikkonformaw mar-regoli tal-EMAS, il-membri jgawdu minn kredenzjali favur l-ambjent aktar evidenti.
-
X’inhu l-EMAS?
-
Għodda tal-EMAS għall-SMEs
-
EMAS Faċli: metodoloġija għall-SMEs
-
Għodda tal-EMAS għall-effiċjenza tal-enerġija għall-SMEs
[1 MB]
-
L-EMAS viċin tiegħek
Ir-Regolament rivedut dwar l-EMAS ġie adottat fil-25 ta' Novembru 2009. Għandu jwieġeb b'mod aktar speċifiku għall-ħtiġijiet tan-negozji ż-żgħar, inklużi l-verifiki, ir-reġistrazzjoni ta' clusters, ħlas aktar ġust u aktar gwida.
-
Ir-Regolament Rivedut





















-
L-EMAS III u l-SMEs
Il-Pjan ta' Azzjoni għall-Eko-Innovazzjoni
Il-Pjan ta' Azzjoni għall-Eko-Innovazzjoni hu maħsub biex jappoġġa l-iżvilupp, l-adozzjoni u d-distribuzzjoni tal-eko-innovazzjoni fl-ekonomija, li jaffaċċaw ostakoli fis-suq.
L-Inizjattiva tas-Suq Ewlieni
L-Inizjattiva tas-Suq Ewlieni tirrappreżenta l-politika Ewropea għal sitt swieq ewlenin importanti:
- is-Saħħa onlajn;
- it-tessuti ta' ħarsien;
- il-kostruzzjoni sostenibbli;
- ir-riċiklaġġ;
- il-bijoprodotti;
- l-enerġiji rinnovabbli.
Dawn huma appoġġati minn azzjonijiet li jegħlbu l-ostakoli biex jidħlu prodotti u servizzi ġodda fis-suq. L-azzjonijiet jikkonsistu minn:
- leġiżlazzjoni aħjar biex titħeġġeġ l-innovazzjoni;
- tħeġġiġ għax-xiri pubbliku, l-istandardizzazzjoni, it-tikkettar u ċ-ċertifikazzjoni.
-
L-Inizjattiva tas-Suq Ewlieni
Pjan ta' Azzjoni għall-konsum u produzzjoni sostenibbli u għall-politika industrija sostenibbli
Fl-2008, l-UE stabbilixxiet pjan ta' azzjoni biex il-mod kif iċ-ċittadini Ewropej jikkunsmaw u jipproduċu jsir iktar sostenibbli. Dan għandu l-għan li jsaħħaħ it-tmexxija tal-UE fir-rendiment ambjentali u jippreżenta lista ta' azzjonijiet li għandhom jittieħdu bla spejjeż żejda għall-kumpaniji u l-konsumaturi Ewropej. Dan il-pjan ta' azzjoni se jiġi rivedut fl-2012.
L-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar
L-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar jistabbilixxi li l-UE u l-pajjiżi membri għandhom jippermettu lin-negozji ż-żgħar li jbiddlu l-isfidi ambjentali f'opportunitajiet. Il-Kummissjoni Ewropea ddawwar dan kollu fil-prattika billi:
- tiffaċilita l-aċċess lejn EMAS għall-SMEs;
- tiffinanzja netwerk għall-esperti ambjentali u l-effiċjenza fl-enerġija fl-Enterprise Europe Network;
- tipprovdi għajnuna ulterjuri għal negozji ġodda innovattivi u negozji żgħar fl-eko-innovazzjoni.
-
Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa
Il-premju Ewropew fil-qasam ambjentali għan-negozji
Mill-1987, il-premju Ewropew fil-qasam Ambjentali għan-Negozji hu maħsub biex jirrikonoxxi, jippremja u jippromwovi l-iktar kumpaniji eko-innovattivi, ambjentali u soċjalment responsabbli fil-pajjiżi tal-UE u l-pajjiżi kandidati.
Taħriġ u bini fil-ħiliet
Il-ħiliet tan-nies għandhom jiġu aġġornati b'mod kostanti biex jippermettulhom jilħqu l-isfidi soċjali tal-lum u ta' għada bħat-teknoloġiji li dejjem jiżviluppaw, iż-żieda fl-internazzjonalizzazzjoni u t-tibdil demografiku.
Għalhekk, it-taħriġ kontinwu huwa parti essenzjali mill-azzjoni volontarja ta' kumpanija għall-iżvilupp tal-istaff tagħha u b'mod ġenerali tal-kompetittività tagħha, irrilevanti jekk din tinkludix ħiliet ġenerali jew speċifiċi, taħriġ dwar aspetti ferm tekniċi tal-ħajja tax-xogħol jew ħiliet ta' tmexxija u lingwistiċi.
