Navigation path
Left navigation
Additional tools
L-Unjoni Ewropea tilqa' bil-qalb l-iffirmar tal-lum mill-Gvernatur Martin O'Malley tal-leġislazzjoni li tabolixxi l-piena tal-mewt fl-Istat ta' Maryland. L-Unjoni Ewropea tifraħ lill-Gvernatur, lis-Senat u lill-Kamra tad-Delegati għal din id-deċiżjoni storika, li permezz tagħha Maryland sar it-18-il Stat fl-Istati Uniti li abbanduna l-piena kapitali. L-Unjoni Ewropea tittama bil-qawwa li din id-deċiżjoni tinkoraġġixxi Stati oħrajn tal-Istati Uniti biex isegwu dan l-eżempju u jingħaqdu mal-moviment nazzjonali u dinji li qed jikber favur l-abolizzjoni tal-użu tal-piena kapitali." Il-Pajjiż Aderenti l-Kroazja*, il-Pajjiżi Kandidati t-Turkija, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro*, l-Islanda+ u s-Serbja*, Il-Pajjiżi tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u kandidati potenzjali l-Albanija u l-Bosnja-Ħerzegovina u l-pajjiżi tal-EFTA l-Liechtenstein u n-Norveġja, membri taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Ukraina, ir-Repubblika tal-Moldova, l-Armenja, l-Azerbajġan u l-Ġeorgja, jallinjaw ruħhom ma' din id-dikjarazzjoni. ______________________ Il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni. L-Islanda għadha membru tal-EFTA u taż-Żona Ekonomika Ewropea. |
Side Bar