Ir-regoli ambjentali
Aġġornat 07/2011
-
Unjoni Ewropea
-
Ċipru
elen
-
Franza
enfr
-
Id-Danimarka
daen
-
Il-Belġju
enfrnl
-
Il-Bulgarija
bgen
-
Il-Finlandja
enfi
-
Il-Ġermanja
deen
-
Il-Greċja
elen
-
Il-Latvja
enlv
-
Il-Lussemburgu
enfr
-
Il-Polonja
enpl
-
Il-Portugall
enpt
-
In-Norveġja
enno
-
Ir-Renju Unit
en
-
Ir-Repubblika Ċeka
csen
-
Ir-Rumanija
enro
-
Is-Slovakkja
ensk
-
Is-Slovenja
ensl
-
L-Awstrija
deen
-
L-Estonja
enet
-
L-Irlanda
en
-
L-Italja
enit
-
Lithuania
enlt
-
L-Iżvezja
ensv
-
L-Olanda
ennl
-
L-Ungerija
enhu
-
Malta
en
-
Spanja
enes
Il-kumpaniji għandhom impatt kbir fuq l-ambjent u għandhom isegwu r-regoli ambjentali tal-UE f'oqsma varji bħall-kwalità tal-arja, il-kimiki jew il-ġestjoni tal-iskart.
It-tnaqqis tat-tniġġis, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-ħarsien tal-bijodiversità u użu aktar għaqli tar-riżorsi naturali jikkontribwixxu biex kumpanija tkun ambjentalment responsabbli - u dawn ġew identifikati bħala prijoritajiet fis-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-UE.
Il-kontribuzzjoni lejn żvilupp sostenibbli jista' jitqies bħala investiment b'benefiċċji fit-tul għan-negozju tiegħek. Il-konformità mar-regoli ambjentali tgħin ukoll biex jinħolqu swieq ġodda għal prodotti ekoloġiċi, filwaqt li tistimola r-riċerka u l-innovazzjoni.
Il-politika ambjentali tal-UE tħaddan żewġ prinċipji fundamentali:
- il-prinċipju ta' prekawzjoni - meta attività jew politika ġġorr magħha riskju ta' ħsara għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem, jittieħdu miżuri urġenti;
- il-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" - min iniġġes huwa responsabbli biex jevita u biex jirrimedja l-ħsara ambjentali.
-
Il-prinċipju ta' prekawzjoni






















[139 KB] -
Ir-responsabbiltà ambjentali
Il-kumpaniji tal-UE jridu jissodisfaw ċerti rekwiżiti ambjentali, li jinkludu:
L-Iskema ta' Skambju tal-Emissjonijiet
L-UE stabbilixxiet Skema ta' Skambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet biex tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra b'mod effettiv għall-ispejjeż. Din tkopri installazzjonijiet bħall-power stations, l-impjanti tal-kombustjoni, ir-raffineriji taż-żejt, tal-ħadid u l-azzar, kif ukoll fabbriki tas-siment, il-ħġieġ, il-ġir, il-brikks, iċ-ċeramika, il-polpa, il-karta u l-kartun.
L-operaturi ta' dawn l-installazzjonijiet huma meħtieġa jimmonitorjaw u jirrispettaw l-emissjonijiet tal-gass b'effett serra. Għal kull tunnellata ta' gass b'effett serra li toħroġ fl-arja, in-niġġiesa għandhom iċedu "kwota" (permess). L-ammont totali ta' kwoti fis-sistema (il-"limitu") hu ffissat u jonqos maż-żmien biex jiżgura li l-emissjonijiet ġenerali ta' gass b'effett serra jonqsu.
Filwaqt li parti mill-kwoti jitqassmu bla ħlas, l-operaturi jistgħu wkoll jixtru l-kwoti permezz ta' rkant jew minn niġġiesa oħrajn. L-operaturi jistgħu:
- jew jużaw il-kwoti għall-konformità mal-obbligu taċ-ċediment (jiġifieri biex ikopru l-emissjonijiet tagħhom);
- jew jieħdu miżuri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom.
F'dawn il-każijiet, jistgħu jbigħu il-kwoti żejda tagħhom lill-parteċipanti fis-suq li jippreferu jixtru kwoti addizzjonali biex ikopru l-emissjonijiet tagħhom. B'hekk it-tnaqqis fl-emissjonijiet iseħħ fejn hu l-irħas fis-sistema.
Fl-2009, il-leġiżlaturi Ewropej iddeċidew li jtejbu s-sitema billi:
- jiċċentralizzaw l-istabbiliment tal-limitu;
- jużaw l-irkant bħala l-medotu normali għall-allokazzjoni tal-kwoti;
- jistabbilixxu regoli tal-UE għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti;
- jinkludu gassijiet oħrajn b'effett serra u iktar setturi tal-ekonomija fis-sistema.
