Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata
  • Ċekken it-test
  • Kabbar it-test

Flus

L-ewro jintuża fi 17-il pajjiż tal-UE. Kun af aktar dwar l-ewro, ir-rati tal-kambju ta' muniti oħra u l-użu ta' flus kontanti u kards.

L-ewro

L-ewro hu l-munita legali ta' aktar minn 331 miljun persuna fi 17-il pajjiż tal-UE. L-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, il-Portugall, is-Slovakja, is-Slovenja u Spanja.

Is-simbolu tal-ewro hu €. Il-karti tal-ewro huma l-istess fil-pajjiżi kollha imma kull pajjiż joħroġ il-muniti tiegħu b'naħa li tkun komuni u naħa oħra li turi disinn nazzjonali distint. Il-karti tal-flus u l-muniti jistgħu jintużaw kullimkien fiż-żona tal-ewro, inklużi ħafna mit-territorji mbiegħda, bħall-Ażores, il-Gżejjer Kanarji, Ċewta u Melilla, il-Guyana Franċiża, il-Guadeloupe, Madeira, Martinique, Mayotte, Réunion, u Saint Pierre u Miquelon.

Monako, San Marino u l-Belt tal-Vatikan jużaw l-ewro bħala l-munita nazzjonali tagħhom, bi ftehim mal-UE. Dan jagħtihom id-dritt li joħorġu ċertu ammont ta' muniti tal-ewro bid-disinni nazzjonali tagħhom. Għadd ta' pajjiżi u territorji, bħall-Andorra, il-Kosovo u l-Montenegro, jużaw l-ewro bħala l-munita de facto tagħhom.

Aktar informazzjoni dwar l-ewro


Mappa tal-Ewropa li turi l-pajjiżi tal-UE li jużaw l-ewro u dawk li ma jużawhx

 Pajjiżi tal-UE li jużaw l-ewro: L-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, il-Portugall, is-Slovakja, is-Slovenja u Spanja
Il-pajjiżi tal-UE li ma jużawx l-euro: Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija, l-Isvezja, ir-Renju Unit

Rati tal-kambju

Ir-rati jinbidlu iżda f'Jannar 2012 ewro wieħed kien jiswa bejn wieħed u ieħor:

Pajjiż Munita Rata tal-kambju
Il-BulgarijaLev Bulgaru1.95
Ir-Repubblika ĊekaKoruna Ċeka25.9
Il-DanimarkaKrone Daniż7.43
Ir-Renju UnitSterlina Ingliża0.83
L-UngerijaForint Ungeriż310
Il-LitwanjaLitas Litwan3.45
Il-LatvjaLats Latvjan0.69
Il-PolonjaZloty Pollakk4.44
Ir-RumanijaLeu Rumen4.30
l-IsvezjaKrona Svediża8.94
Iċ-ĊinaRenminbi-yuan Ċiniż8.15
L-IndjaRupee Indjan68.4
Il-ĠappunYen Ġappuniż100
Ir-RussjaRublu Russu41.5
L-Istati UnitiDollaru Amerikan1.28

L-aħħar rati tal-kambju English jinsabu fil-websajt tal-Bank Ċentrali Ewropew fejn jinsab ukoll kalkulatur tal-muniti Englishespañolfrançaisportuguês biex jgħinek fil-kalkoli. F’pajjiżi Ewropej li mhumiex fiż-żona tal-ewro, ħafna lukandi, ħwienet u ristoranti, l-aktar fiż-żoni turistiċi, jaċċettaw ħlas bl-ewro kif ukoll bil-munita nazzjonali, għalkemm mhumiex obbligati legalment li jagħmlu dan.

Flus kontanti u karti

Grazzi għar-regoli tal-UE, meta tiġbed l-ewro mill-magni awtomatiċi tħallas l-istess kull fejn tkun fl-UE daqs kemm kieku tħallas f'pajjiżek stess minn magna awtomatika li ma tkunx tappartjeni lill-bank tiegħek. Il-ħlas għat-tranżazzjoni għal pagament bil-kards tad-debitu jew kreditu fl-UE f'Ewro huwa l-istess bħal f'pajjiżek stess. Il-prezz li trid tħallas biex tagħmel trasferiment bankarju fi flus ewro (sa €50,000) hu l-istess kemm jekk hu trasferiment nazzjonali kif ukoll għall-pajjiz ieħor tal-UE (jew l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja). In-nollijiet jistgħu naturalment ivarjaw bejn bank u ieħor. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal tranżazzjonijiet bl-ewro (pereżempju bejn kontijiet tal-ewro) f'pajjiżi 'l barra miż-żona tal-ewro u għal ħlas bil-krona Żvediża.

Aktar dettalji rigward ir-regolament dwar il-ħlas bl-ewro bejn il-fruntieri. DeutschEnglishfrançais

L-industrija Ewropea tal-banek qed toħloq, bl-appoġġ tal-UE Żona Waħda għall-Pagamenti tal-Ewro DeutschEnglishfrançais sabiex il-ħlas kollu li jseħħ fiż-żona tal-ewro, kemm bil-kard tal-kreditu, bil-kard tad-debitu, bi trasferiment bankarju jew debitu dirett, isiru faċli daqs pagament lokali.

Ġarr ta' flus f'idejn

Tista' tidħol jew toħrog mill-UE b'mhux aktar minn €10,000 kontanti (jew l-ewkwivalenti tagħhom f'muniti jew assi oħra) mingħajr ma tiddikjarahom. Jekk iġġorr €10,000 jew aktar, dawn għandhom ikunu ddikjarati lill-awtoritajiet tad-dwana. Dawn il-kontrolli tal-flus fl-idejn DeutschEnglishfrançais għandhom l-għan li jiġġieldu l-ħasil ta' flus u attivitajiet kriminali oħra. Xi Stati Membri jagħmlu kontrolli tal-flus fl-idejn fuq persuni li jivvjaġġaw bejn il-pajjiżi tal-UE.

Right navigation