Mogħdija tan-navigazzjoni

Privacy Statement

1. X’inhu s-servizz Pariri tal-Ewropa Tiegħek?

Pariri tal-Ewropa Tiegħek (YEA) huwa servizz madwar l-Ewropa kollha operat mis-Servizz ta' Azzjoni ta' Ċittadini Ewropej (ECAS) ibbażat fuq kuntratt mal-Kummissjoni Ewropea. L-ECAS jimpjega esperti legali li joffru tagħrif u pariri speċifiċi għal kull ċittadin dwar drittijiethom skont il-liġi tal-UE. Fejn xieraq, iċ-ċittadini jiġu rreferiti lejn l-awtorità jew entità oħra (fil-livell lokali, nazzjonali jew Ewropew) li għandu jkun disponibbli biex isib soluzzjoni għall-problemi partikolari. Is-servizz Pariri tal-Ewropa Tiegħek juża bażi tad-dejta u applikazzjoni tal-IT biex jirreġistra l-mistoqsijiet.

 

Il-Pariri tal-Ewropa Tiegħek jaħdem flimkien ma’ SOLVIT u ċ-Ċentru ta’ Kuntatt Europe Direct (EDCC) sabiex flimkien jipprovdu servizz waħdieni lill-applikanti. Inkjesta, li tinkludi dejta personali, tista’ tiġi trasferita mis-servizz Pariri tal-Ewropa Tiegħek għal SOLVIT jew l-EDCC meta jkun meqjus li dawn jistgħu jipprovdu servizz aktar adatt.

 

2. Liema liġijiet jirregolaw il-protezzjoni tad-dejta tal-YEA?

 

3. Liema dejta nipproċessaw meta int tibgħat mistoqsija lil YEA?

Ismek u kunjomok, il-faxxa ta' età, l-indirizz sħiħ, l-email, in-numru tat-telefown, in-nazzjonalità, u kwalunkwe dejta personali oħra li tinsab fil-korrispondenza tiegħek.

 

4. Min jista’ jkollu aċċess għad-dejta tiegħek u għal liema għanijiet?

  1. L-esperti legali u l-ħaddiema magħżulin apposta tal-kuntrattur tal-Kummissjoni Ewropea, is-Servizz ta’ Azzjoni ta’ Ċittadini Ewropej (ECAS) – iżda biss l-informazzjoni li tkun meħtieġa biex tingħata tweġiba għall-mistoqsija tiegħek.
  2. Il-persunal tal-Kummissjoni Ewropea, biex:
    • jivverifikaw il-kwalità tat-tweġibiet mogħtija mill-esperti legali
    • jipproduċu rapporti u statistika
    • isolvu kwistjonijiet tekniċi li jaffettwaw l-applikazzjoni ta' YEA
  3. Servizzi ta' assistenza oħra tal-UE – jekk YEA jittrasferixxi l-każ (dejjem bil-kunsens tiegħek) u d-dejta tiegħek lil servizz ieħor, li jkun aktar adatt (SOLVIT jew Ċentru ta' Kuntatt ta' Europe Direct).
  4. Jekk int qbilt li t-talba tiegħek tintbagħat għand SOLVIT, iċ-ċentru SOLVITli jirċievi l-mistoqsija tiegħek jivvaluta aktar il-problema tiegħek u jibgħatlek soluzzjoni.
  5. Jekk int qbilt li t-talba tiegħek tista' tiġi trasferita għand Europe Direct, iċ-Ċentru ta’ Kuntatt Europe Direct (EDCC)

 

5. Kemm iddum maħżuna d-dejta?

Id-dejta tiegħek titħassar 3 snin wara li titwieġeb il-mistoqsija tiegħek.

 

6. Tista’ tirrifjuta aċċess għad-dejta tiegħek?

Biex iwieġeb għall-mistoqsija tiegħek, is-servizz tal-Pariri tal-Ewropa Tiegħek jeħtieġ id-dettalji speċifiċi tal-każ tiegħek, inkluża dejta personali bħalma huma d-dettalji tal-kuntatt.

 

7. Miżuri ta’ sigurtà biex jipprevjenu aċċess mhux awtorizzat

L-aċċess għad-dejta personali fl-applikazzjoni jingħata biss lill-partijiet imsemmija fit-taqsima "min jista’ jkollu aċċess għad-dejta tiegħek u għal liema għanijiet?".

 

Il-komunikazzjoni esterna mal-bażi tad-dejta hija wkoll protetta minn https, protokoll apposta u sigur tal-internet.

 

Hemm livelli differenti ta’ aċċess għal Pariri tal-Ewropa Tiegħek, kull wieħed uniku u garantit permezz ta’ ID tal-utent u password personali.

 

8. Għandek aċċess għad-dejta personali tiegħek?

Inti m’hu se jkollok l-ebda aċċess dirett għad-dejta tiegħek fil-bażi tad-dejta ta’ YEA. Jekk tixtieq tkun taf liema mid-dejta tiegħek qed tiġi jew ġiet ipproċessata, jew tixtieq li tali dejta tiġi mmodifikata jew imħassra, jekk jogħġbok ikkuntattja youreuropeadvice@ec.europa.eu.

 

9. Informazzjoni ta' kuntatt tal-kontrollur tad-dejta

Kap tal-Unità

Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern u s-Servizzi

Unità R.4 – Ċentru tas-Servizz tas-Suq Uniku

Il-Kummissjoni Ewropea

B-1049 Bruxelles / Brussel

Il-Belġju

Email: youreuropeadvice@ec.europa.eu.

Jekk jogħġbok innota li dan l-email ma jistax jintuża biex tibgħat il-mistoqsijiet.