Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata
  • Ċekken it-test
  • Kabbar it-test

Annimali tad-djar

Issa sar aktar faċli li tivvjaġġa b'kelb, qattus jew nemes bil-passaport il-ġdid tal-UE għall-annimali tad-djar. Iċċekkja hawnhekk dwar ir-rekwiżiti.

Issa sar aktar faċli li tivvjaġġa b'kelb, qattus jew nemes bil-passaport il-ġdid tal-UE għall-annimali tad-djar li jista' jiġi akkwistat mingħand kwalunkwe veterinarju.

Il-klieb, il-qtates u n-nemsa għandu jkollhom passaport u, għal finijiet ta' identifikazzjoni, titwaħħlilhom mikroċippa elettronika jew ikollhom tatwaġġ jinqara, li jkun sarilhom qabel Lulju 2011. (It-tatwaġġi mhumiex aċċettati mill-Irlanda, Malta jew ir-Renju Unit li jaċċettaw biss annimali li jkollhom mikroċippa).

L-annimali tad-djar għandhom ikunu mlaqqmin kontra r-rabja u d-dettalji għandhom jiddaħħlu fil-passaport tagħhom. It-tilqima għandha ssir wara li titqegħedilhom il-mikroċippa jew isirilhom it-tatwaġġ.

Minn Jannar 2012, kura speċifika kontra d-dud għandha tingħata lill-klieb kollha mill-veterinarju qabel jivvjaġġaw lejn il-Finlandja, l-Islanda, Malta u r-Renju Unit. Id-dettalji tal-kura għandhom jidhru fuq il-passaport tal-annimal tad-djar u mbagħad il-kelb ikun jista' jivvjaġġa bejn ġurnata u ħames ġranet wara li jingħata l-kura.

Aktar informazzjoni dwar l-ivvjaġġar b'annimali tad-djar fl-UE DeutschEnglishfrançais u filmat English interessanti dwar il-passaporti tal-annimali tad-djar tal-UE u l-ġlieda kontra r-rabja.



Right navigation