Mogħdija tan-navigazzjoni

Ideat ġodda

Aġġornat 06/2011

L-ideat ġodda u t-tagħlim huma essenzjali għan-negozji biex jiżviluppaw u jibqgħu kompetittivi. Mal-innovazzjoni teknoloġika, meħtieġa wkoll strateġiji ġodda għall-ġestjoni kummerċjali u għat-tqegħid fis-suq.

Kollettivament, l-UE għandha ssir ekonomija bbażata fuq l-għarfien, miftuħa għall-innovazzjoni.

Ħolqien ta’ għarfien

L-edukazzjoni għandha twassal il-kapaċitajiet meħtieġa biex iseħħ il-kummerċ f’soċjetà orjentata lejn l-innovazzjoni - il-ħila li wieħed ikun jaf jaqra u jikteb, l-għarfien xjentifiku, il-kapaċitajiet matematiċi, il-ħila fl-użu tal-kompjuter, il-lingwi, il-kapaċitajiet soċjali u kulturali – u sens ta' ferħ fit-tagħlim. L-UE qed tgħin biex jiġu mmodernizzati s-sistemi edukattivi fil-pajjiżi tal-UE kollha biex jiġi żgurat li jiġu mgħallma dawn il-kapaċitajiet.

Biex jiġi żgurat li r-riċerka akkademika hi rilevanti għal ħtiġijiet intraprenditorjali, l-UE qed taħdem biex tinkuraġġixxi partenarjati strateġiċi bejn l-universitajiet u l-kumpaniji. Ir-rwol tal-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija hu li jistabbilixxi partenarjati għax-xjenza, il-kummerċ u l-edukazzjoni.

Trasferiment tal-għarfien

It-trasferiment tal-għarfien hu wkoll importanti biex tiżdied il-kompetittività tal-UE. Il-qsim ta’ għerf u kompetenzi bejn in-negozji u l-fornituri tal-għarfien hu kruċjali ħafna għad-ditti ż-żgħar mingħajr ir-riżorsi biex jiżviluppaw partenarjati formali.

Riżorsi

Europe INNOVA hu laboratorju għall-iżvilupp u l-ittestjar ta' għodda ġdida li tappoġġa l-innovazzjoni, bil-għan li jgħin lill-intrapriżi innovattivi jkunu aħjar u aktar veloċi. Jgħaqqad il-fornituri pubbliċi u privati tal-appoġġ tal-innovazzjoni bħal:

  • aġenziji tal-innovazzjoni;
  • uffiċċji ta' trasferiment ta' teknoloġija;
  • inkubaturi ta' negozji;
  • intermedjarji finanzjarji;
  • organizzazzjonijiet fi clusters

Europe INNOVA stabbilixxa pjattaforma ta' tagħlim għall-iskambju u l-iżvilupp ta' ideat, ta' prattika tajba u ta' għarfien.

  • il-kooperazzjoni transnazzjonali tal-clusters;
  • is-servizzi ta’ għarfien intensiv;
  • l-eko-innovazzjoni.

Dawn l-azzjonijiet kellhom jiżviluppaw u jittestjaw servizzi ġodda ta' appoġġ tal-innovazzjoni għall-SMEs u jitwasslu mill-Pjattaforom tal-Innovazzjoni Ewropej.

Strumenti oħra b’saħħithom ta' Europe INNOVA huma:

  •  l-Għassa għall-Innovazzjoni tas-Settur, li teżamina l-prestazzjoni tas-settur tal-innovazzjoni fl-UE biex tgħin fit-tfassil ta' politika ġdida għall-innovazzjoni;
  •  l-Osservatorju Ewropew tal-Clusters, li jipprovdi tagħrif dwar il-lokalizzazzjoni tal-clusters reġjonali, programmi u politiki dwar il-clusters nazzjonali u reġjonali kif ukoll tagħrif dwar dak li l-clusters jistgħu joffru lill-kumpaniji;
  •  l-Osservatorju tal-Eko-Innovazzjoni li jipprovdi dejta statistika u tagħrif dwar tendenzi ġodda u opportunitajiet ta' negozju globali fil-qasam tal-eko-innovazzjoni;
  •  is-sħubija IMP³rove li tipprovdi lill-SMEs bi stampa ċara tal-prestazzjoni maniġerjali fl-innovazzjoni tagħhom u l-potenzjal għat-titjib permezz ta' strument onlajn għall-evalwazzjoni awtonoma;
  •  l-azzjoni TAKE IT UP, li tistabbilixxi repożitorju onlajn tal-għodda u servizzi Europe INNOVA li jappoġġaw l-innovazzjoni.

PRO INNO Europe® hu punt fokali għall-analiżi u l-iżvilupp tal-politika innovattiva fl-Ewropa b’tagħlim minn prattiki tajba. Għandu l-għan li jgħin lill-intrapriżi tal-UE jkunu innovattivi aktar u billi jtejjeb il-komplementaritajiet bejn il-bosta miżuri ta' aktar appoġġ għall-innovazzjoni li jeżistu madwar l-Ewropa.

Il-paġna web bid-dokumenti ta' referenza dwar l-innovazzjoni industrijali tipprovdi lista ta' dokumenti ewlenin li jirreferu għall-politika tal-innovazzjoni.

Programmi

Il-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) jiffaċilita l-aċċess għall-fondi favur proġetti ta’ innovazzjoni u jwassal servizzi ta’ sostenn lin-negozji. Dan għandu baġit ta’ €3.621 biljun għall-2007-13.

Ara wkoll il-leġiżlazzjoni fuq dan is-suġġett fi:

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Aktar għajnuna

Enterprise Europe Network iwassal informazzjoni u pariri lin-negozji li jridu jinvestu fl-innovazzjoni.