Mogħdija tan-navigazzjoni

Riċerka

Aġġornat 05/2011

Ir-riċerka tgħin biex jissaħħaħ it-tkabbir ekonomiku, toħloq iżjed xogħlijiet u xogħlijiet aħjar u tiżgura l-kompetittività tal-UE fl-ekonomija dinjija. L-UE tinkoraġġixxi  l-investiment fl-iżvilupp tar-riċerka u t-teknoloġija (RTD) u tappoġġah b'mod attiv f'ċerti oqsma magħżula.

L-UE ħarġet bit-tir li sal-2020 tonfoq 3% mill-prodott gross domestiku (PGD) tagħha fuq ir-riċerka. Madankollu, l-investiment staġna bejn wieħed u ieħor f'1.84% (mill-2005 'l hawn) meta mqabbel ma' iktar minn 2.5% fl-Istati Uniti u 3% fil-Ġappun.

L-UE inkoraġġixxiet b'mod attiv l-investiment fir-riċerka u l-promozzjoni tal-innovazzjoni fil-pjan tal-azzjoni integrata tagħha tal-2005. Tinkoraġġixxi n-negozji  billi jiġu ffurmati clusters u netwerks sabiex jissaħħu l-kollaborazzjoni u t-trasferimenti tal-ħila esperta bejn entitajiet tar-riċerka u n-negozji.

Waħda mill-prijoritajiet tal-UE hi li toħloq Żona Ewropea tar-Riċerka   (ERA) - żona ħielsa mill-fruntieri għar-riċerka, li fiha r-riżorsi xjentifiċi jistgħu jintużaw aħjar. Għalkemm dan il-proġett sab ostakoli nazzjonali u istituzzjonali, jibqa' ta' prijorità għall-UE, u għalhekk tnediet konsultazzjoni pubblika fl-2007 sabiex il-proġett jingħata nifs ġdid.

Il-Kummissjoni nediet l-inizjattiva ewlenija "Unjoni tal-Innovazzjoni". Din l-inizjattiva għandha l-għan li jittejbu l-kundizzjonijiet u l-aċċess għall-finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa biex ikun żgurat li jistgħu jinbidlu l-ideat innovattivi fi prodotti u servizzi li joħolqu tkabbir u impjiegi.

Riżorsi

 SME Techweb jipprovdi lin-negozji ta' daqs żgħir u medju (SMEs) b'tagħrif dwar finanzjament għar-riċerka u attivitajiet ta' żvilupp fil-programmi ta' riċerka tal-UE.

Programmi

Is-Seba' Programm Kwadru għal Riċerka u Żvilupp Teknoloġiku (FP7) ikopri l-inizjattivi kollha tal-UE relatati mar-riċerka u għandu baġit ta' madwar €50 biljun għall-perjodu 2007-13. Skont il-programm ta' kooperazzjoni mill-inqas 15% tal-baġit huwa allokat għall-SMEs. Disponibbli wkoll għotjiet għal proġetti b'dimensjoni tal-UE - eż. li jinvolvu sħab minn pajjiż wieħed jew iżjed tal-UE.

B'mod ġenerali, il-programm kwadru hu kkonċernat b'dawn li ġejjin: kooperazzjoni, ideat, nies, kapaċitajiet u riċerka nukleari - kollha bil-programm tagħhom li jippromwovu standards Ewropej ta' eċċellenza xjentifika.

Is-Servizz Komunitarju ta' Informazzjoni dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp (CORDIS) jipprovdi informazzjoni aġġornata dwar ir-riċerka tal-UE u dwar kif wieħed jista' jipparteċipa fl-FP7.

 Il-programm  Eurostars jgħin lin-negozji ż-żgħar jiksbu fondi għal proġetti tar-riċerka internazzjonali.

Ara wkoll il-leġiżlazzjoni fuq dan is-suġġett fi:

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Aktar għajnuna

In-Netwerk FP7 tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali jagħti appoġġ personalizzat u jipprovdi informazzjoni u assistenza prattika relatati mal-parteċipazzjoni fis-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka (FP7). Jikkonsisti fi strutturi nazzjonali stabbiliti u ffinanzjati mill-gvernijiet tas-27 pajjiż tal-UE u l-Istati assoċjati mal-programm kwadru.

Enterprise Europe Network iwassal informazzjoni u pariri lin-negozji dwar kif issir ir-riċerka.