Mogħdija tan-navigazzjoni

Għodod addizzjonali

  • Verżjoni stampata
  • Ċekken it-test
  • Kabbar it-test
  • Agħżel kuluri li jikkuntrastaw
  • Agħżel il-verżjoni bil-kuluri standard

Kodiċi ta' Kondotta

Fir-relazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE u l-Membri tagħhom, l-uffiċjali u ħaddiema oħra, ir-reġistranti:

  1. dejjem għandhom jidentifikaw ruħhom bl-isem u l-entità jew entitajiet li għalihom jaħdmu jew li lilhom jirrappreżentaw; jiddikjaraw l-interessi, l-objettivi jew l-għanijiet promossi u, fejn japplika, jispeċifikaw il-klijenti jew il-membri li jirrappreżentaw;
  2. ma jiksbux jew jippruvaw jiksbu informazzjoni, jew kwalunkwe deċiżjoni, b'mod mhux onest, jew bl-użu ta' pressjoni żejda jew aġir mhux xieraq;
  3. ma jiddikjarawx xi relazzjoni formali mal-UE jew waħda mill-istituzzjonijiet tagħha fil-komunikazzjoni tagħhom ma' partijiet terzi, u lanqas ma għandhom jirrappreżentaw ħażin l-effett tar-reġistrazzjoni b'xi mod li jista' jqarraq bil-partijiet terzi jew uffiċjali jew ħaddiema oħra tal-UE;
  4. jiżguraw li, sa fejn jafu huma, l-informazzjoni li jipprovdu mar-reġistrazzjoni u wara fil-qafas tal-attivitajiet tagħhom fl-iskop tar-reġistru tkun sħiħa, aġġornata u mhux qarrieqa;
  5. ma jbiegħux lil partijiet terzi kopji ta' dokumenti miksuba minn instituzzjoni tal-UE;
  6. ma jippruvawx jikkonvinċu lil xi Membri tal-istituzzjonijiet tal-UE, uffiċjali jew ħaddiema oħra tal-UE, jew assistenti jew apprendisti tal-Membri, biex jgħawwġu r-regoli u l-istandards tal-imġiba applikabbli għalihom;
  7. jekk ikunu qed jimpjegaw eks uffiċjali jew ħaddiema oħra tal-UE jew assistenti jew apprendisti tal-Membri tal-istituzzjonijiet tal-UE, jirrispettaw l-obbligu ta' dawn l-impjegati biex jobdu r-regoli u r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità li japplikaw għalihom;
  8. jobdu kwalunkwe regoli stipulati fuq id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-eks Membri tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea;
  9. jinfurmaw lil min jirrappreżentaw dwar l-obbligi tagħhom lejn l-isituzzjonijiet tal-UE;

L-individwi li jirrappreżentaw jew jaħdmu għall-entitajiet li rreġistraw mal-Parlament Ewropew bit-tir li jiksbu tessera personali mhux trasferibbli li tiżgura aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew għandhom:

  1. iżommu strettament mad-dispożizzjonijiet tar-Regola 9 ta, u l-Anness X u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tal-Anness I għal, ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew;
  2. jissodisfaw ruħhom li kwalunkwe għajnuna pprovduta fil-kuntest tal-Artikolu 2 tal-Anness I tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew tiġi ddikjarata fir-reġistru xieraq;
  3. sabiex jiġu evitati l-kunflitti ta' interess, jiksbu kunsens bil-quddiem tal-Membru jew il-Membri tal-Parlament Ewropew ikkonċernat dwar relazzjonijiet kuntrattwali ma', jew ingaġġ ta', assistent ta' Membru, u jiddikjaraw dan fir-reġistru.