Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Dikjarazzjoni

Stqarrija konġunta mill-Ewwel Viċi President Timmermans u l-Kummissarju Jourová qabel il-Jum ta' Tifkira fl-Ewropa kollha għall-vittmi tar-reġimi totalitarji u awtoritarji kollha

Brussell, it-22ta' awissu 2018

Kull sena f'dan il-jum, aħna nagħtu ġieħ lill-vittmi tar-reġimi totalitarji kollha u niftakru b'sogħba il-patt Molotov-Ribbentrop, iffirmat fit-23 ta' Awwissu 1939 mill-Ġermanja Nazista u l-Unjoni Sovjetika. Dan il-Patt kompla tefa' lill-Ewropa f'wieħed mill-perjodi l-iktar mudlama tagħha. Miljuni ta' nies sfaw maqtula u ġenerazzjonijiet ta' sħabhom l-Ewropej immarkati għal ħajjithom.

Huwa d-dmir tagħna li nippreservaw l-ismijiet ta' miljuni ta' nies ippersegwitati, u li nżommu l-memorji tagħhom ħajjin. Għaliex anke llum, 79 sena wara, il-valuri komuni tagħna tad-dinjità tal-bniedem, id-drittijiet fundamentali, l-istat tad-dritt u d-demokrazija huma mhedda minn retorika estremista, nazzjonalista u divisiva.

Billi nħarsu u ngħaddu l-memorja ta' atroċitajiet imgħoddija lill-ġenerazzjoni li jmiss ta' Ewropej, inkunu qed ngħinu lilna nfusna biex ma nerġgħux nirrepetuhom, u nagħrfu l-importanza li niddefendu d-drittijiet tal-bniedem ta' kull Ewropew.

Irridu nkomplu nirrakkuntaw x'ġara fl-imgħoddi tal-Ewropa, biex ma nagħmlux l-istess żbalji fil-futur.”

Kuntest

L-iffirmar tal-Patt Molotov-Ribbentrop fit-23 ta' Awwissu 1939 wassal għad-deportazzjoni, it-tortura u l-qtil ta' għaxriet ta' miljuni taħt reġimi totalitarji.

Filwaqt li t-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija mmarka t-telfa tar-reġim Nazist, tul id-deċenji li segwew ħafna Ewropej komplew ibatu taħt reġimi totalitarji.

Għal Aktar Informazzjoni

Filmat: First Vice-President Frans Timmermans on our common values

STATEMENT/18/5041

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar