Mogħdija tan-navigazzjoni
Għodod addizzjonali
Bħala ċittadin tal-UE int intitolot għas-servizzi tal-kura tas-saħħa f'każ li timrad waqt li tkun qed tivvjaġġa. Sib aktar tagħrif dwar kif il-Kard Ewropea għall-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa qed tagħmel dan aktar faċli. Iċċekkja dwar il-kwalità tal-ilma baħar jew dwar il-livelli ta' ożonu qabel ma tmur u ddeċiedi liema krims tax-xemx tieħu miegħek.
Jekk int ċittadin tal-UE u timrad għal għarrieda jew jinqalagħlek aċċident waqt żjara temporanja f'xi pajjiż tal-UE, l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja jew l-Isvezja, int intitolat għall-istess kura tas-saħħa pubblika bħar-residenti tal-pajjiż li tkun qed iżżur. Kull pajjiż għandu r-regoli tiegħu għall-proviżjoni medika pubblika. F'xi pajjiżi, it-trattament hu b'xejn, f'oħrajn inti tħallas parti mill-ispejjeż, f'oħrajn trid tħallas l-ispejjeż kollha, imbagħad titlob rimborż. Għalhekk żomm il-kontijiet, ir-riċetti u l-irċevuti. Applika għar-rimborż fil-pajjiż li tkun qed iżżur jew, jekk ma tagħmilx dan, meta tmur lura pajjiżek.
Il-Kard Ewropea għall-assigurazzjoni fuq is-saħħa tissimplifika l-proċeduri, tnaqqas il-burokrazija u tgħin biex jitħaffef ir-rimborż tal-ispejjeż. Jekk għad ma għandekx din il-kard, iksibha bla ħlas mill-uffiċċju tas-sigurtà soċjali jew tal-assigurazzjoni fuq il-mard. Xi pajjiżi jinkorporaw il-kard Ewropea fuq in-naħa ta' wara tal-karta tal-identità u oħrajn joħorġu kards separati.
Kun af aktar dwar kif tingħata kura tas-saħħa barra pajjiżek
Il-kard Ewropea għall-assigurazzjoni fuq is-saħħa ma tiħux post l-assigurazzjoni fuq l-ivvjaġġar billi hi tista' ma tkoprix l-ispejjez kollha tal-kura tas-saħħa u hi qatt ma tkopri l-ispejjeż tar-ripatrijazzjoni jew tas-salvataġġ fuq muntanja. Għalhekk jista' jkun jeħtieġlek li tagħmel assigurazzjoni separata fuq l-ivvjaġġar biex tkopri dawn ir-riskji.
Ħu r-riċetta miegħek jekk tkun qed iġġorr mediċini li jinxtraw biha. Iġġorrx miegħek kwantitajiet aktar milli jkollok bżonn għalik innifsek waqt il-vjaġġ, għax kwantitajiet kbar ta' mediċini jistgħu jqajmu suspett.
B'mod ġenerali, ma hemm ebda obbligu li titlaqqam meta ssiefer fl-UE. Madankollu hemm xi rekwiżiti jew rakkomandazzjonijiet għal ċerti territorji mbiegħda tal-UE. Qabel ma ssiefer iċċekkja mat-tabib tiegħek jew żur il-il-websajt tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. ![]()
![]()
Ġew stabbiliti standards stretti għall-ilma għall-għawm madwar l-UE u l-kwalità globali tal-ilma għadha għolja. Rapport annwali tal-Kummissjoni Ewropea
jagħti tagħrif utli dwar il-kwalità tal-ilma għal min ikun fuq btala. Tista' tiċċekkja l-kwalità tal-ilma fejn isir l-għawm ta' kull bajja minn 22,000 bajja, marini jew ilmijiet il-ġewwa mill-art billi tuża l-mappa interattiva
jew il-viewer.
Jekk tara Bandiera Blu
fuq bajja jew f'marina, tista' sserraħ rasek li din għandha l-istandards speċifiċi għall-kwalità tal-ilma, u tissodisfa wkoll l-istandards ta' sikurezza, tas-servizzi, tal-immaniġġjar ambjentali u tal-informazzjoni. Iktar minn 2,960 bajja u marini fl-UE ġew ippremjati bil-Bandiera Blu fl-2010/11. Din l-iskema volontarja qed titmexxa mill-Fondazzjoni għal Edukazzjoni Ambjentali.
Is-Surfrider Foundation Europe ![]()
![]()
tipprovdi wkoll informazzjoni ġenerali u lokali dwar l-ambjent max-xtut.
L-għażla tajba ta' prodott kontra x-xemx li tieħu miegħek fil-vaganzi issa hi aktar faċli minħabba r-rekwiżiti tal-UE dwar tikketti li jinftiehmu aħjar. Uża prodott li jipproteġik kemm mir-radjazzjoni tal-UVB kif ukoll dik tal-UVA. Ir-radjazzjoni tal-UVB tikkontribwixxi għar-riskju tal-kanċer u tikkaġuna ħruq fil-ġilda. Il-fattur SPF, b'numri 'l fuq minn 50, jindika l-livell ta' protezzjoni kontra r-radjazzjoni tal-UVB. Ir-radjazzjoni tal-UVA twassal għat-tikmix tal-ġilda u tħarbat is-sistema immunitarja. Attwalment jeżisti lowgo tal-UVA li jindika l-protezzjoni meħtieġa kontrfa l-UVA, skont metodu ta' evalwazzjoni standard. Termini qarrieqa bħal "ħarsien totali" jew "imblokkar tax-xemx" se jitneħħew. L-użu tal-prodotti kontra r-raġġi tax-xemx hu biss wieħed mill-modi kif wieħed jista' jipproteġi ruħu mill-effetti qerrieda tax-xemx.
| Deskrizzjoni tal-protezzjoni | SPF | Lowgo li jindika l-protezzjoni minima meħtieġa kontra l-UVA |
|---|---|---|
|
Baxxa |
6 |
|
|
10 |
||
|
Medja |
15 |
|
|
20 |
||
|
25 |
||
|
Għolja |
30 |
|
|
50 |
||
|
Għolja ħafna |
50+ |
Għandek imnejn tkun interessat li taġġorna ruħek b'tagħrif dwar il-kundizzjonijiet tal-ożonu
madwar l-Ewropa qabel ma tivvjaġġa, partikularment jekk tbati bl-ażma jew bi problemi oħra tan-nifs.
Ħafna pajjiżi tal-UE attwalment ħadu passi biex jillimitaw jew ma jħallux tipjip fil-post tax-xogħol jew f'postijiet pubbliċi. L-UE hi wkoll ħerqana li tgħin fit-tnaqqis tat-tipjip u biex tinkuraġġixxi ambjenti bla foga ta' sigaretti.
Right navigation