Legal notice | What's new? | FAQ | About EUROPA | Index | Search | Contact | Text version
Larger text size Smaller text size

It-TV mobbli madwar l-Ewropa: il-Kummissjoni tappoġġa ż-żieda tad-DVB-H mal-Lista ta’ Standards Uffiċjali ta’ l-UE

Reference:  IP/08/451    Date:  17/03/2008
HTML:   EN    FR    DE    DA    ES    NL    IT    SW    PT    FI    EL    CS    ET    HU    LT    LV    MT    PL    SK    SL    BG    RO   
PDF:     EN    FR    DE    DA    ES    NL    IT    SW    PT    FI    EL    CS    ET    HU    LT    LV    MT    PL    SK    SL    BG    RO   
DOC:    EN    FR    DE    DA    ES    NL    IT    SW    PT    FI    EL    CS    ET    HU    LT    LV    MT    PL    SK    SL    BG    RO   

IP/08/451

Brussell, l-17 ta' Marzu 2008

It-TV mobbli madwar l-Ewropa: il-Kummissjoni tappoġġa ż-żieda tad-DVB-H mal-Lista ta’ Standards Uffiċjali ta’ l-UE

Illum, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżid l-istandard Digital Video Broadcasting - Handheld (DVB-H) mal-lista’ ta’ standards ta’ l-UE, li sservi bħala bażi għat-trawwim tal-forniment armonizzat ta’ telekomunikazzjonijiet madwar l-UE. Iż-żieda tad-DVB-H huwa pass ġdid lejn l-istabbiliment ta’ Suq Uniku għat-TV Mobbli fl-Ewropa, li se jippermetti liċ-ċittadini kollha ta’ l-UE jaraw it-TV ikunu fejn ikunu. It-TV mobbli tista’ tilħaq suq ta’ € 20 biljun sa l-2011, u taqdi madwar 500 miljun klijent madwar id-dinja.

Biex it-TV mobbli tqum fuq saqajha fl-Ewropa, l-ewwelnett irid ikun hemm ċertezza rigward it-teknoloġija. Huwa għalhekk li ninsab kuntenta li bid-deċiżjoni li ħadet illum il-Kummissjoni f’koordinazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri u l-Parlament Ewropew, l-UE tappoġġa d-DVB-H bħala t-teknoloġija preferuta għax-xandir mobbli terrestri,” qalet Viviane Reding, il-Kummissarju ta’ l-UE għas-Soċjetà ta’ l-Informazzjoni u l-Media. “Il-passi li jmiss għall-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija ta’ l-UE għax-xandir mobbli se jinkludu gwida dwar ir-reġimi ta’ awtorizzazzjoni kif ukoll il-promozzjoni ta’ sistemi ta' ġestjoni tad-drittijiet, li bħad-DVB-H, huma bbażati fuq standards miftuħa"

L-adozzjoni tad-DVB-H madwar l-UE se tipprovdi lill-operaturi/l-industrija bl-iskala tas-suq meħtieġa biex is-servizzi tat-TV Mobbli għall-massa jinfetħu madwar l-UE. Standard komuni Ewropew se jkun ukoll ta’ benefiċċju għall-konsumaturi, li se jkunu jistgħu jaraw it-TV fuq it-telefowns jew apparati mobbli tagħhom fi kwalunkwe ħin, kullimkien fl-Ewropa. Wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Lista ta’ Standards ta’ l-UE fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-UE, l-Istati Membri se jkunu meħtieġa jinkoraġġixxu l-użu tad-DVB-H. Dan l-appoġġ ċar għall-familja ta’ standards tad-DVB huwa wkoll sinjal importanti li jingħata lil pajjiżi terzi li jkunu se jieħdu deċiżjoni dwar it-teknoloġija għax-xandir diġitali u mobbli, permezz tad-DVB-T, DVB-H u d-DVB-SH.

Id-DVB-H bħalissa huwa l-aktar standard użat għat-TV Mobbli fl-UE. Id-DVB-H bħalissa jinsab bejn il-perjodu ta’ prova u t-tnedija kummerċjali tiegħu f’16-il pajjiż. Servizzi kummerċjali tad-DVB-H diġà huma disponibbli fl-Italja, u aktar tard din is-sena huma mistennija aktar tnedijiet, partikolarment fil-Finlandja, l-Awstrija, Franza, l-Iżvizzera u Spanja.

