Għandek xi riżorsa ta’ tagħlim favorita? Għidilna dwarha!

Ibgħat
ir-riżorsa tat-tagħlim tiegħek

Kif tordna

Il-pubblikazzjonijiet fuq dan is-sit huma disponibbli u tista' tordnahom mill-EU Bookshop jew billi tikkuntattja lill-pubblikatur tar-riżorsa. Dawn huma bla ħlas.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif tordna l-prodotti fuq dan is-sit, jekk jogħoġbok ikkuntattja lil Europe Direct.

Linji gwida

< Formola ta’ sottomissjoni

Ir-Rokna tal-Għalliema hija riżorsa fuq l-internet li fiha minn kollox għal firxa wiesgħa ta’ materjal ta’ tagħlim dwar l-Unjoni Ewropea, il-politika u l-attivitajiet tagħha.

Kulħadd huwa mistieden jissottometti links għal riżorsi biex jidhru fir-Rokna tal-Għalliema, kemm jekk pubblikazzjoni stampata, sit elettroniku, powster, pjan ta’ tagħlim jew oħrajn. Madankollu, is-sottomissjonijiet kollha għandhom jissodisfaw ċerti kriterji. Huma għandhom:

  1. jindirizzaw l-Unjoni Ewropea – l-UE nnifisha jew l-oqsma politiċi tagħha (inkluż l-ambjent, il-kummerċ, il-protezzjoni tal-konsumaturi, it-tkabbir tal-UE, il-Gvern elettroniku, l-enerġija, is-sigurtà fit-toroq u ħafna aktar)
  2. ikunu nħolqu espliċitament għat-tagħlim taż-żgħażagħ
  3. ikunu disponibbli għall-utenti kollha mingħajr ħlas
  4. ma jippromwovux interessi kummerċjali jew politiċi
  5. ikollhom liċenzja “ħielsa” (dritt tal-awtur) jew CC (creative commons)
  6. ikunu korretti, preċiżi, aġġornati u disponibbli għall-għalliema
  7. ma jkunux elenkati diġà fir-Rokna tal-Għalliema.

Jekk riżorsa ma tissodisfax dawn il-kriterji kollha, hija ma tiġix ippubblikata fir-Rokna tal-Għalliema.

Qabel jiġu nklużi fil-portal, ir-riżorsi kollha tat-tagħlim jiġu assessjati fuq il-valur pedagoġiku tagħhom. Għandhom jiġu applikati kemm jista’ jkun possibbli mill-punti li ġejjin għar-riżorsa tiegħek:

  1. Il-korrettezza u l-preċiżjoni tal-kontenut
    • Il-kontenut huwa korrett, preċiż u aġġornat? Pereżempju, l-ismijiet tal-Kummissarji huma korretti? (fl-2010 ġiet eletta Kummissjoni ġdida, l-ismijiet tad-Direttorati Ġenerali nbidlu, il-lista ta’ pajjiżi kandidati kienet estiża).
    • Il-kontenut għandu jkun ħieles mill-iżbalji u ppreżentat mingħajr preġudizzju jew omissjonijiet li jistgħu jiżgwidaw lill-qarrejja.
  2. 2. L-attraenza:
    • Ir-riżorsa għandha tkun attraenti, u tkun tista’ tuża elementi viżwali bħal animazzjonijiet sabiex jiġu spjegati l-kunċetti (pereżempju, ir-riżorsi jista’ jkollhom ftit kliem jew saħansitra xejn; u jinkludu animazzjonijiet u simulazzjonijiet li jispjegaw ruħhom minnhom infushom. Jista’ jkun meħtieġ li jkollok biss ftit tikketti bil-kliem jew ikoni/buttuni, bħal ibda, ieqaf, eċċ.).
    • L-utenti għandhom ikunu kapaċi jiddeterminaw is-suġġett jew l-għan tat-tagħlim intiż.
    • Idealment, ir-riżorsa għandha toffri għażla, multimidja, interattività, umoriżmu, jew sfidi simili għal logħob, li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni.
    • Ir-riżorsa tat-tagħlim tagħmel użu minn xi metodi innovattivi biex tgħallem lill-istudenti dwar l-Unjoni Ewropea?
  3. L-użu:
    • Ir-riżorsa tat-tagħlim tista’ tiġi integrata faċilment f’ambjent tat-tagħlim (pereżempju, klassi tal-iskola, ħidma fi grupp, eċċ.)?
  4. L-użu mill-ġdid:
    • Ir-riżorsa tista’ tintuża (mill-ġdid) f’kuntest (suġġetti) differenti?
    • Tista’ tintuża għal livelli edukattivi jew gruppi ta’ etajiet differenti?
    • Tista’ tiġi kkombinata faċilment ma’ riżorsi oħrajn?
  5. L-aċċessibilità:
    • Ir-riżorsa tat-tagħlim hija aċċessibbli għal sitwazzjonijiet ta’ tagħlim differenti? Dan japplika kemm għall-istandards tekniċi u għall-istudenti b’diżabilità?
    • Il-materjal jirrikjedi xi softwer speċjali, plug-ins jew it-tniżżil ta’ xi programmi oħrajn?
    • It-testi għandhom ikunu jistgħu jinqraw, il-graffs u ċ-charts jiġu ttikkettjati u jkunu ħielsa minn dettalji żejda. Il-kitba għandha tkun ċara, konċiża u ħielsa mill-iżbalji. Il-kuluri, il-mużika u l-karatteristiċi dekorattivi għandhom ikunu estetikament attraenti mingħajr ma jinterferixxu mal-miri tat-tagħlim.
    • Il-materjal għandu jikkonforma mal-Linji Gwida W3C dwar l-Aċċessibilità tal-Kontenut b’minimu ta’ ‘Double A’.

Aħna mhux qegħdin infittxu riżorsi ta’ tagħlim fejn:

  • il-kontenut ma jkunx preċiż
  • il-kontenut ikun fih xi preġudizzji jew omissjonijiet
  • il-miri tat-tagħlim ma jkunux apparenti jew ma jkunux xierqa għall-istudenti maħsuba
  • l-attivitajiet ikunu faċli wisq jew diffiċli wisq għall-istudenti maħsuba
  • ikunu jidhru biss testi u stampi statiċi (għandu jkun hemm elementi interattivi)
  • il-kontenut ikun jista’ jintuża biss minn grupp żgħir ta’ studenti b’għarfien speċjalizzat ħafna.

< Formola ta’ sottomissjoni

L-aħħar aġġornament: 21/03/2014
Avviż legali | X’hemm ġdid fuq is-sit EUROPA | Werrej | Dwar EUROPA | FAQ | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna