[Kollox dwar l-UE]
L-istabbiltà tal-prezzijiet: għaliex hija importanti għalik?
Dan il-kartun animat, il-fuljetti għat-tfal tal-iskola u l-ktejjeb għall-għalliema li jiġu miegħu, huma maħsubin sabiex jagħtu fehim bażiku liż-żgħażagħ dwar l-importanza ta' prezzijiet stabbli. Il-film juri żewġt itfal tal-iskola sekondarja, Anna u Alex, li qed jitgħallmu dwar kif taħdem is-sistema monetarja tagħna. Il-fuljetti jagħtu ħarsa ġenerali li tinftiehem faċilment tas-suġġett, filwaqt li l-ktejjeb jidħol f’iżjed dettall.
Ara l-film
Quicktime
Real Video
Windows Media
(8 minuti)
Fuljett għat-tfal tal-iskola
Ktejjeb għall-għalliema
Formola tal-ordnijiet
Ġeografija tal-Unjoni Ewropea
Minn fuq dan is-sit elettroniku inti tista' ssib mapep prattiċi b'informazzjoni bażika fuq is-sistema politika tal-pajjiż, l-istorja, l-ekonomija, il-ġeografija u l-ikel tradizzjonali tiegħu.
Barra mis-sit elettroniku, minn hawn tista' tniżżel wall chart bil-mappa tal-Ewropa u minn hawn tista' tniżżel fuljett "L-Ivvjaġġar fl-Ewropa 2012-13" b'mappa u b'bosta pariri għall-ivvjaġġar.
- 2012
Kartolini
Din hija logħba interessanti fejn l-istudenti jippruvaw ilaqqgħu kartolini mal-isem tal-pajjiż tal-UE li huma jirrappreżentaw. Kull kartolina turi monument tipiku jew post ta’ interess minn pajjiż tal-UE.
- 2007
Mapep
Il-bnadar tas-27 pajjiż tal-UE għandhom jitlaqqgħu mal-pajjiżi korrispondenti magħhom. Kaxkar bil-maws l-ismijiet tal-pajjiżi fuq il-bandiera ta’ dak il-pajjiż.
- 2007
L-Unjoni Ewropea
Hawn tista’ ssib sensiela ta’ riżorsi għal-lezzjonijiet interattivi fuq l-Internet dwar l-UE. Ċarts, flashcards, tagħrif miktub u powsters marbuta mal-materjal tal-Internet. Dawn ir-riżorsi huma kollha f’format PDF biex tkun tista’ tistampahom b’ħeffa.
- 2007
S’cool agenda 2012-2013
Dan id-djarju għall-iskejjel utli għandu ħafna spazju fejn inti tista' tikteb it-timetables u l-homework tiegħek, iżda huwa mimli daqs bajda wkoll b'fatti affaxxinanti dwar id-drittijiet fundamentali. Kont taf li f'xi skejjel, it-tfal Roma jinżammu separati minn tfal oħra? Jew li xi ħwejjeġ li tixtri fl-Ewropa setgħu saru minn tfal sfruttati minn traffikanti? Id-djarju jipproponi wkoll attivitajiet differenti sabiex l-istudenti tiegħek jinżammu involuti, minn role plays għal diskussjoni fuq l-effetti tal-ksenofobija.
- 2012
[Drittijiet tal-konsumatur]
Consumer Classroom
Għallem lill-istudenti tiegħek il-ħiliet prattiċi bħala konsumaturi li huma għandhom bżonn għall-ħajja reali! Is-sit elettroniku Consumer Classroom jiġbor fih għadd ta' riżorsi ta' ispirazzjoni għall-għalliema - fuq kwistjonijiet li jvarjaw mill-midja soċjali għaċ-ċittadinanza u d-drittijiet tal-konsumaturi. Jippermetti wkoll lill-għalliema sabiex jibnu l-lezzjonijiet online u jaqsmuhom mal-istudenti, u li jiskambjaw suġġerimenti ma’ għalliema oħrajn permezz tal-komunità online mifruxa madwar l-UE.
- 2013
[Ekonomija u kummerċ]
Eurokool L-iskola tal-Euro
Aqbeż minn fuq bejt għal ieħor biex tiġbor il-muniti tal-euro inti u għaddej. Qabbel il-munita tal-ewro mal-pajjiż tagħha jew ara tistax tagħraf karta tal-ewro falza minn waħda tajba. Dawn il-logħbiet, u oħrajn, jiżguraw li kulħadd jieħu gost jitgħallem dwar l-ewro.
- 2009
-
Nizzel

[Ikel]
L-istorja ta’ tliet ġenerazzjonijiet ta’ bdiewa
Mill-provvediment tal-ikel matul is-snin diffiċli tat-Tieni Gwerra Dinjija għall-qlib ta' skart tar-razzett f'biogass b'livell baxx ta' karbonju - il-biedja nbidlet ħafna tul dawn l-aħħar 60 sena. Dan il-ktejjeb sejjer jirrakkonta lill-istudenti tiegħek l-isfidi li l-bdiewa ħabbtu wiċċhom magħhom, u juri kif l-UE għenet tul it-triq - pereżempju meta l-baqar ħadu l-marda tal-ilsien u d-dwiefer - u kif teknoloġiji ġodda qegħdin jgħinu lill-bdiewa tal-lum jiffaċċjaw sfidi ġodda.
- 2012









