Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Dikjarazzjoni

Jum Internazzjonali għal Persuni b'Diżabbiltà: Stqarrija mill-Kummissarju Thyssen

Brussell, I-1ta' dicembru 2017

Waħda mill-isfidi soċjetali ewlenin li qegħdin niffaċċjaw hija li nippermettu lill-persuni b'diżabbiltà jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà - għad hemm ħafna xi jsir fil-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali tal-persuni b'diżabbiltà.

It-tkabbir inklużiv u l-ġustizzja soċjali huma fil-qalba tal-aġenda tal-Kummissjoni Ewropea, kif ikkonfermat mill-Proklamazzjoni reċenti tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill impenjaw ruħhom li jħarsu l-prinċipju li l-persuni b'diżabbiltà għandhom id-dritt li jkollhom appoġġ għall-introjtu li jiżgura li jkunu jistgħu jgħixu b'dinjità, servizzi li jippermettuhom jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà, u ambjent tax-xogħol adattat għall-ħtiġijiet tagħhom. Għalhekk jeħtieġ li l-isforzi tal-Kummissjoni jiġu akkumpanjati minn azzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex jiġi żgurat li l-persuni b'diżabbiltà ma jkunux esklużi. U l-involviment kontinwu tas-soċjetà ċivili u tal-organizzazzjonijiet tan-negozju se jkun indispensabbli.

L-Unjoni Ewropea tkompli tirrispetta l-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà. Bħala parti mill-Istrateġija Ewropea tad-Diżabbiltà 2010-2020 din il-Kummissjoni Ewropea b'mod partikolari ħadet inizjattivi importanti sabiex jitneħħew l-ostakli fl-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltà. Sentejn ilu ppreżentajt il-proposta tiegħi għal Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà, li għandu l-għan li jagħmel il-prodotti u s-servizzi ewlenin aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà. Issa huwa ż-żmien li l-proposta tiegħi tiġi adottata mill-istituzzjonijet kollha tal-UE. F'Settembru l-Parlament Ewropew iddefinixxa l-pożizzjoni tiegħu, u jien fiduċjuż li l-Istati Membri se jilħqu ftehim fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (EPSCO) fis-7 ta' Diċembru. Is-sena 2018 trid tkun sena li fiha l-Att dwar l-Aċċessibbiltà jagħti r-riżultati tiegħu, u dan se jġib miegħu titjib konkret fil-ħajja ta' ħafna persuni.

Il-Jum Internazzjonali għal Persuni b'Diżabbiltà joffri opportunità eċċellenti biex leħen il-persuni b'diżabbiltà jingħata widen. Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea qed torganizza l-konferenza tal-Jum Ewropew tal-Persuni b'Diżabbiltà fl-4 u l-5 ta' Diċembru. Nittama li se nkun nista' nserraħ fuq l-appoġġ u l-interess ta' dawk kollha involuti. Flimkien inħarsu lejn il-ġejjieni u niddiskutu modi kif nistgħu nibnu soċjetà aktar inklużiva, soċjali u aċċessibbli.

Għal Aktar Informazzjoni

Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tipproponi li tagħmel il-prodotti u s-servizzi iżjed aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà

Il-paġna web tad-DĠ Impjiegi dwar il-persuni b'diżabbiltà

Segwi lil Marianne Thyssen fuq Facebook u Twitter

STATEMENT/17/5046

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar