Mogħdija tan-navigazzjoni
Għodod addizzjonali
Skont id-dispożizzjonijiet tar-Reġistru Konġunt dwar it-Trasparenza mniedi fit-23 ta' Ġunju 2011, l-organizzazjonijiet u l-entitajiet jeħtiġilhom ikollhom aċċess għar-Reġistru qabel ma' jitolbu d-drittijiet tal-aċċess mill-Parlament Ewropew.
Għandha tintbagħat applikazzjoni għad-drittijiet tal-aċċess b'konformità mal-istruzzjonijiet xi mkien ieħor fuq dan is-sit web.
L-individwi jistgħu jingħataw drittijiet tal-aċċess għall-Parlament Ewropew għal mhux aktar minn 12-il xahar. Tista' tintbagħat applikazzjoni għat-tiġdid tad-drittijiet tal-aċċess xahrejn qabel id-data ta' skadenza indikata.
Individwi bid-drittijiet tal-aċċess jistgħu jiksbu kard għall-aċċess ta' kuljum biex jidħlu fil-Parlament Ewropew mill-punti ta' informazzjoni fid-daħla min-naħa ta' Simone Veil Agora għall-bini Altiero Spinelli (ASP) fi Brussell (in-naħa tal-istazzjoni "Luxembourg"), u fid-daħliet tal-binjiet Louise Weiss (LOW) u Winston Churchill (WIC) fi Strasburgu.
Il-kards tal-aċċess fi Brussell se jkunu disponibbli mit-8.00 am sas-7.00 pm fil-jiem meta jkun hemm ix-xogħol parlamentari (mit-Tnejn sal-Ħamis) u fi Strasburgu mis-12.30 pm sat-8.00 pm (it-Tnejn), mis-7.30 am sat-8.00 pm (mit-Tlieta sal-Erbgħa) u mis-7.30 am sas-6.00 pm (il-Ħamis).
Organizzazzjoni tista' titlob drittijiet tal-aċċess għal għadd ta' individwi li minnhom mhux iktar minn erbgħa jistgħu jidħlu fil-Parlament fl-istess jum.