Mogħdija tan-navigazzjoni

Għandek xi riżorsa ta’ tagħlim favorita? Għidilna dwarha!

Ibgħat
ir-riżorsa tat-tagħlim tiegħek

Kif tordna

Il-pubblikazzjonijiet fuq dan is-sit huma disponibbli u tista' tordnahom mill-EU Bookshop jew billi tikkuntattja lill-pubblikatur tar-riżorsa. Dawn huma bla ħlas.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif tordna l-prodotti fuq dan is-sit, jekk jogħoġbok ikkuntattja lil Europe Direct.

RSS

[Kollox dwar l-UE]

Magħqudin fid-diversità - Ktejjeb

Magħqudin fid-diversità

Ktejjeb

Ktejjeb divertenti li jgħallem lit-tfal dwar id-diversità tal-UE. L-għalliema jistgħu jużawh biex jispjegaw l-ewro, u jintroduċu lit-tfal mal-wirt kulturali, xjentifiku u naturali tal-pajjiżi li jagħmlu l-Unjoni Ewropea.

Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Għidilna kemm sibt lil din ir-riżorsa utli billi tikklassifikha hawnhekk.

Kif tikklassifikha

Agħlaq

Magħqudin fid-Diversità - Ċavetta

Magħqudin fid-diversità

Ċavetta

Iċ-ċavetta tispjega s-simboli nazzjonali, il-postijiet magħrufa u l-personalitajiet misjuba fil-ktejjeb.

Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Għidilna kemm sibt lil din ir-riżorsa utli billi tikklassifikha hawnhekk.

Kif tikklassifikha

Agħlaq

Magħqudin fid-diversità - Powster

Magħqudin fid-diversità

Powster

Mappa kkulurita tal-UE, li turi l-iktar ġrajjiet, ikel u teżori kulturali magħrufa ta' kull pajjiż tal-UE. Fuq il-powster hemm ukoll il-karti u l-muniti tal-ewro u l-bandiera ta' kull pajjiż.

Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Għidilna kemm sibt lil din ir-riżorsa utli billi tikklassifikha hawnhekk.

Kif tikklassifikha

Agħlaq

L-Ewropa u int - Ktejjeb

L-Ewropa u int

Ktejjeb

Taf li l-Unjoni Ewropea għandha 27 Stat Membru? Taf tagħmel lista bl-ismijiet tal-bliet kapitali tagħhom? Permezz ta' dan il-ktieb tat-tpinġija, tfal ta' bejn is-sitt u l-għaxar snin ser ikunu jistgħu jitgħallmu l-ismijiet tal-bliet kapitali tal-UE, jagħtu l-kulur lill-bnadar u jiskopru informazzjoni interessanti dwar kull Stat Membru. Materjal attraenti għat-tagħlim li jista' jintuża kemm id-dar kif ukoll l-iskola!

Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Għidilna kemm sibt lil din ir-riżorsa utli billi tikklassifikha hawnhekk.

Kif tikklassifikha

Agħlaq

Tommy u Rosy - Websajt

Tommy u Rosy

Websajt

Tommy u Rosy jitgħallmu kemm jista' jkollu forom varji l-volontarjat - minn xogħol fi sptarijiet għall-ġbir taż-żibel, mill-għoti ta' għajnuna medika għat-tifi ta' nirien. Jitgħallmu kemm tieħu pjaċir u kemm jista’ jagħtik sodisfazzjon il-volontarjat. Il-ktejjeb fih ukoll attivitajiet bħal origami, ludo, logħob bil-kliem u skeda ta’ xogħol li jsir b’volontarjat x’timla.

  • 2008

Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Għidilna kemm sibt lil din ir-riżorsa utli billi tikklassifikha hawnhekk.

Kif tikklassifikha

Agħlaq

Fuq

[Drittijiet tal-konsumatur]

Edukazzjoni tal-konsumatur - Websajt ta' pjanijiet ta' lezzjonijiet

Edukazzjoni tal-konsumatur

Websajt ta' pjanijiet ta' lezzjonijiet

Din hi għażla ta' pjanijiet ta' lezzjonijiet u riżorsi ta' tagħlim dwar l-edukazzjoni tal-konsumatur. Ir-riżorsi huma miġburin f'erba' oqsma: Il-ġestjoni tal-finanzi, konsumaturi sikuri u b'saħħithom, konsumaturi responsabbli u servizzi.

    Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Għidilna kemm sibt lil din ir-riżorsa utli billi tikklassifikha hawnhekk.

    Kif tikklassifikha

    Agħlaq

    Fuq

    [Ekonomija u kummerċ]

    Anna u Alex jeħduha kontra dawk li jiffalsifikaw il-karti tal-flus - Ktejjeb

    Anna u Alex jeħduha kontra dawk li jiffalsifikaw il-karti tal-flus

    Ktejjeb

    Meta Philip, mingħajr ma jaf, jinqabad fi pjan ta’ nfiq ta’ karti tal-flus tal-euro ffalsifikati, Anna u Alex jaqbżu għalih. Bil-għajnuna tal-politika, jirnexxielhom jaqbdu lill-moħħ wara din l-iskema, Billy Foxham, u Anna tispjega kif tagħraf karta tal-flus falza.

    Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Għidilna kemm sibt lil din ir-riżorsa utli billi tikklassifikha hawnhekk.

    Kif tikklassifikha

    Agħlaq

    Fuq

    [Enerġija u Ambjent]

    Skopri l-ambjent ma' Tom u Lila – kotba bl-istampi

    Dawn il-kotba bl-istampi ta' 20 paġna huma għat-tfal sa 9 snin. Tom u Lila l-volpi huma ħbieb. Flimkien jgħaddu minn diversi avventuri li jgħinu lil Tom jiskopri kif jirrispetta u jħares l-ambjent.

    Ġew prodotti titli oħrajn f’din is-serje, iżda bħalissa, sfortunatament, dawn mhumiex qegħdin jiġu stampati. Madankollu, xorta tista’ ssibhom hawnhekk, minn fejn inti tista’ tniżżilhom u tistamphom inti stess. Dan is-sit fih sett ta’ noti tat-tagħlim sabiex jiggwidaw lill-ġenituri u lill-għalliema f’attivitajiet edukattivi bbażati fuq l-istejjer ta’ Tom u Lila. Hemm ukoll ktieb tal-attivitajiet għal divertiment bi tpinġija u kuluri!

      Benny r-rebbieħ! - Ktejjeb

      Benny r-rebbieħ!

      Ktejjeb

      Tom u sħabu jitgħallmu li meta jarmaw rota ġdida b’partijiet użati mhux biss qed jiffrankaw il-flus u r-riżorsi siewja tad-dinja, imma qed jieħdu gost ukoll! Lila l-volpi tgħin lit-tfal isibu roti qodma u minsija, filwaqt li ċiklist li rebaħ kampjonat tar-roti jaf x’għandu jagħmel bihom.

      Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Għidilna kemm sibt lil din ir-riżorsa utli billi tikklassifikha hawnhekk.

      Kif tikklassifikha

      Agħlaq

      Immaġina ambjent aħjar ma’ Tom u pinġih - Ktejjeb

      Immaġina ambjent aħjar ma’ Tom u pinġih

      Ktejjeb

      Dan mhuwiex sempliċiment ktieb tat-tpinġija. It-tfal mhux biss qed jintalbu jpinġu bil-kulur l-istampi mehmuża, imma jkomplu jżidu magħhom. Triq battala teħtieġ li timtela b’mezzi tat-trasport li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u s-sindku għandu bżonn l-għajnuna biex iħejji powster għall-konferenza Ekotabella!

      Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Għidilna kemm sibt lil din ir-riżorsa utli billi tikklassifikha hawnhekk.

