[Kollox dwar l-UE]
L-Ewropa fi 12-il lezzjoni
Xi skop għandha l-UE? Għaliex u kif ġiet stabbilita? Kif taħdem? X’kisbet diġà għaċ-ċittadini tagħha, u xi sfidi ġodda qed taffaċċja llum?
F’era ta’ globalizzazzjoni, l-UE tista’ tikkompeti b’suċċess ma’ ekonomiji ewlenin oħra u żżomm l-istandards soċjali tagħha? X'se jkun ir-rwol tal-Ewropa fix-xena dinjija fis-snin li ġejjin? Sa fejn se jestendu l-fruntieri tal-Unjoni Ewropa? U x'futur għandha l-ewro?
Dawn huma biss uħud mill-kwistjonijiet li jesplora l-espert tal-UE Pascal Fontaine f'din l-edizzjoni tal-2010 tal-ktejjeb popolari tiegħu L-Ewropa fi 12-il lezzjoni.
- 2011
-
Niżżel

L-UE f’ritratti
Dawn ir-ritratti jistgħu jintużaw mill-għalliema sabiex jagħmlu preżentazzjonijiet bil-powerpoint dwar l-UE. Kull ritratt jipprovdi xi fatti sempliċi jew kliem ewlieni fi stil li jista’ jinftiehem malajr minn udjenza mingħajr ebda għarfien dwar l-UE. Jispjegaw figuri u politiki ewlenin u kif taħdem l-UE u jipprovdu informazzjoni bażika dwar kwistjonijiet bħat-tkabbir tal-UE, it-trattati u s-simboli tal-UE.
Ir-ritratti jiġu aġġornati regolarment
L-Istorja tal-Unjoni Ewropea
Minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, għall-era tal-Gwerra Bierda u t-tkabbir ekonomiku u r-riċessjoni - l-istorja Ewropea qatt ma kienet waħda tedjanti! Ara kif dawn l-avvenimenti ffurmaw l-UE - u kif l-UE wieġbet għalihom. Aqra ħarsa ġenerali ta' kull deċennju, jew agħti titwila lejn dak li ġara sena wara sena. Tista' taqra aktar dwar il-'Missirijiet Fundaturi' tal-UE u tara l-vidjows tagħhom fl-azzjoni. Wallchart tippreżenta skeda ta' żmien ta' 25 avveniment prinċipali fl-integrazzjoni Ewropea.
- 2012
Kif taħdem l-UE
Trid issir taf dwar kif taħdem l-UE? Mela tkomplix tfittex aktar! Hawn huwa l-post minn fejn tista' ssib dak kollu li għandek bżonn biex issir taf dwar kif jaħdmu l-istituzzjonijiet varji, kif l-UE tieħu deċiżjonijiet u dwar min huwa involut. Sir af pereżempju fuq min jissettja l-aġenda u min għandu jaqbel fuq proposti ġodda qabel dawn isiru liġi madwar l-UE.
- 2012
Oqsma politiki tal-Unjoni Ewropea
L-UE hija attiva f'firxa wiesgħa ta' oqsma politiċi, mid-drittijiet tal-bniedem għat-trasport u l-kummerċ. Kemm jekk trid tkun taf dwar kemm tonfoq flus l-UE fuq ir-ristrutturar tas-settur tas-sajd jew dwar dak li qed tagħmel biex tindirizza t-tibdil fil-klima - dan is-sit elettroniku jipprovdi t-tweġibiet għalik.
- 2012
Ġeografija tal-Unjoni Ewropea
Minn fuq dan is-sit elettroniku inti tista' ssib mapep prattiċi b'informazzjoni bażika fuq is-sistema politika tal-pajjiż, l-istorja, l-ekonomija, il-ġeografija u l-ikel tradizzjonali tiegħu.
Barra mis-sit elettroniku, minn hawn tista' tniżżel wall chart bil-mappa tal-Ewropa u minn hawn tista' tniżżel fuljett "L-Ivvjaġġar fl-Ewropa 2012-13" b'mappa u b'bosta pariri għall-ivvjaġġar.
- 2012
EuroparlTV
It-taqsima tal-‘Parlament Żagħżugħ’ tas-sit elettroniku tal-EuroparlTV fiha ħarsa ta’ kif jaħdem il-Parlament, tal-istorja tal-UE, u introduzzjoni għal suġġetti attwali tal-UE, bħall-Balkani u t-‘trijangolu istituzzjonali’. Intervisti fuq vidjow ma’ MPEs jindirizzaw ukoll uħud mill-kwistjonijiet l-aktar jaħarqu u kontraversjali ta’ llum, bħall-kriżi ekonomika, organiżmi modifikati ġenetikament (OMĠ) u proposti għal armata Ewropea.
Djarju Europa
Din l-iskeda prattika fiha ħafna spazju fejn l-istudenti jniżżlu x'xogħol għad-dar u l-appuntamenti. Hi ppakkjata wkoll b'fatti interessanti dwar il-ħajja fl-UE u informazzjoni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE. Pariri prattiċi dwar diversi suġġetti bħat-tariffi tal-mowbajl, ir-reċiklaġġ u kif tniżżel il-mużika huma ppreżentati f'format sempliċi u konċiż b'mod li hi adattata bħala għodda ta' tagħlim.
Id-djarju jiġi bi gwida għall-għalliema b'suġġerimenti għal attivitajiet fil-klassi jew xogħol għad-dar ibbażati fuq il-kontenut tad-djarju. Ma tistax tikseb kopji stampati tad-djarju – minħabba li dawn huma disponibbli biss għall-għalliema li jkunu ordnawhom minn qabel. Ma tistax tikseb kopji b’xi mod ieħor, iżda inti mħeġġeġ/mħeġġa tuża l-kontenut.
Nifs Ġdid
Julie hija omm li qed trabbi waħidha mingħajr xogħol, titħabat biex tlaħħaq mal-finanzi. Viktor huwa mużiċista għami, li jixtieq ikun bħal kull persuna oħra. Pedro kiber fil-kampanja Portugiża, iżda telaq mir-razzett żgħir tal-ġenituri tiegħu biex ifittex ix-xorti tiegħu band’oħra – u ma rnexxielux. L-ex ħabsija Fianne minn Dublin tkeċċiet mix-xogħol tagħha f’fabbrika u qiegħda tipprova tagħti direzzjoni ġdid lil ħajjitha. Il-ktieb f’forma ta’ komiks “Nifs Ġdid” jirrakkonta stejjer ta’ dawn in-nies ta’ kuljum u jispjega kif il-Fond Soċjali Ewropew għen biex dawn in-nies jerġgħu jsibu posthom.
- 2010
- Niżżel
Għajnuna Konkreta
Mit-trobbija tan-naħal għall-ġestjoni ta’ kafe organiku u d-disinnjar ta’ ħwejjeġ, dan il-ktieb komiku jurik kif ftit għajnuna mill-Fond Soċjali Ewropew tista’ tgħin lil xi ħadd jibda negozju jew jibdel karriera. L-eżempji mogħtija huma ispirati minn stejjer veri.
- 2011
- Niżżel
Id-drittijiet tiegħek bħala ċittadin Ewropew
Parir prattiku dwar id-drittijiet tiegħek fl-UE. Utenti żgħażagħ jistgħu jkunu partikolarment interessati f’informazzjoni dwar studju jew dwar volontarjat barra minn pajjiżhom, dwar ivjaġġar, xiri u appredistati barra minn pajjiżhom.
- 2012
Fatti u ċifri
Mid-dati meta kull pajjiż issieħeb fl-UE għal fatti dwar il-popolazzjoni, istituzzjonijiet u lingwi, il-fuljett bil-kulur jibda b’introduzzjoni ġenerali qabel jipprovdi informazzjoni aktar speċifika dwar kull pajjiż tal-UE. Sir af aktar dwar is-sistema politika tal-pajjiż, il-popolazzjoni, l-ibliet, l-età tal-votazzjoni tiegħu u aktar. Aktar fatti u ċifri jistgħu jinstabu minn fuq is-sit elettroniku tal-europa.
- 2012
-
Niżżel

