Kuntatt
Għandek bżonn aktar informazzjoni dwar suġġetti speċifiċi?
Ma tafx minn fejn taqbad tibda meta tiġi biex tfittex imsieħba internazzjonali? Ma tafx kif tapplika għal finanzjament tal-UE jew min jista’ jiffinanzja n-negozju tiegħek? In-Netwerk Ewropa għall-Intrapriża qiegħed hemm biex jgħin.
L-esperti tagħna jistgħu jgħinuk issib imsieħba kummerċjali internazzjonali, fil-forniment ta’ teknoloġiji ġodda u biex tirċievi fondi jew finanzi mill-UE. U jistgħu jagħtuk pariri fuq kwistjonijiet li jvarjaw minn proprjetà intellettwali, biex tikber fuq livell internazzjonali, jew fuq liġijiet u standards tal-UE.
Ejja nsaħħu n-negozju tiegħek u esplora l-firxa sħiħa tas-servizzi tagħna
.
SOLVIT jgħin lin-negozji jsolvu l-problemi li jqumu meta l-awtoritajiet nazzjonali japplikaw ir-regoli tas-suq tal-UE ħażin.
Jekk tixtieq tistabbilixxi negozju jew toffri servizzi temporanji f'pajjiżi differenti fiż-żona tal-UE/ŻEE (is-27 stat membru tal-UE, flimkien mal-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja), żur it-taqsima 'Punti ta' Kuntatt Waħdieni (PKW)' - Membri tan-Netwerk EUGO - li jgħinuk timla’ l-proċeduri amministrattivi meħtieġa onlajn! Ikseb it-tagħrif li teħtieġ u ssottometti onlajn l-applikazzjonijiet tiegħek lill-awtoritajiet responsabbli. M’għandekx għalfejn tħabbel rasek li trid toqgħod tikkuntattja bosta awtoritajiet differenti waħda waħda - il-PKW se jagħmel dan għalik!
EURES, il-portal Ewropew għall-impjiegi, joffri lil min iħaddem informazzjoni u sostenn dwar l-ingaġġ ta’ ħaddiema fl-UE. Barra li jgħin lil dawk li qed ifittxu impjieg, dan jgħin lill-intraprendituri biex isibu ħaddiema mill-UE kollha. F’reġjuni konfinanti, l-EURES jipprovdi informazzjoni dwar l-ivvjaġġar transkonfinali u jgħin lill-ħaddiema u lil min iħaddem fi problemi li jistgħu jinqalgħu.
Mistoqsijiet dwar dan is-sit web?
L-Ewropa Tiegħek Negozju huwa miżmum mid-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija tal-Kummissjoni Ewropea u mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (EACI):
Il-Kummissjoni Ewropea
DĠ Intrapriża u Industrija
Unità E2 – Netwerk ta’ Kooperazzjoni u Appoġġ Kummerċjali
Avenue d'Auderghem 45
1049 Brussell
Il-Belġju
EACI – Kummissjoni Ewropea
Unità C – Komunikazzjoni u Appoġġ tan-Netwerk
Covent Garden building
Place Rogier 16
1049 Brussell
Il-Belġju