-
L-Iskema tal-UE ta' Skambju tal-Emissjonijiet
Il-ġestjoni tal-iskart
Il-kumpaniji jridu jkunu konformi mal-liġi biex jevitaw, jirriċiklaw u jużaw mill-ġdid l-iskart.
L-ekodisinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija
Fi stadju kemm jista' jkun bikri għandhom jiġu kkunsidrati aspetti ta' effiċjenza fl-enerġija waqt il-fażi tad-disinn ta' prodott. L-UE għaddiet żewġ liġijiet li jeħtieġu li l-prodotti li jużaw l-enerġija, partikolarment dawk b'potenzjal għoli ta' ffrankar fl-enerġija, bħalma huwa tagħmir elettriku u elettroniku kif ukoll it-tagħmir ta' sħana, ikunu ddisinnjati biex ikunu aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija.
REACH
L-għan ta' REACH hu li jiżgura li l-iktar sustanzi perikolużi jiġu sostitwiti b'alternattivi iktar sikuri. In-negozji fil-fatt għandhom juru li s-sustanzi li jipproduċu huma sikuri.
Il-kumpaniji kollha li jipproduċu jew jużaw il-kimiki qed jingħataw obbligi skont REACH.
Il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrati tat-Tniġġis (PKIT)
Il-PKIT ikopri industriji u negozji li jniġġsu ħafna fl-industriji tal-enerġija, il-metall, il-minerali, il-kimiki, il-ġestjoni tal-iskart u l-bhejjem.
L-impjanti f'dawn is-setturi li jaqbżu ċertu daqs għandhom jiksbu permess għall-attivitajiet tagħhom u għandhom jilħqu għadd ta' kriterji tal-"aqwa teknoloġija disponibbli" għall-prevenzjoni tat-tniġġis, l-effiċjenza fl-enerġija u d-disponiment mill-iskart. L-awtoritajiet nazzjonali huma responsabbli għall-għoti tal-permessi.
-
L-Aqwa Teknoloġiji Disponibbli
-
Id-Direttiva dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis






















[982 KB]
Lil hinn mir-rekwiżiti
Fuq inizjattiva tagħhom stess, in-negozji jistgħu jagħmlu ferm aktar mir-rekwiżiti minimi ambjentali.
Programmi
LIFE+ jipprovdi appoġġ speċifiku għal proġetti ambjentali u tal-ħarsien tan-natura. B'baġit ta' €2.1 biljun bejn l-13-2013, dan il-programm jikkofinanzja proġetti ambjentali taħt tlett intestaturi: in-natura u l-bijodiversità, il-politika ambjentali u l-governanza, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni.
-
Il-programm LIFE+
-
LIFE+ natura u bijodiversità
-
LIFE+ politika ambjentali u governanza
-
LIFE+ tagħrif u komunikazzjoni
Il-Programm ta' Għajnuna għall-Konformità Ambjentali jiffoka fuq in-negozji żgħar, speċjalment mikrointrapriżi, li ħafna drabi ma jkollhomx ir-riżorsi u l-ħiliet esperti biex jifhmu u jittrattaw l-impatti ambjentali. Il-programm jgħin biex jipprovdi lil dawn il-kumpaniji bir-riżorsi, l-informazzjoni u l-għodda meħtieġa biex l-attivitajiet tagħhom ikunu aktar ekoloġiċi. Il-finanzjament huwa disponibbli minn diversi sorsi sabiex jgħinu lil dawn in-negozji jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom.
Ara wkoll il-leġiżlazzjoni fuq dan is-suġġett fi:
-
Ċipru
elen
-
Franza
enfr
-
Id-Danimarka
daen
-
Il-Belġju
enfrnl
-
Il-Bulgarija
bgen
-
Il-Finlandja
enfi
-
Il-Ġermanja
deen
-
Il-Greċja
elen
-
Il-Latvja
enlv
-
Il-Lussemburgu
enfr
-
Il-Polonja
enpl
-
Il-Portugall
enpt
-
In-Norveġja
enno
-
Ir-Renju Unit
en
-
Ir-Repubblika Ċeka
csen
-
Ir-Rumanija
enro
-
Is-Slovakkja
ensk
-
Is-Slovenja
ensl
-
L-Awstrija
deen
-
L-Estonja
enet
-
L-Irlanda
en
-
L-Italja
enit
-
Lithuania
enlt
-
L-Iżvezja
ensv
-
L-Olanda
ennl
-
L-Ungerija
enhu
-
Malta
en
-
Spanja
enes





