Dwar dan is-sit web
L-Ewropa Tiegħek huwa sit imfassal biex jgħinek tagħmel affarijiet f'pajjiżi oħra tal-Ewropa – biex tevita l-inkonvenjenzi u l-burokrazija żejda.
Dan jista' jfisser li tmur tgħix, tistudja, taħdem, tixtri f'pajjiż ieħor jew sempliċiment tivvjaġġa. Jew, jekk kumpanija, tagħmel in-negozju barra.
Bħala ċittadin tal-UE – jew ċittadini tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja – għandek ċerti drittijiet f'dawn l-oqsma. Iżda dawn id-drittijiet mhux dejjem jiġu osservati meta pajjiż ikun għadu ma implementax bis-sħiħ il-liġi relevanti tal-UE.
X'informazzjoni nista' nsib fis-sit?
L-Ewropa tiegħek joffri:
- informazzjoni dwar id-drittijiet bażiċi tiegħek skont il-liġi tal-UE.
- kif jiġu implementati dawn id-drittijiet f'kull pajjiż individwali (fejn tkun daħlet l-informazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali).
- kuntatt bla ħlas bl-email jew telefown mas-servizzi tal-għajnuna tal-UE, biex ikollok għajnuna u pariri aktar personalizzati jew fid-dettall.
Pajjiżi / nazzjonalitajiet koperti
L-informazzjoni f'dan is-sit hija mmirata l-aktar għaċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom (inklużi membri tal-familja li ma jkunux mill-UE).
F'bosta każi, id-drittijiet tal-UE spjegati fl-Ewropa Tiegħek japplikaw għall-pajjiżi kollha li huma fl-UE kif ukoll l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.
Xi kultant, id-drittijiet tal-UE japplikaw ukoll għall-Isvizzera – iżda mhux dejjem, għax l-Isvizzera nkitbet f'xi ftehimiet mal-UE imma mhux f'kollha.
Kull paġna tal-Ewropa Tiegħek telenka preċiżament il-pajjiżi jew nazzjonalitajiet li tkun tapplika għalihom l-informazzjoni.
Il-pajjiż tal-UE huma:
|
l-Awstrija |
il-Greċja |
Il-Polonja |
|
il-Belġju |
l-Irlanda |
Il-Portugall |
|
il-Bulġarija |
L-Isvezja |
Ir-Renju Unit |
|
Ċipru |
L-Italja |
ir-Repubblika Ċeka |
|
id-Danimarka |
Il-Latvja |
Ir-Rumanija |
|
l-Estonja |
Il-Litwanja |
Is-Slovakkja |
|
il-Finlandja |
Il-Lussemburgu |
Is-Slovenja |
|
Franza |
Malta |
Spanja |
|
il-Ġermanja |
il-Pajjiżi l-Baxxi |
l-Ungerija |
L-awturi tas-sit
L-informazzjoni fl-Ewropa Tiegħek tiġi pprovduta mid-dipartimenti rilevanti tal- Kummissjoni Ewropea u komplimentata b'kontenut provdut mill-awtoritajiet ta' kull pajjiż kopert.
Is-sit fih 2 taqsimiet:
-
ċittadini – ġestjoni tad-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern u s-Servizzi
- negozju – ġestjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija
It-taqsima dwar iċ-ċittadini tipprovdi eżempji bbażati fuq esperjenzi veri ta' ċittadini tal-UE. L-ismijiet u n-nazzjonalitajiet kollha huma fittizji.
Lingwi
L-Ewropa Tiegħek joffri informazzjoni bl-ilsna uffiċjali kollha tal-UE – u t-taqsima tan-negozju hija wkoll bin-Norveġiż.
Madankollu, xi kultant u għal xi kontenut, tista' ma ssibx il-lingwa favorita tiegħek għax inkunu qed nistennew it-traduzzjoni.
Informazzjoni dwar pajjiżi speċifiċi tingħata, fejn dan ikun possibbli, bil-lingwa/i uffiċjali ta' dak il-pajjiż u bl-Ingliż.
Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli għall-politika tal-lingwa tas-siti web esterni.
Biex tagħmel link għal L-Ewropa Tiegħek
Meta toħloq link għal L-Ewropa Tiegħek, jekk jogħġbok kun konformi ma' din il-politika:
- għal links bi stampa, tista' tuża l-buttuni promozzjonali
tagħna - għal links bil-kliem, tista' tuża l-preżentazzjoni tas-sit
tagħna - tippreżentax L-Ewropa Tiegħek bħala sit bil-ħlas jew esklussiv
- Turix L-Ewropa Tiegħek fi frejm li jkun 'hosted' f'sit ieħor
- Tagħtix l-impressjoni li l-istituzzjonijiet tal-UE iħaddnu jew jappoġġaw l-għanijiet jew il-kontenut tas-sit ospitanti jew l-organizzazzjoni li tiġġestiha.
Niċċekkjaw regolarment jekk il-links ikunux konformi ma' din il-politika.
Il-promozzjoni ta' L-Ewropa Tiegħek
Jekk tixtieq tippromwovi L-Ewropa Tiegħek, tista' tuża l-materjal promozzjonali multilingwi
.
Politika ta’ privatezza
L-Ewropa Tiegħek timxi mal-privatezza tal-utent u r-regoli dwar il-ħarsien tad-dejta li jmexxu s-sit web Europa.
Jekk tuża s-servizzi ta' għajnuna li huma aċċessibbli permezz ta' L-Ewropa Tiegħek, tiġi mgħarraf dwar id-dettalji speċifiċi tal-politika ta' privatezza tagħhom.