Hu daqstant ieħor importanti li aktar intrapriżi jitgħallmu jimmaniġġjaw il-bidla u jirristrutturaw l-attivitajiet tagħhom b'mod li dawn ikunu ta' suċċess.
Riżorsi
Websajt tal-UE tagħti għodod għall-valutazzjoni, servizzi u tagħrif biex jgħinu lin-negozji jnaqqsu l-impatt ambjentali ta' prodott matul iċ-ċiklu ta' ħajtu.
Il-Programm tal-UE dwar l-Assistenza għall-Konformità Ambjentali jipprovdi esperti, tagħrif u għodod biex jgħinu lin-negozji ż-żgħar isiru aktar "konxji tal-ambjent" waqt il-ħidma tagħhom.
-
Programm ta' Għajnuna għall-Konformità Ambjentali
-
Leġiżlazzjoni Ambjentali rilevanti għan-negozji ż-żgħar
Programmi
LIFE+ jipprovdi appoġġ speċifiku għal proġetti ambjentali u tal-ħarsien tan-natura. B'baġit ta' €2.1 biljun bejn l-13-2013, dan il-programm jikkofinanzja proġetti ambjentali taħt tlett intestaturi: in-natura u l-bijodiversità, il-politika ambjentali u l-governanza, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni.
-
Il-programm LIFE+
-
LIFE+ natura u bijodiversità
-
LIFE+ politika ambjentali u governanza
-
LIFE+ tagħrif u komunikazzjoni
Il-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) permezz ta' intermedjajri finanzjarji, jagħti assistenza u aċċess lin-negożji għal finanzi għal attivitajiet bħall-eko-innovazzjoni. Bejn l-13-2013, aktar minn €1 biljun se jkunu disponibbli għal madwar 500,000 kumpanija.
- Il-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP)
-
Eko-innovazzjoni tas-CIP
Is-Seba' Programm Kwadru ta' Riċerka u Żvilupp Teknoloġiku (FP7), li huwa l-programm ewlieni tal-UE għall-finanzjament tar-riċerka, jiffinanzja wkoll ir-riċerka fl-eko-teknoloġija. Madwar €50 biljun se jkunu disponibbli matul l-13-2013. Madwar 15% ta' din is-somma se tmur għan-negozji ż-żgħar.
B'baġit ta' madwar €7 biljun għall-13-2013, il-Programm ta' Tagħlim tul il-Ħajja tal-UE jħeġġeġ opportunitajiet ta' tagħlim madwar l-UE. Dan huwa miftuħ għal individwi u negozji, bħal organizzazzjonijiet edukattivi u ta' taħriġ kif ukoll ċentri ta' riċerka.
L-erba' sotto-gruppi għall-iskejjel (Comenius), l-edukazzjoni ogħla (Erasmus), taħriġ vokazzjonali (Leonardo da Vinci) l-edukazzjoni għall-adulti (Grundtvig) jiffukaw fuq l-istadji differenti tal-edukazzjoni u t-taħriġ.
-
Programm ta’ Tagħlim tul il-Ħajja
-
Gwida għall-applikanti
[114 KB]
-
Appoġġ tal-UE għal taħriġ u mobilità għan-negozji ż-żgħar
Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) jipprovdi opportunitajiet ta' tagħlim u ta' taħriġ, kemm għall-impjegati u kif ukoll għas-sidien tan-negozju. Hemm disponibbli wkoll fondi għal negozji li jkunu għaddejjin minn bidla (ristrutturazzjoni).
-
Fond Soċjali Ewropew
-
Appoġġ tal-FSE lill-edukazzjoni u t-taħriġ.
-
Negozji li għaddejjin minn proċess ta' tibdil: appoġġ tal-FSE
Ara wkoll il-leġiżlazzjoni fuq dan is-suġġett fi:
-
Ċipru
elen
-
Franza
enfr
-
Id-Danimarka
daen
-
Il-Belġju
enfrnl
-
Il-Bulgarija
bgen
-
Il-Finlandja
enfi
-
Il-Ġermanja
deen
-
Il-Greċja
elen
-
Il-Latvja
enlv
-
Il-Litwanja
enlt
-
Il-Lussemburgu
enfr
-
Il-Polonja
enpl
-
Il-Portugall
enpt
-
In-Norveġja
enno
-
Ir-Renju Unit
en
-
Ir-Repubblika Ċeka
csen
-
Ir-Rumanija
enro
-
Is-Slovakkja
ensk
-
Is-Slovenja
ensl
-
L-Awstrija
deen
-
L-Estonja
enet
-
L-Irlanda
en
-
L-Italja
enit
-
L-Iżvezja
ensv
-
L-Olanda
ennl
-
L-Ungerija
enhu
-
Malta
en
-
Spanja
enes





