Mogħdija tan-navigazzjoni
Għodod addizzjonali
Din id-dikjarazzjoni tal-privatezza tispjega kif ir-Reġistru għat-Trasparenza juża kwalunkwe tagħrif li tagħtina u l-mod kif nipproteġu l-privatezza tiegħek.
Bħala parti mill-isforzi biex tittejjeb it-trasparenza tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonjiet fl-Ewropa, infetaħ reġistru pubbliku għall-organizzazzjonijiet u individwi li jaħdmu għal rashom fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE (Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta' Reġistru għat-Trasparenza). L-għan tar-"Reġistru għat-Trasparenza" (minn issa: Reġistru) hu li jipprovdi tagħrif dwar il-veduta tal-organizzazzjonijiet Ewropej u individwi li jaħdmu għal rashom fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE b'mod kemm jista' jkun komprensiv. Ir-Reġistru huwa disponibbli pubblikament fuq l-Internet u jitmexxa mis-Segretarjat konġunt tar-Reġistru għat-Trasparenza iffurmat mill-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea.
Ir-Reġistru jinkludi sistema ta' reġistrazzjoni volontarja onlajn bl-inċentivi li r-rappreżentanti b'interessi jirreġistraw. L-inċentivi jinkludu twissijiet awtomatiċi għal konsultazzjonijiet pubbliċi dwar kwistjonijiet ta' interess għall-entitajiet reġistrati. L-entitajiet li ma jirreġistrawx ma jibbenefikawx mis-sistemi ta' twissija awtomatika għall-konsultazzjoni pubblika.
Waqt li l-entitajiet ikunu qed jirreġistraw, iridu jaqblu mal-kodiċi ta' kondotta li huma disponibbli fuq l-istess websajt.
Is-sistema ta' reġistrazzjoni tinvolvi li tagħti xi informazzjoni dwar min huma l-entitajiet u lil min jirrappreżentaw, x'inhi l-missjoni tagħhom u kif inhuma ffinanzjati. Din id-dejta tinġabar permezz tal-formola ta' reġistrazzjoni onlajn li hija disponibbli fuq l-istess websajt.
Id-dejta personali li tikkonċerna l-persuni ta' kuntatt, miġbura mill-interface għar-reġistrazzjoni bbażata fuq il-web mhux se tkun disponibbli għall-konsultazzjoni miċ-ċittadini Ewropej fuq is-sit web tar-Reġistru.
Id-dejta tinġabar biss u tkun disponibbli għall-pubbliku biss għal raġunijiet speċifiċi stipulati f'din id-dikjarazzjoni ta' privatezza u mhux se tintunża għal għanijiet oħra.
Ir-Reġistru huwa disponibbli biex il-pubbliku jkun jista' jikkonsultah fuq l-internet. Madankollu d-dejta personali li tikkonċerna l-persuni ta' kuntatt hija eskluża.
L-informazzjoni kollha tista' tintbagħat lil servizzi oħra tal-istituzzjonijiet iżda mhux se tingħata lill-partijiet terzi.
Il-lista tal-indirizzi elettroniċi hija responsabbiltà tal-webmaster awtorizzat. Il-webmaster awtorizzat jista' jħassar xi informazzjoni jekk jidhirlu li tkun skaduta jew ħażina jew jekk il-valuri, l-objettivi u/jew l-azzjonijiet tal-entità reġistrata jmorru kontra l-prinċipji tal-UE kif imfissra fl-Artikolu 6, § 1 u 2 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. F'dan il-każ, is-sottoskritt jiġi infurmat dwar il-proċedura li jsegwi s-Segretarjat konġunt tar-Reġistru ta’ trasparenza għat-tħassir ta' reġistru mill-arkivju.
Immedjatament wara li tiġi sottomessa l-formola, ir-risposti tiegħek jiġu rreġistrati f'bażi tad-dejta sikura u protetta, miżmuma miċ-Ċentru tad-dejta tal-Kummissjoni Ewropea. Id-dejta ta' identifikazzjoni tal-organizzazzjoni tiegħek titwassal b'mod sikur permezz tan-netwerk (Secure Sockets Layer (SSL)) lill-webserver tal-Kummissjoni Ewropea.
Id-dettalji tal-persuni ta' kuntatt mhumiex ippubblikati fuq il-websajt. Fl-istituzzjonijiet il-bażi tad-dejta kollha tista' tiġi aċċessata biss minn għadd limitat ta' persuni bl-użu ta' UserId u Password.
Ir-Reġistru huwa servizz volontarju. L-aċċess biex tirranġa d-dejta mibgħuta fi kwalunkwe mument huwa biss permess għall-utenti reġistrati permezz ta' Login/Password. Tista' tirranġa d-dejta tiegħek meta trid permezz tar-Reġistru web tagħna billi tilloggja bil-login u l-password li rċevejt waqt ir-reġistrazzjoni. Tista' tivverifika l-preċiżjoni tal-informazzjoni u jekk ikun neċessarju, tikkoreġiha billi taċċessa l-web u tagħmel it-tibdil inti stess.
Niġbdulek l-attenzjoni li jekk tneħħi jew tħassar l-abbonament, kull informazzjoni dwarek tintilef u ma tibqax disbonibbli fuq ir-resġistru pubbliku. Jekk l-entità tkun tixtieq terġa' tirreġistra, trid terġa' tiddaħħal l-informazzjoni kollha.
Aħna nżommu d-dejta tiegħek sakemm tkun irreġistrat jew sakemm id-dejta tinsab li tkun skaduta jew ħażina. Għandek taġġorna d-dejta tiegħek tal-anqas darba fis-sena; inkella titħassar awtomatikament mill-websajt pubblika.
Għal raġunijiet ta' trasparenza, id-dejta tiegħek tinżamm fil-parti tal-arkivju li mhijiex pubblika għal 5 snin wara l-aħħar azzjoni tar-reġistrazzjoni. Id-dejta kollha titħassar wara dawn il-5 snin.
F'każ li jkollok mistoqsijiet relatati mas-Servizz-e jew rigward kwalunkwe informazzjoni proċessata fil-kuntest ta' dan is-servizz, tiddejjaq xejn tikkuntattja s-Segretarjat konġunt tar-Reġistru ta’ Trasparenza, billi tuża l-formola ta' kuntatt li hija disponibbli fuq din il-websajt.