Reġim trasparenti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, imsejjes fuq kriterji raġjonevoli u mhux diskriminatorji u li jippermetti prezzijiet baxxi għall-apparat, huwa l-qofol tas-suċċess tat-TV Mobbli. Il-Kummissjoni għalhekk se tkompli tissorvelja mill-qrib il-progress magħmul fl-istabbiliment ta’ komunità ta’ brevetti tad-DVB-H.

Proċeduri effiċjenti għall-awtorizzazzjoni ta’ l-operaturi tat-TV Mobbli huma essenzjali għall-adozzjoni rapida tas-servizz. Fi Frar 2008, il-Kummissjoni ddiskutiet l-aqwa prassi għall-awtorizzazzjoni tat-TV mobbli ma’ l-industrija u ma’ l-Istati Membri, u talbet kontribuzzjonijiet dwar il-kwistjoni mill-partijiet interessati kollha. Bħalissa qed jitħejjew linji gwida dwar l-aqwa prassi biex ikunu ta’ għajnuna għall-Istati Membri ħalli jimplimentaw it-TV Mobbli mingħajr dewmien. Regolazzjoni ħafifa u sistemi ċari ta’ ħruġ tal-liċenzji għandhom jagħtu lill-industrija ċ-ċertezza legali meħtieġa biex tniedi s-servizzi tat-TV Mobbli mingħajr xkiel żejjed.

L-isfond:

F’Lulju 2007 l-Kummissjoni pproponiet strateġija għall-promozzjoni tat-TV Mobbli madwar l-Ewropa (ara IP/07/1118, MEMO/07/298) Din inkludiet l-użu ta’ l-istandard miftuħ DVB-H – li ġie żviluppat mill-industrija Ewropea, parzjalment bl-appoġġ tal-fondi ta’ riċerka mill-UE – bħala l-istandard komuni għat-TV Mobbli terrestri madwar l-Ewropa. Il-Kunsill tal-Ministri tat-Telekomunikazzjoni appoġġa l-istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-TV Mobbli f'Novembru 2007 (ara IP/07/1815).

Il-Kummissjoni tqis is-sena 2008 bħala waħda kruċjali għall-aċċettazzjoni tat-TV ċellulari fl-UE minħabba avvenimenti sportivi importanti, bħall-Kampjonat tal-Futbol Ewropew u l-Logħob Olimpiku tas-Sajf, li sejrin jipprovdu opportunità unika biex itejbu l-għarfien tal-konsumaturi u għall-adozzjoni ta’ servizzi ġodda.

Għal aktar tagħrif:

MEMO/07/298 / SPEECH/08/144

Article 17 of EU Directive 2002/21/EC

Standardisation

1. The Commission, acting in accordance with the procedure referred to in Article 22(2), shall draw up and publish in the Official Journal of the European Communities a list of standards and/or specifications to serve as a basis for encouraging the harmonised provision of electronic communications networks, electronic communications services and associated facilities and services. Where necessary, the Commission may, acting in accordance with the procedure referred to in Article 22(2) and following consultation of the Committee established by Directive 98/34/EC, request that standards be drawn up by the European standards organisations (European Committee for Standardisation (CEN), European Committee for Electrotechnical Standardisation (CENELEC), and European Telecommunications Standards Institute (ETSI)).

2. Member States shall encourage the use of the standards and/or specifications referred to in paragraph 1, for the provision of services, technical interfaces and/or network functions, to the extent strictly necessary to ensure interoperability of services and to improve freedom of choice for users.

As long as standards and/or specifications have not been published in accordance with paragraph 1, Member States shall encourage the implementation of standards and/or specifications adopted by the European standards organisations.

In the absence of such standards and/or specifications, Member States shall encourage the implementation of international standards or recommendations adopted by the International Telecommunication Union (ITU), the International Organisation for Standardisation (ISO) or the International Electrotechnical Commission (IEC).

Where international standards exist, Member States shall encourage the European standards organisations to use them, or the relevant parts of them, as a basis for the standards they develop, except where such international standards or relevant parts would be ineffective.

3. If the standards and/or specifications referred to in paragraph 1 have not been adequately implemented so that interoperability of services in one or more Member States cannot be ensured, the implementation of such standards and/or specifications may be made compulsory under the procedure laid down in paragraph 4, to the extent strictly necessary to ensure such interoperability and to improve freedom of choice for users.

4. Where the Commission intends to make the implementation of certain standards and/or specifications compulsory, it shall publish a notice in the Official Journal of the European Communities and invite public comment by all parties concerned. The Commission, acting in accordance with the procedure referred to in Article 22(3), shall make implementation of the relevant standards compulsory by making reference to them as compulsory standards in the list of standards and/or specifications published in the Official Journal of the European Communities.