Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata
  • Ċekken it-test
  • Kabbar it-test
  • Agħżel kuluri li jikkuntrastaw
  • Agħżel il-verżjoni bil-kuluri standard

Segretarjat konġunt tar-Reġistru għat-trasparenza

Il-ftehim interistituzzjonali dwar ir-Reġistru għat-trasparenza

Is-Segretarji Ġenerali tas-servizzi tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea huma responsabbli mis-sorveljanza tas-sistema u l-aspetti ta' ħidma ewlenija kollha, u bi qbil reċiproku jieħdu l-miżuri neċessarji biex jimplimentaw dan il-qbil.

Biex jimplimentaw is-sistema, is-servizzi tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea għandhom jistabilixxu struttura ta' ħidma konġunta: Din tkun magħmula minn grupp ta' uffiċjali mill-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea wara li jsir arranġament bejn is-servizzi kompetenti. Is-Segretarjat konġunt tar-Reġistru għat-trasparenza jopera taħt il-koordinazzjoni tal-Kap tal-Unità fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni. Dmirijietu jkunu jinkludu l-implimentazzjoni ta' miżuri li jikkontribwixxu għall-kontenut dwar il-kwalità tar-reġistru.

Is-Segretarjat konġunt tar-Reġistru għat-trasparenza huwa operazzjonali mid-dħul fis-seħħ tal-ftehim interistituzzjonali fit-23 ta' Ġunju 2011. Skont l-artikolu 21 tal-IIA, il-koordinazzjoni tkun f'idejn M. Gérard LEGRIS, Kap tal-unità għat-Trasparenza u r-relazzjonijiet mal-gruppi ta' interess fis-Segretarjat ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea.

Wieħed jista' jikkuntattja lis-Segretarjat konġunt tar-Reġistru għat-trasparenza permezz tal-buttuna “ikkuntattja r-reġistru” fuq il-paġna ewlenija tar-reġistru.

Id-dmirijiet prinċipali tiegħu huma dawn li ġejjin:

  • Help desk għall-utenti interni u esterni (kaxxa postali, mistoqsijiet bit-telefown), risposti għall-mistoqsijiet attwali, reżoluzzjoni għall-problemi prattiċi.
  • Bini u aġġornar regolari tal-kontenut tas-sit web.
  • Interface mas-servizzi IT għall-manteniment u t-trattament tad-dejta kif ukoll mal-kontrollur tad-dejta personali.
  • Tagħrif dwar id-dispożizzjoni, il-promozzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-kategoriji differenti ta' utenti.
  • Produzzjoni u diffużjoni tat-tabelli u l-istatistika.
  • Sorveljanza tal-mekanniżmu tal-ilmenti u s-sanzjonijiet, investigazzjonital-ilmenti.
  • Verifika ta' kwalità.
  • Tħejjija u attwalizzazzjoni tan-noti ta' interpretazzjoni, linji gwida u vade mecum.
  • Produzzoni ta' rapporti, proġetti ta' rispons għal mistoqsijiet parlamentari.
  • Analiżi tal-isfond Tħejjija u segwitu tal-adozzjoni tar-rapport tal-progress biex jiġi prodott minn issa sa l-aħħar tal-leġiżlazzjoni u l-mandat tal-Kummissjoni.
  • Għarfien tal-fenomenu u tal-metodi tal-lobbying, u tar-regolamentazzjoni tiegħu.