Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Dikjarazzjoni

Dikjarazzjoni mill-Ewwel Viċi President Timmermans u l-Kummissarju Jourová fil-Jum ta' Tifkira fl-Ewropa tal-vittmi tar-reġimi totalitarji u awtoritarji kollha

Brussell, it-23ta' awissu 2017

Illum, it-23 ta' Awwissu, infakkru l-Jum ta' Tifkira fl-Ewropa tal-vittmi tar-reġimi totalitarji u awtoritarji kollha. F'dan il-jum, niftakru fil-vittmi ta' dawn ir-reġimi u ntennu li aħna nirrifjutaw l-ideoloġiji li fuqhom kienu msejsa.

Fit-23 ta' Awwissu 1939, il-Ġermanja Nazista u l-Unjoni Sovjetika ffirmaw il-Patt Molotov-Ribbentrop, li mmarka l-bidu ta' wieħed mill-perjodi l-iktar mudlama fl-istorja reċenti tal-kontinent tagħna. Ir-reġimi totalitarjani fl-Ewropa xekklu l-libertajiet tan-nies, kisru d-drittijiet tagħhom u miljuni ta' ċittadini ordinarji sfaw vittma tal-ideoloġiji tagħhom.

Irridu niftakru l-orruri tal-imgħoddi biex ikollna d-dehen u s-saħħa li nirrifjutaw lil dawk li jridu jirxuxtaw lil dawn l-ideoloġiji. L-Unjoni Ewropea nbniet fuq il-valuri komuni tad-dinjità tal-bniedem, id-drittijiet fundamentali, l-istat tad-dritt u d-demokrazija, u fuq iċ-ċaħda tan-nazzjonaliżmu estrem. Ma nistgħu qatt nieħdu dawn id-drittijiet u l-libertajiet bħala xi ħaġa fatta. Aħna nimpenjaw ruħna li niġġieldu għalihom ta' kuljum.

L-estremiżmu, in-nazzjonaliżmu, il-ksenofobija u l-mibegħda għadna nistgħu nisimgħuhom fid-diskors pubbliku fl-Ewropa. Li nżommu dawn il-memorji ħajjin mhuwiex biss ta' tribut għall-vittmi, iżda wkoll mod biex niżguraw li dawn l-ideoloġiji nkunu nistgħu niċħduhom bis-saħħa, ħalli atroċitajiet bħal dawn qatt ma jerġgħu jseħħu.

Inżommu sod, aħna u niddefendu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, fl-Ewropa u fid-dinja. Ma hemm l-ebda post fl-Unjoni Ewropea għall-estremiżmu, l-intolleranza, u l-oppressjoni.

Sfond

L-iffirmar tal-Patt Molotov-Ribbentorp fit-23 ta' Awwissu 1939 wassal għad-deportazzjoni, it-tortura u l-qtil ta' għaxriet ta' miljuni taħt reġimi totalitarjani.

Filwaqt li t-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija mmarka l-iskonfitta tar-reġim Nazist, tul id-deċenji li segwew ħafna Ewropej komplew ibatu taħt reġimi totalitarji.

Filmat: L-Ewwel Viċi President Frans Timmermans jitkellem dwar il-valuri komuni tagħna

STATEMENT/17/2722

Kuntatti mal-istampa:

Mistoqsijiet ġenerali mill-pubbliku: Europe Direct bit-telefown fuq 00 800 67 89 10 11 jew bl - e-mail


Side Bar