Navigation path

Left navigation

Additional tools

KUNSILL EWROPEW
IL-PRESIDENT

MT

Brussell, 7 ta' Frar 2013

(OR. en)

EUCO 35/13

PRESSE 47

PR PCE 29

Kummenti mill-President Herman Van Rompuy fil-ftuħ tal-Kunsill Ewropew

Din hija l-ewwel laqgħa tagħna tas-sena: merħba! Illum irridu nilħqu ftehim dwar il-baġit tal-Unjoni għall-bqija tad-deċennju. Aħna ser inkomplu minn fejn ħallejna Novembru li għadda.

Dawn l-aħħar ġimgħat kienu produttivi u ninsab fiduċjuż li madwar din il-mejda issa nistgħu nilħqu kompromess finali. Hekk jeħtieġ li nagħmlu.

Fil-laqgħat kollha dwar il-baġit, bir-raġun, hemm tendenza li nkunu involuti f'dettalji intriganti żgħar u ninsew l-istampa sħiħa, anki jekk din hi l-aktar ħaġa importanti. Għalhekk qabel ma nidħlu fil-fond f'diskussjonijiet animati ejjew nippruvaw ilkoll inżommu l-istampa sħiħa f'moħħna.

Neħtieġu baġit għall-futur, b'enfasi ċara fuq it-tkabbir, l-innovazzjoni, u l-ħolqien tal-impjiegi, speċjalment għaż-żgħażagħ. Neħtieġu baġit ta' moderazzjoni, filwaqt li nikkunsidraw ir-realtajiet ekonomiċi diffiċli fl-Ewropa u filwaqt li nipprovdu valur għall-flus. U neħtieġu baġit għat-tħassib li dejjem qed jikber: il-ġlieda kontra l-qgħad, l-appoġġ għall-isforzi ta' dawk l-aktar milquta mill-kriżi fl-Ewropa u s-sehem tagħna fit-trattament tar-riskji globali.

Għeżież kollegi, nemmen bis-sħiħ li jekk aħna lkoll nuru sens ta' responsabbiltà, eżattament imbagħad tali baġit għall-Unjoni Ewropea jkun jista' jseħħ. Iżda għadna ma wasalniex, ejjew ħalli nibdew naħdmu!


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website