Navigation path

Left navigation

Additional tools

Reding dwar l-indipendenza Katalana

European Commission - SPEECH/14/152   23/02/2014

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO HR

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

[Iċċekkja mal-wasla tal-kunsinna]

Viviane Reding

Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Drittijiet Fundamentali u Ċittadinanza

Reding dwar l-indipendenza Katalana

Djalogu maċ-ċittadini

Barċellona, 23 februāris 2014

  • Ilni naf lill-Katalonja għal żmien twil Jiena waħda mill-ftit nies mhux mill-Katalonja li rċeviet il-Creu de St Jordi (Is-Salib ta' San Ġorġ mill-Muniċipalità tal-Katalonja) Jiena nħobb l-ilsien Katalan. L-Ewropa kellha bżonn Lussemburgiż li jħossu kburi bl-ilsien Lussemburgiż biex tifhem x'ifisser l-ilsien Katalan għaċ-ċittadini tiegħek. Forsi tiftakar id-"dikjarazzjoni Reding" tal-1990 li biha ħeġġejt l-istatus tal-ilsien Katalan fl-UE. U jiena nħobb l-inbid Katalan: Żort għelieqi bid-dwieli fil-Penedès u fil-madwar. Inħobb il-letteratura Katalana u nammira l-arkitettura Katalana – ħarsu biss lejn il-Pedrera jew xi tħossu meta tidħlu fil-Monasteru ta' Montserrat! Fi kliem ieħor: Jiena nħobb il-Katalonja!

  • Naf li l-Katalani huma Ewropej akkaniti. Intom, min-naħa l-oħra, tafu s-sitwazzjoni legali. Id-diffikultà tiegħi llum hija li ngħaqqad dawn iż-żewġ kunċetti. Il-liġi tgħid li Katalonja indipendenti ma tkunx aktar parti mill-Unjoni. Katalonja indipendenti jkollha tapplika mill-ġdid għas-sħubija mal-UE. Fi ftit kliem: ftit sekondi wara vot għall-indipendenza, il-Katalonja tispiċċa barra mill-Unjoni. Tispiċċaw barra mis-sistema tal-ewro. Tispiċċaw barra miċ-ċittadinanza tal-UE. Fi kliem ieħor: Jiena se nitlifkom. Il-proċess biex terġa' tissieħeb mal-Unjoni ma jkunx wieħed ta'malajr. Iżda jkun wieħed twil. Ikun hemm il-ħtieġa ta' negozjati twal u l-approvazzjoni unanima tal-pajjiżi kollha tal-UE. Dan ikun proġett li jieħu tul ta' ġenerazzjoni.

  • Nifhem li tixtiequ aktar awtonomija. Nirrispetta x-xewqa tagħkom għal indipendenza. Imma personalment naħseb li Ewropa mingħajr il-Katalonja huwa riżultat li jiddispjaċina. U l-Katalonja barra mill-Unjoni tagħna.

  • Dan huwa kunċett li jiddispjaċini ħafna b'dan peress li l-unità Ewropea hija r-riċetta biex noħorġu mill-kriżi u għal Ewropa aktar b'saħħitha biex ikollha rwol ċentrali fid-dinja: Il-pajjiżi Ewropej jingħaqdu flimkien bħala familja biex jegħlbu d-diffikultajiet. Din hija l-istrateġija li għenet lill-Ewropa fit-triq ta' rkupru ekonomiku: L-Ewropej jaħdmu flimkien, il-Ġermanja u l-Greċja; Franza u Spanja; il-Portugall u Spanja; Ħarsu lejha mill-perspettiva esterna; is-setgħat dinjija bħall-Istati Uniti u ċ-Ċina s'issa raw biss frazzjoni ta' Ewropa magħquda li titqies bħala setgħa reali. U huma se jkejlu lilhom infushom biss ma' Ewropa b'saħħitha u magħquda. Issa huwa ż-żmien għas-solidarjetà u li naħdmu flimkien, mhux għas-separazzjoni jew id-diviżjoni.

  • Katalonja barra l-Unjoni tagħna ddgħajjef l-Ewropa. Iddgħajjef lil Spanja wkoll. U ddgħajjef lill-Katalonja wkoll – b'mod ekonomiku u politiku.

  • Barċellona u Madrid huma sħab. Nirrifjuta li nżomm ma' naħa jew oħra. Huwa ċar li f'perjodu medju ta' żmien irid jinstab ftehim ġdid. Ftehim ġdid li jakkomoda kemm il-ħtiġijiet tal-Katalonja u ċ-ċittadini tagħha kif ukoll dawk ta' Spanja fl-intier tagħha u ċ-ċittadini tagħha. Ħudu l-ħin li għandkom bżonn biex issibu dan il-ftehim. Mhuwiex se jsir illum jew għada. Għandha tkun soluzzjoni li għandkom taħdmu flimkien għaliha – kollha kemm intom flimkien – mingħajr interferenza barranija.

  • Bħala ħabib kbir tal-Katalonja, naf li ħaġa waħda hija ċerta: l-interess, l-imħabba u l-passjoni taċ-ċittadini tagħha għall-Ewropa tibqa' b'saħħitha. 


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website