Ir-Rokna tal-Għalliema

Homepage

Homepage

Qed tfittex materjal tat-tagħlim dwar l-Unjoni Ewropea?

Mela ġejt fil-post it-tajjeb! Ir-Rokna tal-Għalliema fiha t-tipi kollha ta' materjal għal gruppi ta' età differenti. Kemm jekk inti trid li tgħallem lill-istudenti tiegħek dwar dak li tagħmel l-UE, kif bdiet u kif taħdem jew jekk trid tiddibatti fuq il-politiki tal-UE f'aktar dettall, hawnhekk se ssib ħafna ispirazzjoni..
Teachers corner logo

L-Ewropa fir-Reġjun Tiegħi hija kampanja mifruxa mal-Unjoni Ewropea kollha li tħeġġeġ liċ-ċittadini jiskopru proġetti Ewropej viċin tagħhom.

eu60mt

60 sena ta’ paċi, demokrazija u solidarjetà

Fil-25 ta’ Marzu 1957, sitt pajjiżi (il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu u n-Netherlands) iffirmaw it-Trattat ta’ Ruma, li ħoloq il-Komunità Ekonomika Ewropea – il-prekursur tal-Unjoni Ewropea. Din is-sena niċċelebraw is-60 sena tal-iffirmar ta' dan it-trattat.

Bħala għalliem, tista’ tuża din l-okkażjoni biex tipprepara lezzjoni speċjali dwar l-istorja tal-Unjoni Ewropea u dwar uħud mill-opportunitajiet li l-UE tipprovdi għaż-żgħażagħ. Għal dan l-għan, hawn taħt qed nippreżentaw xi materjal li tista’ tuża fil-lezzjoni.

Għall-istudenti bejn id-9 u t-12-il sena:

Għall-istudenti ta' 12-il sena jew iktar:

Għall-istudenti ta' 15-il sena jew iktar:

Tista’ ssib ukoll utli l-materjal li ġej:

Il-Missirijiet Fundaturi tal-UE

Ewropa paċifika – il-bidu tal-kooperazzjoni

Din l-informazzjoni tista' tkun il-bażi għal diskussjoni dwar is-sitwazzjoni kurrenti u l-ġejjieni tal-UE. It-tamiet u l-ħolm tal-missirijiet fundaturi saru realtà? X’inhu l-ħolm tal-istudenti għall-Ewropa fid-deċennju li jmiss?

 

 

Homepage