Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Dikjarazzjoni

Dikjarazzjoni konġunta mill-Kummissarju Günther H. Oettinger u mill-Kummissarju Věra Jourová dwar il-qbil tal-Kunsill biex jiġi stabbilit l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

Brussell, it-12ta' ottubru 2017

Aħna ninsabu sodisfatti li llum il-Kunsill qabel li jiġi stabbilit l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. B'20 Stat Membru li jingħaqdu fih, se jkollna korp b'saħħtu, indipendenti u effiċjenti biex tiġi miġġielda l-kriminalità transnazzjonali kontra l-baġit tal-UE u frodi transfruntiera tal-VAT.

L-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew se jġib miegħu bidla reali. Ħafna każijiet ta' frodi kontra l-baġit tal-UE huma transnazzjonali. Għaldaqstant għandna bżonn ta' istituzzjoni li hija kapaċi mhux biss li tinvestiga iżda wkoll li tipprosekwixxi bejn il-fruntieri. Il-prosekutur futur se jkun qed jagħmel eżattament dan. Huwa se jiżgura li l-kriminali jitresqu quddiem il-ġustizzja iktar malajr u li jkun hemm aktar flus irkuprati, għall-benefiċċju tal-kontribwenti Ewropej.

Aħna kuntenti li 20 Stati Membru qed iġibu flimkien l-isforzi tagħhom għal dan l-għan u ninsabu konvinti li aktar pajjiżi tal-UE se jsegwu dan il-pass. Fl-istess ħin, aħna nibqgħu fiduċjużi li l-Membri kollha tal-UE se jappoġġaw l-isforzi komuni tagħna biex nipproteġu l-baġit tal-UE kontra l-korruzzjoni u l-frodi. Is-sena d-dieħla, il-Kummissjoni se tistabbilixxi l-passi li jmiss għal estensjoni possibbli tal-kompiti tal-Prosekutur fil-futur biex tinkludi wkoll reati terroristiċi transfruntiera.

Wara l-qbil tal-Kunsill, issa se naħdmu biex l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jibda jopera sa kmieni fl-2020. Aħna se ngħammruh bir-riżorsi meħtieġa biex jiġi żgurat li jkun jista' jikseb ir-riżultati malajr kemm jista' jkun.

STATEMENT/17/3864

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar