Mogħdija tan-navigazzjoni

Għandek xi riżorsa ta’ tagħlim favorita? Għidilna dwarha!

Ibgħat
ir-riżorsa tat-tagħlim tiegħek

Kif tordna

Tista' tniżżel u tistampa l-pubblikazzjonijiet li jinsabu f'dan is-sit elettroniku inti stess.

Kopja stampata waħda: Tista' tordna kopja stampata waħda għal kull pubblikazzjoni permezz tal-EU Bookshop. Ħafna mill-pubblikazzjonijiet huma bla ħlas.

Aktar kopji: Jekk tixtieq tordna aktar minn kopja waħda, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Europe Direct.

Kategoriji :

Skopri l-ambjent ma' Tom u Lila

Dawn il-kotba bl-istampi ta' 20 paġna huma għat-tfal sa 9 snin. Tom u Lila l-volpi huma ħbieb. Flimkien jgħaddu minn diversi avventuri li jgħinu lil Tom jiskopri kif jirrispetta u jħares l-ambjent.

Noti ta’ Tagħlim għal Tom u Lila - Noti ta’ tagħlim

Noti ta’ Tagħlim għal Tom u Lila
Noti ta’ tagħlim

Sett siewi ta’ 10 noti qosra ta’ tagħlim biex jiggwidaw lill-ġenituri u l-għalliema fl-attivitajiet edukattivi bbażati fuq l-istejjer ta’ Tom u Lila. Għal kull storja, tista’ ssib is-sommarju, it-taqsima ‘qabel taqra’, suġġetti għat-taħdit, attivitajiet ta’ segwitu u ħoloq.

Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Kemm sibtha utli din ir-riżorsa?

Kif tikklassifikha


Security Image

Agħlaq

Benny huwa champion! - Ktejjeb

Benny huwa champion!
Ktejjeb

Tom u sħabu jitgħallmu li meta jarmaw rota ġdida b’partijiet użati mhux biss qed jiffrankaw il-flus u r-riżorsi siewja tad-dinja, imma qed jieħdu gost ukoll! Lila l-volpi tgħin lit-tfal isibu roti qodma u minsija, filwaqt li ċiklist li rebaħ kampjonat tar-roti jaf x’għandu jagħmel bihom.

Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Kemm sibtha utli din ir-riżorsa?

Kif tikklassifikha


Security Image

Agħlaq

It-tama tal-Kayakos - Ktejjeb

It-tama tal-Kayakos
Ktejjeb

F’dan il-ktieb, Tom u Lila jżuru n-nies Kayakos, li għexu f’foresta tropikali għal eluf ta’ snin. Inħasdu meta skoprew li bulldozers qerdu l-villaġġ u s-siġar tal-madwar. Il-messaġġ għat-tfal huwa li l-istil ta’ ħajja tagħna jista’ jkun ta’ ħsara kbira għall-ambjent u għal sħabna l-bnedmin.

Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Kemm sibtha utli din ir-riżorsa?

Kif tikklassifikha


Security Image

Agħlaq

Rigal għal Timmy

Rigal għal Ganni
Ktejjeb

B'dan il-ktieb it-tfal isiru konxji tas-sigurtà tal-ġugarelli u l-ħarsien ambjentali. Fit-tiftixa tiegħu biex Tom isib ir-rigal adattat għal sieħbu Timmy, jitgħallem li l-ġugarelli tal-plastik ippakkjati b'iktar plastik u materjali oħra jagħmlu ħsara lill-ambjent u li hu aħjar li wieħed jagħmel il-ġugarelli tiegħu bl-injam.

Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Kemm sibtha utli din ir-riżorsa?

Kif tikklassifikha


Security Image

Agħlaq

Il-gżira l-kaħla

Il-gżira l-kaħla
Ktejjeb

Dan il-ktieb juri l-ħsara tas-sajd illegali u l-qbid tal-qroll fil-gżejjer Tropiċi. It-tfal jitgħallmu japprezzaw il-bijodiversità tas-sikka tal-qroll u kif jiżguraw li l-qroll li jixtru jkun inqabad b'mod legali.

Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Kemm sibtha utli din ir-riżorsa?

Kif tikklassifikha


Security Image

Agħlaq

Ja ħuttaf sabiħ !

Ja ħuttaf sabiħ !
Ktejjeb

Din il-pubblikazzjoni tipprovdi introduzzjoni faċli għat-tħassib ambjentali permezz tal-istorja ta' tifel żgħir li jismu Tom u d-determinazzjoni tiegħu li jgħin lil ħuttaf bil-ġuħ u bil-għatx.

Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Kemm sibtha utli din ir-riżorsa?

Kif tikklassifikha


Security Image

Agħlaq

Flimkien! – Ktieb dwar il-bijodiversità

Flimkien! – Ktieb dwar il-bijodiversità
Ktejjeb

Dan il-ktieb jaqbad l-eżempju ta' wied biex jispjega l-bijodiversità u n-netwerk Natura 2000 dwar il-bijodiversità. Tom jesplora l-wied ma' raġel xiħ u s-sindku. Jammiraw is-sbuħija tiegħu u jiddeċiedu jagħmluh aċċessibbli għall-ekoturisti.

Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Kemm sibtha utli din ir-riżorsa?

Kif tikklassifikha


Security Image

Agħlaq

Triq il-Fjura

Triq il-Fjura
Ktejjeb

It-tniġġis tal-arja kkawżat mit-traffiku qawwi tal-ibliet u drawwiet ta’ sewqan bla bżonn huma l-fokus ta’ dan il-ktieb. Fleur u Tom bla ebda ħsieb marru għall-avventura lejn Triq l-Inkwiet, perikoluża u b’konġestjoni, biex tgħallmu biss dwar il-perikli ambjentali u għas-sigurtà personali mit-traffiku tat-triq.

 

Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Kemm sibtha utli din ir-riżorsa?

Kif tikklassifikha


Security Image

Agħlaq

Uff xi sħana ! - Ktejjeb

Uff xi sħana !
Ktejjeb

Dan il-kteib jispjega l-kawża u l-effetti tat-tibdil fil-klima permezz tal-istorja ta' tifel li jgħin lill-pompiera jitfu n-nar f'foresta u jsalvaw lil seħbitu Lila l-volpi.

Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Kemm sibtha utli din ir-riżorsa?

Kif tikklassifikha


Security Image

Agħlaq

Fuq

L-aħħar aġġornament: 22/10/2014
Avviż legali | Werrej | Dwar EUROPA | FAQ | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna