Mogħdija tan-navigazzjoni
Għodod addizzjonali
Kif tgħid grazzi lin-nies li joqogħdu fi Bratislava? X'inhuma l-prefissi internazzjonali tat-telefown? Kemm tħallas biex tuża mowbajl lejn pajjiżi oħra? Skopri dan kollu f'din it-taqsima.
L-Ewropa hi għanja fl-ilsna. Il-familji lingwistiċi ewlenin fl-UE jinkludu dawk tal-lingwi Ġermaniċi, Romanzi, Slavi, Baltiċi u Ċeltiċi. L-istituzzjonijiet tal-UE għandhom 23 lingwa uffiċjali iżda hemm ħafna oħrajn inqas mitkellma. Hemm aktar informazzjoni dwar il-lingwi Ewropej, il-ħiliet lingwistiċi tal-popli Ewropej u l-programmi tal-Kummissjoni għat-tħeġġiġ tat-tagħlim tal-lingwi fil-websajt tal-Kummissjoni dwar il-lingwi. Tista' tisma' wkoll eżempji ta' kif jinstemgħu l-lingwi meta mitkellma.
Ħafna Ewropej jitkellmu mill-anqas lingwa oħra barra mil-lingwa nattiva tagħhom u 'l fuq minn kwart tal-popolazzjoni adulta titkellem mill-anqas żewġ lingwi barranin. Madankollu, matul il-vjaġġi tiegħek fl-Ewropa, ipprova uża xi frażijiet tal-lingwa lokali meta titkellem man-nies lokali. Hawn għandek issib kif tgħid "grazzi":
|
|
Hemm biss prefiss wieħed biex tagħmel telefonati internazzjonali tkun fejn tkun fl-UE. Dan hu 00.
Il-kowds tal-pajjiżi huma:
|
|
Tista' tuża t-telefown ċellulari tiegħek kullimkien fl-Ewropa u f'ħafna naħat tad-dinja minħabba l-istandard tekniku tal-GSM tal-UE. Bis-saħħa tar-regoli dwar ir-roaming tal-UE, il-prezz biex iċċempel meta tkun barra pajjiżek fl-UE issa hu 68% orħos mill-2006 u l-prezz ta' sejħiet li tkun qed tirċievi niżel b'81%. Sadattant, il-prezz biex tibgħat messaġġi qosra bir-roaming naqas b'60% mill-2009 meta ġew introdotti l-limiti tal-prezzijiet. Ħlas għal kull sekonda ġie introdott wara l-ewwel 30 sekonda ta' sejħiet li jsiru u mill-ewwel sekonda ta' sejħiet li jittieħdu.
Massimu ta' Ewrotariffa fil-minuta għall-prezz tar-roaming f'ewro (mingħajr VAT)
|
Ħlas medju Sajf 2006 | L-1 ta' Lulju 2011 – it-30 ta' Ġunju 2012 | |
|---|---|---|
| Sejħiet b'vuċi rrikordjata barra pajjiżek | € 1.10 | € 0.35 |
| Sejħiet b'vuċi rrikordjata li jaslulek waqt li tkun barra pajjiżek | € 0.58 | € 0.11 |
| SMS mibgħut minn barra pajjiżek | - | € 0.11 |
| SMS li jasalek meta tkun barra pajjiżek | - | Bla ħlas |
L-operaturi huma liberi li joffru rati orħos, jiġifieri fittex l-aħjar prezzijiet.
Il-konsumaturi issa jirċievu messaġġ awtomatiku tal-prezzijiet li japplikaw għat-telefonati, messaġġi u servizzi ta' dejta roaming bħal tfittix fuq l-internet jew tniżżil ta' films. Ġew introdotti pakketti ta' sejħiet bl-ingrossa għall-prezzijiet mitluba bejn operaturi li għandhom iwasslu għat-tnaqqis fil-ħlas mill-konsumaturi. Ġie introdott mekkaniżmu biex jipproteġi lill-konsumaturi milli "jieħdu xokk minħabba l-kont" ta' servizzi ta' dejta roaming, dan ifisser li wara li tingħata twissija, il-konnessjoni mal-internet tal-mowbajl tal-konsumatur meta jkun barra pajjiżu tinqata' meta l-kont tiegħu jilħaq limitu speċifikat. Jekk il-konsumatur ma jispecifikax limitu, qtugħ b'difolt b'limitu ta' €50 fix-xahar jiġi applikat.
Teżisti websajt tal-UE
li telenka l-Ewrotariffi offruti mill-operaturi f'27 pajjiż tal-UE u li għandha links għall-websajts tagħhom. It-tariffi meta tibgħat il-messaġġi jew tuża s-servizzi tad-dejta wkoll jistgħu jitqabblu.
Bħala riżultat tal-inizjattiva tal-UE, kważi l-manifatturi kollha tal-mowbajls li jikkollegaw id-dejta segwew standard ġdid Ewropew billi pprovdew kompatibilità ma' ċarġer komuni. Mowbajls u ċarġers kompatibbli qed ikunu gradwalment introdotti fis-suq Ewropew fl-2011.
Il-bolol jistgħu jintużaw biss fil-pajjiż fejn tixtrihom, anki jekk ikollhom il-prezz bl-ewro.
L-Ewropa kollha tuża kurrent ta' 220-240 volt, b'50 ċiklu jalterna. Ċipru, l-Irlanda, Malta u r-Renju Unit għandhom plaggijiet ta' bi tlieta, iżda, b'mod ġenerali, il-pajjiżi l-oħra kollha jużaw plaggijiet ta' bi tnejn. Jista' jkun li dawn ma jkunux kullimkien l-istess iżda suppost li tkun tista' tuża l-apparat li jkollok, bħalma huma hairdryers u magni tal-leħja, kullimkien. Fl-ajruporti u f'postijiet turistiċi normalment tkun tista' ssib tixtri adapters apposta.
Right navigation