Regoli soċjali
Aġġornat 06/2011
-
Unjoni Ewropea
-
Ċipru
elen
-
Franza
enfr
-
Id-Danimarka
daen
-
Il-Belġju
enfrnl
-
Il-Bulgarija
bgen
-
Il-Finlandja
enfi
-
Il-Ġermanja
deen
-
Il-Greċja
elen
-
Il-Latvja
enlv
-
Il-Litwanja
enlt
-
Il-Lussemburgu
enfr
-
Il-Polonja
enpl
-
Il-Portugall
enpt
-
In-Norveġja
enno
-
Ir-Renju Unit
en
-
Ir-Repubblika Ċeka
csen
-
Ir-Rumanija
enro
-
Is-Slovakkja
ensk
-
Is-Slovenja
ensl
-
L-Awstrija
deen
-
L-Estonja
enet
-
L-Irlanda
en
-
L-Italja
enit
-
L-Iżvezja
ensv
-
L-Olanda
ennl
-
L-Ungerija
enhu
-
Malta
en
-
Spanja
enes
Minħabba li l-UE hija impenjata li toħloq mhux biss aktar impjiegi iżda wkoll impjiegi aħjar permezz tal-istrateġija ta' Lisbona, il-liġi tal-UE teħtieġ li l-kumpaniji jissodisfaw varjetà ta' regoli soċjali li jikkontribwixxu għal żvilupp sostenibbli.
Non-diskriminazzjoni
Biex ikun żgurat id-dritt taċ-ċittadini tal-UE li jaħdmu kulfejn iridu fl-UE, min iħaddem ma jistax jiddiskrimina kontra ċittadini li jiġu minn pajjiżi oħra tal-UE fejn jikkonċerna l-ingaġġ jew it-tkeċċija ta' impjegati jew inkella kundizzjonijiet oħra tax-xogħol.
Il-liġi tal-UE tipprojbixxi lil min iħaddem milli joħloq diskriminazzjoni minħabba raġunijiet ta' sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali. Min iħaddem huwa wkoll meħtieġ li jkollu spazju raġonevoli fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema b'diżabbiltà.
-
Non-diskriminazzjoni minħabba raġunijiet ta' nazzjonalità (l-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE)






















[842 KB] -
Non-diskriminazzjoni minħabba raġunijiet ta' sess, razza, eċċ. (l-Artikolu 19 (Parti 2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE)






















[842 KB] - L-azzjoni tal-UE kontra d-diskriminazzjoni
L-ugwaljanza bejn is-sessi
Min iħaddem għandu jittratta lill-irġiel u lin-nisa ndaqs, partikolarment fejn jikkonċerna l-aċċess għall-impjiegi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-liv għall-ġenituri, il-promozzjonijiet u l-paga.
-
L-ugwaljanza bejn is-sessi (l-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE)






















[842 KB] - Il-politika tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi
-
L-azzjoni tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi
Is-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Min iħaddem huwa responsabbli biex jipprovdi lill-ħaddiema b'ambjent tax-xogħol li jkun tajjeb għal saħħithom u bla periklu. L-UE tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi rigward il-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema. Dawn jinkludu prinċipji ġenerali li jikkonċernaw il-prevenzjoni ta' riskji relatati max-xogħol, l-eliminazzjoni ta' riskji u ta' fatturi ta' inċidenti, kif ukoll informazzjoni u taħriġ għall-ħaddiema u għar-rappreżentanti tagħhom.
Ir-Relazzjonijiet Industrijali
L-UE tappoġġja b'mod attiv id-djalogu volontarju bejn min iħaddem u l-impjegati, u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom. Min iħaddem għandu jikkonsulta mar-rappreżentanti tal-ħaddiema dwar ċerti kwistjonijiet, pereżempju meta jkun qed jippjana sensji kollettivi.
Kumpaniji akbar li joperaw f'iktar minn pajjiż wieħed tal-UE huma meħtieġa - fuq talba mill-forza tax-xogħol tagħhom - biex jistabbilixxu Kunsill Ewropew tax-Xogħol biex jinforma u jikkonsulta mal-impjegati.
Biex tipproteġi d-drittijiet tal-impjegati filwaqt li tippermetti li min iħaddem jibqa' kompetittiv, l-UE qed tippromwovi l-kunċett ta' flessigurtà - kombinazzjoni ta' swieq tax-xogħol flessibbli b'livell għoli ta' sigurtà fl-impjieg.
-
Il-Flessigurtà
-
Il-konsultazzjoni pubblika dwar l-immodernizzar tal-liġi tax-xogħol (green paper)





















-
Ir-riżultati tal-konsultazzjoni dwar l-immodernizzar tal-liġi tax-xogħol





















In-negozji jridu jilħqu r-regoli minimi meħtieġa bil-liġi, iżda huma liberi li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti legali minimi u jsiru soċjalment aktar responsabbli.
Programmi
Il-programm PROGRESS tal-UE jippromwovi aktar impjiegi u impjiegi aħjar kif ukoll opportunitajiet indaqs għal kulħadd. Dan jiffoka fuq il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-protezzjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali, l-impjiegi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. Fil-programm se jiġu investiti €743.25 miljun fi studji ġodda, tqajjim ta' kuxjenza u avvenimenti bejn l-2007 u l-2013.
Il-programm PROGRESS jaħdem id f'id mal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), l-istrument finanzjarju ewlieni tal-UE, biex jimplimenta l-politiki tagħha dwar ix-xogħol u l-affarijiet soċjali, b'baġit annwali ta' madwar €10 biljun.
Ara wkoll il-leġiżlazzjoni fuq dan is-suġġett fi:
-
Ċipru
elen
-
Franza
enfr
-
Id-Danimarka
daen
-
Il-Belġju
enfrnl
-
Il-Bulgarija
bgen
-
Il-Finlandja
enfi
-
Il-Ġermanja
deen
-
Il-Greċja
elen
-
Il-Latvja
enlv
-
Il-Litwanja
enlt
-
Il-Lussemburgu
enfr
-
Il-Polonja
enpl
-
Il-Portugall
enpt
-
In-Norveġja
enno
-
Ir-Renju Unit
en
-
Ir-Repubblika Ċeka
csen
-
Ir-Rumanija
enro
-
Is-Slovakkja
ensk
-
Is-Slovenja
ensl
-
L-Awstrija
deen
-
L-Estonja
enet
-
L-Irlanda
en
-
L-Italja
enit
-
L-Iżvezja
ensv
-
L-Olanda
ennl
-
L-Ungerija
enhu
-
Malta
en
-
Spanja
enes





