|
TFITTXIJA SKOND IL-PERSUNA
Tista' tfittex għal isem individwali li jaqbel mal-kriterji li ġejjin: Isem: Tista' ddejjaq it-tfittxija tiegħek billi ddaħħal kunjom, isem, jew parti minnhom. Is-sistema tiċċekkja jekk kwalunkwe mill-ismijiet jew kunjomijiet fihomx il-katina ta' karattri li daħħalt. Per eżempju: William bħala riżultat tagħti in-nies kollha li l-isem tagħhom (jew il-kunjom) fihom William bħalma huma Williams, Williamson, eċċ.
Funzjoni: hu l-post okkupat minn persuna f'istituzzjoni. Bħala regola, il-funzjonijiet kollha jitqiesu kollha. Tista' ddejjaq it-tfittxija tiegħek billi tagħżel l-isem ta' funzjoni waħda jew aktar fil-lista popup billi tikklikkja il-buttuna 'Agħżel'. Eżempju:Direttur-Ġenerali tagħti lista ta' nies li l-funzjoni tagħhom fiha l-kelma Direttur-Ġenerali. Entità organizzattiva: Bħala regola, l-istituzzjonijiet kollha jitqiesu kollha. Tista' ddejjaq it-tfittxija tiegħek billi tagħżel l-isem ta' istituzzjoni waħda jew aktar fil-lista popup billi tikklikkja il-buttuna 'Agħżel'. Numru massimu ta' risposti: kriterji vagi ħafna jistgħu jwasslu għal numru kbir ta' risposti u jwasslu għal rispons u ħin ta' pproċessar bil-mod ħafna. Għalhekk hu propost numru massimu ta' riżultati x'jidhru. Jekk hemm bżonn, tista' timmodifika dan in-numru. Tfittxija: meta meta tikklikkja din il-buttuna tibda it-tfittxija. Tirċievi lista ta' entitajiet li jaqblu mal-kriterji tiegħek. Imbagħad tista' tagħżel li tara l-informazzjoni dettaljata relatata.
| |