Mogħdija tan-navigazzjoni
Tista' tivvjaġġa mingħajr tfixkil fl-Ewropa. Sib hawn dwar dak li trid tkun taf li jikkonċerna l-passaporti, il-karti tal-identità u l-viżi.
L-ewro jintuża fi 17-il pajjiż tal-UE. Kun af aktar dwar l-ewro, ir-rati tal-kambju ta' muniti oħra u l-użu ta' flus kontanti u kards.
Bħala ċittadin tal-UE tista’ tixtri kemm tiflaħ fil-pajjiżi kollha tal-UE. Iċċekkja l-livelli ta' gwida għat-tabakk u l-alkoħol, ir-rati tal-VAT, ir-regoli dwar l-ispeċijiet mhedda, il-prodotti tal-laħam u tal-ħalib u x'qed tagħmel l-UE biex tipproteġi l-konsumaturi.
Meta tivvjaġġa bil-karozza, l-ajru, il-ferrovija jew il-vapur din it-taqsima toffrilek informazzjoni prattika dwar il-liċenzji tas-sewqan, l-assigurazzjoni tal-karozza, is-sikurezza fit-toroq, in-nollijiet, id-drittijiet tal-passiġġieri bl-ajru, is-sigurtà fl-ajruport u d-drittijiet tal-passiġġieri li jivvjaġġaw bil-ferrovija.
Bħala ċittadin tal-UE int intitolot għas-servizzi tal-kura tas-saħħa f'każ li timrad waqt li tkun qed tivvjaġġa. Sib aktar tagħrif dwar kif il-Kard Ewropea għall-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa qed tagħmel dan aktar faċli. Iċċekkja dwar il-kwalità tal-ilma baħar jew dwar il-livelli ta' ożonu qabel ma tmur u ddeċiedi liema krims tax-xemx tieħu miegħek.
Kif tgħid grazzi lin-nies li joqogħdu fi Bratislava? X'inhuma l-prefissi internazzjonali tat-telefown? Kemm tħallas biex tuża mowbajl lejn pajjiżi oħra? Skopri dan kollu f'din it-taqsima.
Huma x'inhuma l-interessi tiegħek, fl-Ewropa għandek issib ħafna x'tista' tagħmel. Din it-taqsima toffrilek xi suġġerimenti.
Bħala għajnuna biex tippjana l-vjaġġ tiegħek, kun af dwar il-kundizzjonijiet tal-klima u kemm tagħmel xita bħala medja madwar l-Ewropa, dwar iż-żoni tal-ħin u dwar meta tinqaleb is-siegħa u fittex dwar il-festi pubbliċi ewlenin.
Issa sar aktar faċli li tivvjaġġa b'kelb, qattus jew nemes bil-passaport il-ġdid tal-UE għall-annimali tad-djar. Iċċekkja hawnhekk dwar ir-rekwiżiti.
Il-112 hu n-numru ta’ emerġenza biex iċċempel kullimkien fl-UE. F’din it-taqsima ssib aktar pariri siewja dwar x’għandu jsir jekk xi ħaga tmur ħazin.
Segwi l-karbonju li tħalli warajk u xi ħjilijiet biex tiffranka l-enerġija u r-riżorsi u tnaqqas l-emissjonijiet tiegħek.
Additional tools
Għodod addizzjonali
L-ivvjaġġar fl-Ewropa hu l-websajt uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal persuni li qed jivvjaġġaw f'27 pajjiż tal-UE. Kemm jekk tinsab fuq btala kif ukoll jekk għan-negozju, issib pariri prattiċi u għajnuniet siewja dwar firxa kbira ta’ suġġetti, minn dokumenti li għandek bżonn, saħansistra kif tikseb kura medika u kif tuża l-mowbajl tiegħek.
Il-vjaġġatur għandu ħafna x'jiskopri u dan kollu issa sar ħafna eħfef bis-saħħa tal-Unjoni Ewropea. Tista' taqsam ħafna fruntieri fi ħdan l-UE mingħajr ma ssirlek spezzjoni, u l-ewro għamilha ħafna aktar faċli biex iddur u tagħmel akkwisti tajbin fix-xiri. Għalhekk approfitta ruħek minn dak kollu li għandek għad-dispożizzjoni tiegħek, u esplora.
Right navigation