Navigation path

Left navigation

Additional tools

Brussell, 3 ta' Mejju 2013 Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli, Catherine Ashton, f'isem l-Unjoni Ewropea fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Libertà tal-Istampa, 3 ta' Mejju 2013

European Council - PRES/13/181   03/05/2013

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

MT

Brussell, 3 ta' Mejju 2013

9232/1/13 REV 1

PRESSE 181

Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli, Catherine Ashton, f'isem l-Unjoni Ewropea
fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Libertà tal-Istampa,
3 ta' Mejju 2013

Fl-20 anniversarju tal-Jum Dinji tal-Libertà tal-Istampa, l-UE tonora l-ġurnalisti madwar id-dinja li jiddedikaw ħajjithom - xi drabi billi jħallsu prezz personali kbir - biex jirrappurtaw avvenimenti jew jesprimu fehmiet li ħafna jistgħu jippreferu li jsikktu. Stampa ħielsa, indipendenti u ħajja hija indispensabbli fi kwalunkwe soċjetà demokratika.

L-UE hija determinata li tiġġieled għal-libertà tal-istampa madwar id-dinja u tikkundanna l-livell dejjem ogħla ta' intimidazzjoni, vjolenza u ċensura li l-ġurnalisti jħabbtu wiċċhom magħhom f'ħafna pajjiżi. L-UE tappella lill-gvernijiet kollha biex iħallu l-ġurnalisti jaħdmu f'sikurezza u sigurtà, u mingħajr il-biża' ta' ċensura jew prosekuzzjoni.

Il-libertà tal-espressjoni trid tiġi difiża kemm fil-mezzi tax-xandir tradizzjonali kif ukoll fuq l-Internet.

L-UE ser tkompli tippromwovi l-libertà tal-espressjoni online u offline, mhux l-inqas għax it-teknoloġiji tal-informazzjoni l-ġodda jistgħu jkun kruċjali fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija. L-UE ser tkompli tikkundanna l-ksur tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni fil-mezzi tax-xandir kollha bil-ħsieb li tiżgura li l-ġurnalisti madwar id-dinja jkunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet professjonali tagħhom mingħajr xkiel.

Il-Pajjiż Aderenti l-Kroazja *, il-Pajjiżi Kandidati t-Turkija, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja *, il-Montenegro *, l-Islanda + u s-Serbja*, il-Pajjiżi tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u kandidati potenzjali l-Albanija u l-Bosnja-Ħerżegovina, u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukraina, ir-Repubblika tal-Moldova, l-Armenja, l-Ażerbajġan u l-Ġeorġja, jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni.

* Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

+ L-Islanda tibqa' membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website