Merħba fil-Whoiswho tal-UE
Lil min tista’ tikkuntattja fuq il-bord korporattiv tas-Servizz tal-Azzjoni Esterna? Min jieħu ħsieb l-informazzjoni u l-komunikazzjoni għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data? Qed tfittex xi isem partikulari?
Ibda billi tfittex hawn bil-Whoiswho tal-UE — id-direttorju elettroniku tal-maniġers u s-servizzi fl-istituzzjonijiet tal-UE, l-entitajiet u l-aġenziji. Fittex dak li tixtieq fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE.
Tista' tikkonsulta l-Whoiswho tal-UE bi tliet modi:
Il-Whoiswho tal-UE ġie reċentement imtejjeb biex jgħinek tfittex lil min trid jew xi trid b'mod aktar faċli. Pereżempju, l-għodda għat-tfittxija ġdida tissuġġerixxi tqabbil għal kliem mhux ittajpjat tajjeb. Ir-riżultati juru immedjatament l-informazzjoni b’websajt u indirizzi ta' emails li tista' tikklikkjahom. Tista’ ssib ukoll mapep li jagħtu informazzjoni dwar fejn ikun jista’ jinsab xi bini partikolari.
Barra mill-Whoiswho onlajn tal-UE, tista' tniżżel verżjoni ta’ ktieb elettroniku jew tordna kopja stampata.
Kull sena, id-direttorju uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jiġi stampat bil-Ġermaniż, bl-Ingliż u bil-Franċiż
Ittoggilja l-verżjoni unika tal-websajt (mowbajl)
|