[Drittijiet tal-konsumatur]
Consumer Classroom
Għallem lill-istudenti tiegħek il-ħiliet prattiċi bħala konsumaturi li huma għandhom bżonn għall-ħajja reali! Is-sit elettroniku Consumer Classroom jiġbor fih għadd ta' riżorsi ta' ispirazzjoni għall-għalliema - fuq kwistjonijiet li jvarjaw mill-midja soċjali għaċ-ċittadinanza u d-drittijiet tal-konsumaturi. Jippermetti wkoll lill-għalliema sabiex jibnu l-lezzjonijiet online u jaqsmuhom mal-istudenti, u li jiskambjaw suġġerimenti ma’ għalliema oħrajn permezz tal-komunità online mifruxa madwar l-UE.
- 2013
[Ekonomija u kummerċ]
€konomija – Il-Logħba dwar il-Politika Monetarja
Mod pjaċevoli u interattiv kif titgħallem dwar it-tħaddim tal-politika monetarja. Min qed jilgħab irid jieħu deċiżjonijiet dwar ir-rati tal-interessi kull erba’ xhur, fuq medda ta’ tmien snin, filwaqt li jipprova jżomm l-inflazzjoni taħt, imma qrib, it-2%.
[Enerġija u Ambjent]
Fatti u ċifri dwar il-Politika Komuni dwar is-Sajd
Dan il-fuljett jipprovdi fatti u ċifri fuq fejn u kemm nistadu fl-Ewropa. Iħares fid-dettall lejn kemm hemm ħut fl-ibħra tagħna, kemm jinqabdu ħut, l-akkwakultura, is-settur tal-ipproċessar, il-kummerċ barrani u l-konsum.
- 2010
-
Niżżel

[Ikel]
Il-politika Ewropea dwar il-biedja maż-żminijiet
Dan il-powster jiddeskrivi l-iżvilupp tal-politika agrikola komuni sa mill-bidu nett tagħha fl-1957 sal-ġurnata tal-lum. Juri t-tendenza mill-iżgurar ta' ikel bnin bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu u ġusti għall-fokus fuq l-iżvilupp sostennibbli u metodi ta' biedja li jibżgħu għall-ambjent.
- 2012
-
Niżżel

[Sigurtà]
Ħu kontroll tad-dejta personali tiegħek
Tpinġijiet ta’ cartoons li juru r-riskji varji li ż-żgħażagħ jistgħu jkunu esposti għalihom meta jużaw l-internet – mill-kxif ta' passwords u n-numri tal-karti tal-kreditu għall-pubblikazzjoni ta’ ritratti. Testi sempliċi jispjegaw kif liġi ġdida tal-UE sejra żżid il-protezzjoni.
- 2012
-
Niżżel


















