Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Dikjarazzjoni

Dikjarazzjoni konġunta dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema

Brussell, it-28ta' frar 2018

Dikjarazzjoni konġunta mill-Korelaturi tal-Parlament Ewropew Elisabeth Morin-Chartier u Agnes Jongerius, il-Viċi Ministru Bulgaru għax-Xogħol u l-Politika Soċjali Zornitsa Roussinova, u l-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali, il-Ħiliet u l-Mobilità tal-Ħaddiema Marianne Thyssen dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema:

Wara n-negozjati intensivi li kellna llejla, aħna, in-negozjaturi f'isem il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, ninsabu sodisfatti li koprejna l-kwistjonijiet kollha waqt is-7 laqgħa tat-trilogu. Ilħaqna fehim komuni dwar id-dettalji ta' ftehim possibbli fir-rigward tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema. Aħna nemmnu li l-pakkett ta' ftehim propost dwar it-tabella huwa bbilanċjat. Il-ftehim possibbli jistabbilixxi l-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali fuq l-istess post tax-xogħol, filwaqt li jipprovdi ċertezza legali akbar kemm għall-ħaddiema kif ukoll għal min iħaddem.

Issa ser nippreżentaw ir-riżultati tan-negozjati li għamilna fi ħdan l-istituzzjonijiet rispettivi tagħna u ser nagħmlu minn kollox biex niksbu l-mandati li neħtieġu għall-konklużjoni finali.

Ser ikollna konferenza stampa konġunta fis-sala stampa Justus Lipsius fl-1 ta' Marzu 2018, fl-10 AM.

For More Information

 

 

 

 

STATEMENT/18/1405

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar