Mogħdija tan-navigazzjoni
Ir-Rokna tal-GħalliemaMerħba fir-Rokna tal-Għalliema! Dan hu l-post ewlieni fejn issib firxa wiesgħa ta' materjal tat-tagħlim dwar l-Ewropa. Il-materjal ġie provdut minn istituzzjonijiet differenti tal-UE kif ukoll minn entitajiet governattivi jew non-governattivi biex jgħin lit-tfal u ż-żgħażagħ jitgħallmu dwar l-Unjoni Ewropea u l-politiki tagħha.
Dawn il-websajts, fuljetti, kotba, mapep u powsters jispjegaw x'inhi l-UE u x'tagħmel. Jindirizzaw ħafna mill-mistoqsijiet u l-isfidi li tiffaċċja s-soċjetà llum, ngħidu aħna, x'nistgħu nagħmlu biex inħarsu l-ambjent? Kif nistgħu ngħixu flimkien fil-paċi u s-sigurtà?
Kemm jekk qed tfittex ispirazzjoni għal-lezzjonijiet tiegħek u kemm jekk trid tagħrif dwar l-istorja tal-Ewropa, iċ-ċittadinanza jew xi ħaġa speċifika bħal kif tista' tnaqqas il-konsum individwali tal-enerġija, għandek issib xi ħaġa utli apposta skont il-grupp ta’ età tal-istudenti tiegħek. Kemm tikklikkja fuq il-grupp ta' età tal-klassi hawn taħt u ssib il-materjal l-iktar adattat għall-ħtiġijiet ta' tagħlim tiegħek.
Inti mħeġġeġ/mħeġġa wkoll li tgħidilna dak li taħseb dwar il-materjal għat-tagħlim fir-Rokna tal-Għalliema. Ikklikkja fuq “Ir-reviżjoni tiegħek” u mbagħad ikklassifika jew ikkummenta fuq materjal. Inti żviluppajt materjal ta’ tagħlim dwar l-UE? Jekk hu hekk, għaliex ma tikklikjax fuq “Ibgħat” u tibgħatielna? Jekk din tissodisfa l-kriterji tagħna għall-inklużjoni, aħna nippubblikawha fuq is-sit elettroniku.
Gawdi ż-żjara tiegħek!
‘Iklikkja hawn biex issib l-aqwa materjal għal studenti tal-primarja u tas-sekondarja - magħżul minn esperti fl-edukazzjoni minn madwar l-Ewropa kollha.’
COMENIUS - il-programm ta' skambju tal-iskejjel tal-UE
Vjaġġ ikkulurit madwar l-Ewropa, li jkopri l-istorja u l-ġeografija.
| Avviż legali | X’hemm ġdid fuq is-sit EUROPA | Werrej | Dwar EUROPA | FAQ | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna |