Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Dikjarazzjoni

Stqarrija mill-Ewwel Viċi President Timmermans dwar id-deċiżjoni finali li saret fid-29 ta' Ġunju mit-Tribunal tal-Arbitraġġ tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ fl-arbitraġġ bejn il-Kroazja u s-Slovenja

Strasburgu, I-4ta' lulju 2017

Illum il-Kummissjoni kellha diskussjoni dwar id-deċiżjoni finali li saret fid-29 ta' Ġunju mit-Tribunal ta' Arbitraġġ tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ għal dak li għandu x'jaqsam mal-fruntieri marittimi u tal-art bejn il-Kroazja u s-Slovenja.

Din hija kwistjoni li ilha għaddejja għal aktar minn 20 sena.

Il-Kummissjoni minn dejjem kienet favur soluzzjoni paċifika ta' tilwim dwar il-fruntieri bejn l-Istati Membri. F'dan il-proċess partikolari aħna aġixxejna bħala faċilitatur, li dan wassal biex fl-2009 ikun imwaqqaf il-proċess tal-arbitraġġ.

F'dan il-każ partikolari, issa li hemm deċiżjoni, il-Kummissjoni tieħu nota tad-deċiżjoni finali u tistenna li ż-żewġ partijiet jimplimentawha.

F'dan l-istess kuntest, il-Kummissjoni tilqa' l-fatt li ż-żewġ Prim Ministri tas-Slovenja u tal-Kroazja se jiltaqgħu fit-12 ta' Lulju u qablu li ebda passi unilaterali ma jittieħdu qabel dak iż-żmien. Il-Kummissjoni tittama li ż-żewġ Prim Ministri jkunu jistgħu jaslu għal ftehim dwar kif l-aħjar tkun timplimenta d-deċiżjoni.

Sintendi, il-Kummissjoni tinsab lesta li tikkontribwixxi jew li tiffaċilita dan il-proċess. Ladarba ninsabu fi triqitna f'dan il-proċess, il-Kulleġġ se jirritorna għal din il-kwistjoni biex jiddiskuti l-progress u jara kif il-Kummissjoni tista' tgħin biex twassal għal implimentazzjoni sħiħa u l-implimentazzjoni ġusta tad-deċiżjoni.

STATEMENT/17/1911


Side Bar