Mogħdija tan-navigazzjoni

Innovazzjoni

           L-innovazzjoni hi l-muftieħ għall-kompetittività - b'mod speċjali fis-swieq globali tal-lum. L-għarfien ġdid huwa ġġenerat mhux biss permezz tar-riċerka u t-teknoloġija iżda wkoll permezz ta' soluzzjonijiet ġodda tal-marketing u l-ġestjoni - ir-reklamar fuq kaxex tal-pizza, it-titjib tas-sejba tal-iskart elettriku, niskopru  mezzi ġodda għas-sorveljanza tal-imġiba tal-konsumaturi jew organizzazzjoni tal-metodu ta' kif isir in-negozju b'mod aktar effiċjenti.

Biex jibqgħu kompetittivi, in-negozji Ewropej għandhom ikunu iżjed kreattivi u jinvestu iżjed fl-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, sabiex ikunu jistgħu jadattaw il-mudelli tan-negozju tagħhom biex jilħqu l-isfidi tal-ekonomija globali u jkunu mgħammra b'mod aħjar sabiex jiżviluppaw prodotti jew servizzi ġodda - u biex ibigħuhom.

L-iffalsifikar tal-oġġetti u l-ikkupjar illegali jċaħħdu lill-persuni innovattivi mill-premji li jkun jistħoqilhom. Il-proprjetà intelletwali, li tkopri l-forom kollha tal-innovazzjoni industrijali, iżda wkoll drittijiet tal-awtur għas-softwer, letteratura, arti u mużika, għandhom ikunu protetti sabiex tiġi imħeġġa l-innovazzjoni.