[Kollox dwar l-UE]
Ejja nesploraw l-Ewropa!
L-Ewropa: Kontinent sabiħ bi storja li ssaħħar. Minnha ħarġu bosta mix-xjenzati, inventuri, artisti u kompożituri magħrufa tad-dinja, kif ukoll persuni popolari fid-divertiment u persuni sportivi li kisbu suċċess. Għal sekli sħaħ l-Ewropa kienet mifnija minn gwerer u firdiet. Iżda fl-aħħar 60 sena jew madwar, il-pajjiżi ta’ dan il-kontinent antik fl-aħħarnett bdew jingħaqdu flimkien fil-paċi, fil-ħbiberija u fl-unità, biex jaħdmu għal Ewropa aħjar u għal dinja aħjar.
Dan il-ktieb għat-tfal (ta' bejn wieħed u ieħor 9 u 12-il sena) jirrakkonta l-istorja b'mod sempliċi u mill-qalb. It-tfal jistgħu jesploraw firxa wiesa' ta’ suġġetti dwar l-ambjent, l-istorja, il-lingwi, it-tradizzjonijiet u l-ġeografija. Pereżempju, huma jistgħu jsibu f’liema postijiet fl-Ewropa wieħed jista' jisma' t-twerżiq tal-werżieq, fejn toqgħod il-kittieba tal-kotba ta' Harry Potter J.K. Rowling, min kienu l-Griegi tal-Antik u meta deher l-ewwel kompjuter. Huwa jispjega x’inhi l-Unjoni Ewropea u kif taħdem. Ritratti u illustrazzjonijiet attraenti jagħmlu lill-websajt u l-prodotti stampati attraenti ħafna għat-tfal, waqt li l-logħob u l-kwiżżijiet jippermettulhom li jittestjaw l-għarfien tagħhom u jikkompetu ma’ oħrajn.
Bil-lingwi timxi l-quddiem
Dan il-ktejjeb jintroduċi t-tfal mal-lingwi mitkellma fl-UE. Kull pajjiż tal-UE għandu l-paġna tiegħu bi stampa ta' tifel jew tifla lokali li jgħidu diversi frażijiet bażiċi bħal "grazzi" jew "mhux qed nifhem". Il-frażijiet huma ripetuti għal kull pajjiż, biex it-tfal ikunu jistgħu jqabblu t-23 lingwa uffiċjali tal-UE.
- 2010
-
Niżżel

[Drittijiet tal-konsumatur]
Edukazzjoni tal-konsumatur
Din hi għażla ta' pjanijiet ta' lezzjonijiet u riżorsi ta' tagħlim dwar l-edukazzjoni tal-konsumatur. Ir-riżorsi huma miġburin f'erba' oqsma: Il-ġestjoni tal-finanzi, konsumaturi sikuri u b'saħħithom, konsumaturi responsabbli u servizzi.
[Ekonomija u kummerċ]
Eurokool L-iskola tal-Euro
Aqbeż minn fuq bejt għal ieħor biex tiġbor il-muniti tal-euro inti u għaddej. Qabbel il-munita tal-ewro mal-pajjiż tagħha jew ara tistax tagħraf karta tal-ewro falza minn waħda tajba. Dawn il-logħbiet, u oħrajn, jiżguraw li kulħadd jieħu gost jitgħallem dwar l-ewro.
- 2009
-
Nizzel

Anna u Alex jeħduha kontra dawk li jiffalsifikaw il-karti tal-flus
Meta Philip, mingħajr ma jaf, jinqabad fi pjan ta’ nfiq ta’ karti tal-flus tal-euro ffalsifikati, Anna u Alex jaqbżu għalih. Bil-għajnuna tal-politika, jirnexxielhom jaqbdu lill-moħħ wara din l-iskema, Billy Foxham, u Anna tispjega kif tagħraf karta tal-flus falza.
- 2010
-
Télécharger

[Ikel]
L-aktar btala sana!
Ktejjeb komiku dwar tlett itfal li kull wieħed minnhom jiġi introdott għal stil ta' ħajja differenti meta jqatta' s-sajf mal-kuġini tiegħu. Hemm huma jibdlu l-vizzji ħżiena tagħhom, jitgħallmu jieklu bnin u jagħmlu l-eżerċizzju. Billi jagħtu attenzjoni lis-saħħa tagħhom, huma jsiru aktar b'saħħithom, iħossuhom aħjar u jistgħu jieħdu sehem f'Ġirja fi Grupp. Kif jgħid il-kowċ, "Il-ġisem tagħna huwa bħal magna - għandu bżonn tal-fjuwil it-tajjeb!"
- 2011
-
Niżżel