      Kif tikklassifikha

      Agħlaq

      It-tama tal-Kayakos - Ktejjeb

      It-tama tal-Kayakos

      Ktejjeb

      F’dan il-ktieb, Tom u Lila jżuru n-nies Kayakos, li għexu f’foresta tropikali għal eluf ta’ snin. Inħasdu meta skoprew li bulldozers qerdu l-villaġġ u s-siġar tal-madwar. Il-messaġġ għat-tfal huwa li l-istil ta’ ħajja tagħna jista’ jkun ta’ ħsara kbira għall-ambjent u għal sħabna l-bnedmin.

      Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Għidilna kemm sibt lil din ir-riżorsa utli billi tikklassifikha hawnhekk.

      Kif tikklassifikha

      Agħlaq

      Rigal għal Timmy

      Rigal għal Ganni

      Ktejjeb

      B'dan il-ktieb it-tfal isiru konxji tas-sigurtà tal-ġugarelli u l-ħarsien ambjentali. Fit-tiftixa tiegħu biex Tom isib ir-rigal adattat għal sieħbu Timmy, jitgħallem li l-ġugarelli tal-plastik ippakkjati b'iktar plastik u materjali oħra jagħmlu ħsara lill-ambjent u li hu aħjar li wieħed jagħmel il-ġugarelli tiegħu bl-injam.

      Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Għidilna kemm sibt lil din ir-riżorsa utli billi tikklassifikha hawnhekk.

      Kif tikklassifikha

      Agħlaq

      Il-Gżira Blu

      Il-Gżira Blu

      Ktejjeb

      Dan il-ktieb juri l-ħsara tas-sajd illegali u l-qbid tal-qroll fil-gżejjer Tropiċi. It-tfal jitgħallmu japprezzaw il-bijodiversità tas-sikka tal-qroll u kif jiżguraw li l-qroll li jixtru jkun inqabad b'mod legali.

      Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Għidilna kemm sibt lil din ir-riżorsa utli billi tikklassifikha hawnhekk.

      Kif tikklassifikha

      Agħlaq

      Flimkien! – Ktieb dwar il-bijodiversità

      Flimkien! – Ktieb dwar il-bijodiversità

      Ktejjeb

      Dan il-ktieb jaqbad l-eżempju ta' wied biex jispjega l-bijodiversità u n-netwerk Natura 2000 dwar il-bijodiversità. Tom jesplora l-wied ma' raġel xiħ u s-sindku. Jammiraw is-sbuħija tiegħu u jiddeċiedu jagħmluh aċċessibbli għall-ekoturisti.

      Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Għidilna kemm sibt lil din ir-riżorsa utli billi tikklassifikha hawnhekk.

      Kif tikklassifikha

      Agħlaq

      Triq il-Fjura

      Triq il-Fjura

      Ktejjeb

      It-tniġġis tal-arja kkawżat mit-traffiku qawwi tal-ibliet u drawwiet ta’ sewqan bla bżonn huma l-fokus ta’ dan il-ktieb. Fleur u Tom bla ebda ħsieb marru għall-avventura lejn Triq l-Inkwiet, perikoluża u b’konġestjoni, biex tgħallmu biss dwar il-perikli ambjentali u għas-sigurtà personali mit-traffiku tat-triq.

       

      Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Għidilna kemm sibt lil din ir-riżorsa utli billi tikklassifikha hawnhekk.

      Kif tikklassifikha

      Agħlaq

      Xi sħana! - Ktejjeb

      Xi sħana!

      Ktejjeb

      Dan il-kteib jispjega l-kawża u l-effetti tat-tibdil fil-klima permezz tal-istorja ta' tifel li jgħin lill-pompiera jitfu n-nar f'foresta u jsalvaw lil seħbitu Lila l-volpi.

      Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Għidilna kemm sibt lil din ir-riżorsa utli billi tikklassifikha hawnhekk.

      Kif tikklassifikha

      Agħlaq

      Fuq

      [Ikel]

      L-irziezet huma divertiment – Ktieb tal-istampi

      L-irziezet huma divertiment

      Ktieb tal-istampi

      Nicholas imur joqgħod mal-qraba fir-razzett u jara kif jiġi prodott l-ikel li nieklu . Ir-razzett jipproduċi l-ħxejjex, il-ħalib, il-ġobon, il-jogurt, il-qamħ biex nagħmlu l-ħobż u ħafna aktar. Huwa joqgħod iħares ukoll lejn Floss il-kelb idaħħal lin-nagħaġ għall-ġeżż. Is-suf jintuża sabiex isiru l-ħwejjeġ u t-twapet.

      Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Għidilna kemm sibt lil din ir-riżorsa utli billi tikklassifikha hawnhekk.

      Kif tikklassifikha

      Agħlaq

      Minn fejn jiġi l-ħalib? – Ktieb tal-istampi

      Minn fejn jiġi l-ħalib?

      Ktieb tal-istampi

      Qatt ħsibt kif il-ħalib jinqeleb f’butir, ġobon, jogurt u ġelat? Dan il-ktejjeb jispjega kull pass fil-proċess ta’ produzzjoni u jinkludi xi fatti sorprendenti dwar il-prodotti tal-ħalib. Liema pajjiż Ewropew l-aktar li jikkonsma ġobon? Tista’ tibqa’ sorpiż/a bit-tweġiba...

      Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Għidilna kemm sibt lil din ir-riżorsa utli billi tikklassifikha hawnhekk.

      Kif tikklassifikha

      Agħlaq

      L-Ewropa u l-Agrikoltura – Ktieb tal-istampi

      L-Ewropa u l-Agrikoltura

      Ktieb tal-istampi

      Dan il-ktieb tal-istampi kkulurit jiġi b'sett sħiħ ta' stikers bi prodotti agrikoli differenti. It-tfal iridu jwaħħluhom fuq il-pajjiż minn fejn jaħsbu li jiġi l-prodott. Ir-risposti t-tajbin jinsabu fuq wara tal-ktieb.

      Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Għidilna kemm sibt lil din ir-riżorsa utli billi tikklassifikha hawnhekk.

      Kif tikklassifikha

      Agħlaq

      Fir-razzett – Ktieb tat-tpinġija

      Fir-razzett

      Ktieb tat-tpinġija

      Dan hu ktieb tat-tpinġija li juri l-ħajja f'razzett. Jinkludi stampi ta' bdiewa jaħdmu r-raba', baqar jirgħu u prodotti bħall-ħalib u l-bajd.

      Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Għidilna kemm sibt lil din ir-riżorsa utli billi tikklassifikha hawnhekk.

      Kif tikklassifikha

      Agħlaq

      Fuq

      [Sigurtà]

      112, in-numru uniku tal-emerġenza għall-Ewropa - Websajt

      112, in-numru uniku tal-emerġenza għall-Ewropa

      Websajt

      Dan is-sit jgħin lit-tfal jiftakru u jifhmu meta għandhom iċemplu n-numru 112 ta’ emerġenza mifrux mal-Ewropa kollha permezz ta’ kwiżż, jigsaw puzzle, folja biex tingħata l-kulur u parir utli.

        Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Għidilna kemm sibt lil din ir-riżorsa utli billi tikklassifikha hawnhekk.

        Kif tikklassifikha

        Agħlaq

        Il-logħba Wild Web Woods - Logħba onlajn

        Il-logħba Wild Web Woods

        Logħba onlajn

        Wara li joħolqu l-karattru tagħhom – li jvarja minn pirata sa kavallier jew ranger - it-tfal iridu jiddireġuh/a fil-foresta, u jiġbru skrolli dwar "il-konvenzjoni tad-drittijiet tat-tfal' tan-NU kif ukoll teżori oħrajn waqt li jevitaw il-faqqiegħ ħażin. Kull plejer jitgħallem ukoll dwar is-sigurtà fl-internet u l-privatezza.

        • 2009

        Nixtiequ nisimgħu mingħandek! Għidilna kemm sibt lil din ir-riżorsa utli billi tikklassifikha hawnhekk.

        Kif tikklassifikha

        Agħlaq

        Fuq

        Avviż legali | X’hemm ġdid fuq is-sit EUROPA | Werrej | Dwar EUROPA | FAQ | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna