Navigation path

Left navigation

Additional tools

It-3191 Laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin Żvilupp Lussemburgu, 15 ta’ Ottubru 2012

European Council - PRES/12/419   15/10/2012

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO GA

15.X.2012

15.X.2012

15.X.2012

15.X.2012

15.X.2012

15.X.2012

15.X.2012

KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA

MT

14763/1/12 REV 1

(OR. en)

PRESSE 419

PR CO 53

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

It-3191 Laqgħa tal-Kunsill

Affarijiet Barranin

Żvilupp

Lussemburgu, 15 ta’ Ottubru 2012

President Catherine Ashton
Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Riżultati prinċipali tal-Kunsill

Il-Kunsill, waqt li tenna li l-UE tappoġġa lill-poplu Sirjan fil-ġlieda qalbiena tiegħu għal-libertà, id-dinjità u d-demokrazija, enfasizza t-tħassib kbir tiegħu dwar l-effetti sekondarji tal-kriżi Sirjana fil-pajjiżi ġirien f'termini ta' sigurtà u stabbiltà. Minħabba ż-żieda fil-vjolenza, il-Kunsill saħħaħ għal darba oħra s-sanzjonijiet kontra r-reġim Sirjan.

Il-Kunsill tenna t-tħassib serju u li qed jikber tiegħu dwar il-programm nukleari tal-Iran u l-ħtieġa urġenti li l-Iran jissodisfa l-obbligi internazzjonali kollha tiegħu. Fl-istess ħin, saħaq dwar l-impenn li ilu żmien twil tal-UE li taħdem għal soluzzjoni diplomatika għall-kwistjoni nukleari Iranjana f'konformità mal-approċċ fuq żewġ binarji. Minħabba l-ksur sfaċċat mill-Iran tal-obbligi internazzjonali tiegħu u ċ-ċaħda kontinwa li jikkoopera bis-sħiħ mal-IAEA biex jittratta t-tħassib dwar il-programm nukleari tiegħu, il-Kunsill adotta aktar miżuri restrittivi.

Il-Kunsill esprima t-tħassib kontinwu tiegħu għall-kriżi serja politika u tas-sigurtà li qed tolqot lill-Mali u d-determinazzjoni tal-UE sabiex tappoġġa lill-Mali fl-irkupru tal-istat tad-dritt u l-istabbiliment mill-ġdid ta' gvern demokratiku għalkollox sovran b'awtorità fit-territorju kollu tal-Mali. Il-Kunsill stieden lir-Rappreżentant Għoli biex tiżviluppa kunċett tal-ġestjoni ta' kriżijiet marbuta mal-organizzazzjoni mill-ġdid u t-taħriġ tal-forzi tad-difiża tal-Mali, b'kont meħud tal-kondizzjonijiet meħtieġa għas-suċċess.

Il-Kunsill innota l-importanza li jagħti lill-Bjelorussja u liċ-ċittadini tagħha, u baqa' mħasseb serjament għan-nuqqas ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt f'dak il-pajjiż. Peress li ma nħelsux il-priġunieri politiċi kollha u ebda priġunier meħlus ma ġie riabilitat, u fl-isfond tan-nuqqas ta' titjib fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-prinċipji demokratiċi, il-Kunsill tawwal il-miżuri restrittivi eżistenti sal-31 ta' Ottubru 2013.

Il-ministri tal-iżvilupp ħadu sehem f'dibattitu biex iħejju għall-qafas ta' wara l-MDGs/2015 u s-segwitu tas-summit Rio+20. Huma skambjaw ukoll fehmiet dwar l-appoġġ tal-UE għal bidla sostenibbli fis-soċjetajiet fi transizzjoni u wara ddiskutew l-approċċ tal-UE għar-reżiljenza.

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet mingħajr dibattitu dwar l-involviment tal-Ewropa mas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet esterni, u stabbilixxa politika mġedda tal-UE b'appoġġ għas-soċjetà ċivili, li tiffoka fuq sħubijiet għal żmien fit-tul mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili minn pajjiżi sħab. Huwa adotta wkoll konklużjonijiet dwar il-protezzjoni soċjali fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea u dwar il-finanzjament għall-iżvilupp.

WERREJ1

PARTEĊIPANTI

PUNTI LI ĠEW DISKUSSI

Il-Mali

Il-viċinat tan-Nofsinhar

Il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani

L-Iran

Segwitu għas-Summit UE-Ċina

Il-viċinat tal-Lvant

Tħejjija tal-qafas ta' wara l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju/2015 - segwitu ta' Rio+20

Appoġġ tal-UE għal bidla sostenibbli f’soċjetajiet fi transizzjoni

L-approċċ tal-UE għar-reżiljenza

PUNTI OĦRAJN LI ĠEW APPROVATI

AFFARIJIET BARRANIN

  • Ftehim ta' parteċipazzjoni mal-Kosovo

  • Il-Bosnja-Ħerzegovina

  • Ħatriet f'korpi tan-Nazzjonijiet Uniti

  • L-Eritrea - miżuri restrittivi

  • Is-Somalja - miżuri restrittivi

  • Relazzjonijiet mal-Libanu

KOOPERAZZJONI GĦALL-IŻVILUPP

  • L-involviment tal-Ewropa mas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet esterni

  • Il-protezzjoni soċjali fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea

  • Finanzjament għall-iżvilupp

  • Rapport Annwali tal-2012 dwar il-politiki tal-UE dwar l-iżvilupp u l-għajnuna esterna fl-2011

  • Fond għall-Paċi fl-Afrika: approvazzjoni tat-talbiet tal-Unjoni Afrikana

ĠUSTIZZJA U AFFARIJIET INTERNI

  • Ftehim ta' faċilitazzjoni tal-viża mal-Kap Verde

PROĊEDURA BIL-MIKTUB

  • Aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Kunsill

PARTEĊIPANTI

Rappreżentant Għoli

Is-Sinjura Catherine ASHTON Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Belġju:

Is-Sur Didier REYNDERS Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, tal-Kummerċ Estern u għall-Affarijiet Ewropej

Is-Sur Dirk WOUTERS Rappreżentant Permanenti

Bulgarija:

Is-Sur Nickolay MLADENOV Ministru tal-Affarijiet Barranin

Repubblika Ċeka:

Is-Sur Karel SCHWARZENBERG L-Ewwel Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin

Danimarka:

Is-Sur Villy SØVNDAL Ministru tal-Affarijiet Barranin

Is-Sur Christian Friis BACH Ministru tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp

Ġermanja:

Is-Sur Guido WESTERWELLE Ministru Federali tal-Affarijiet Barranin

Is-Sur Michael G. LINK Ministru tal-Istat, Ministeru Federali tal-Affarijiet Barranin

Is-Sinjura Gudrun KOPP Segretarju Parlamentari tal-Istat għall-Ministru Federali tal-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp

Estonja:

Is-Sur Urmas PAET Ministru tal-Affarijiet Barranin

Irlanda:

Is-Sur Eamon GILMORE Tánaiste (Viċi Prim Ministru) u Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ

Is-Sur Joe COSTELLO Ministru tal-Istat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp

Greċja:

Is-Sur Dimitrios AVRAMOPOULOS Ministru tal-Affarijiet Barranin

Is-Sur Antonios ZAIRIS Direttur Ġenerali tal-Kooperazzjoni Internazzjonali għall-Iżvilupp-Għajnuna Ellenika

Spanja:

Is-Sur José Manuel GARCIA-MARGALLO Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kooperazzjoni

Is-Sur Gonzalo ROBLES OROZCO Segretarju Ġenerali tal-Kooperazzjoni Internazzjonali għall-Iżvilupp

Franza:

Is-Sur Laurent FABIUS Ministru tal-Affarijiet Barranin

Is-Sur Pascal CANFIN Ministru b'responsabbiltà għall-Iżvilupp, assenjat mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin

Italja:

Is-Sur Giulio TERZI DI SANT'AGATA Ministru tal-Affarijiet Barranin

Is-Sinjura Marta DASSU' Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Barranin

Ċipru:

Is-Sinjura Erato KOZAKOU-MARCOULLIS Ministru tal-Affarijiet Barranin

Latvja:

Is-Sur Edgars RINKĒVIČS Ministru tal-Affarijiet Barranin

Litwanja:

Is-Sur Evaldas IGNATAVIČIUS Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin

Lussemburgu:

Is-Sur Jean ASSELBORN Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin

Is-Sinjura Marie-José JACOBS Ministru għall-Familja u l-Integrazzjoni, Ministru tal-Kooperazzjoni u l-Azzjoni Umanitarja

Ungerija:

Is-Sur János MARTONYI Ministru tal-Affarijiet Barranin

f’Malta:

Is-Sur Tonio BORG Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin

Is-Sinjura Marlene BONNICI Rappreżentant Permanenti

Pajjiżi l-Baxxi:

Is-Sur Uri ROSENTHAL Ministru tal-Affarijiet Barranin

Is-Sur Ben KNAPEN Ministru tal-Affarijiet Ewropej u l-Kooperazzjoni Internazzjonali

Awstrija:

Is-Sur Reinhold LOPATKA Segretarju tal-Istat, Ministeru Federali tal-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali

Polonja:

Is-Sur Radosław SIKORSKI Ministru tal-Affarijiet Barranin

Is-Sur Katarzyna PEŁCZYŃSKA- NAŁĘCZ Viċi Segretarju tal-Istat għall-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, Ministeru tal-Affarijiet Barranin

Portugall:

Is-Sur Miguel MORAIS LEITÃO Segretarju tal-Istat assenjat mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, b'responsabbiltà għall-Affarijiet Ewropej

Is-Sur Luís BRITES PEREIRA Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Barranin u l-Kooperazzjoni

Rumanija:

Is-Sur Titus CORLǍTEAN Ministru tal-Affarijiet Barranin

Is-Sinjura Luminița ODOBESCU Segretarju tal-Istat, Ministeru tal-Affarijiet Barranin

Slovenja:

Is-Sur Karl Viktor ERJAVEC Viċi Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin

Is-Sur Božo CERAR Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin

Slovakkja:

Is-Sur Miroslav LAJČÁK Ministru tal-Affarijiet Barranin

Is-Sur Peter BURIAN Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin

Finlandja:

Is-Sur Erkki TUOMIOJA Ministru tal-Affarijiet Barranin

Is-Sinjura Heidi HAUTALA Ministru tal-Iżvilupp Internazzjonali

Svezja:

Is-Sur Carl BILDT Ministru tal-Affarijiet Barranin

Is-Sinjura Sofia Strand Segretarju tal-Istat, Ministeru tal-Kooperazzjoni Internazzjonali għall-Iżvilupp

Renju Unit:

Is-Sur William HAGUE L-Ewwel Segretarju tal-Istat, Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Barranin u tal-Commonwealth

Is-Sinjura Justine GREENING Segretarju tal-Istat għall-Iżvilupp Internazzjonali

Il-Kummissjoni:

Is-Sur Štefan FÜLE Membru

Is-Sur Andris PIEBALGS Membru

Is-Sinjura Kristalina GEORGIEVA Membru

Il-Gvern tal-Pajjiż Aderenti kien rappreżentat kif ġej:

Kroazja:

Is-Sinjura Vesna PUSIĆ Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej

PUNTI LI ĠEW DISKUSSI

Il-Mali

Il-Kunsill iddiskuta s-sitwazzjoni fil-Mali u adotta l-konklużjonijiet li ġejjin:

"1. L-Unjoni Ewropea (UE) għadha preokkupata dwar il-kriżi politika u ta' sigurtà serja li qed taffettwa lill-Mali, b'mod partikolari s-sitwazzjoni fit-Tramuntana tal-pajjiż, ikkaratterizzata mill-istabbiliment u t-tisħiħ ta' santwarju għall-gruppi terroristi, l-oppressjoni tal-popolazzjoni, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari fil-konfront tan-nisa, u l-qerda tal-patrimonju kulturali kif ukoll l-iżvilupp tal-kriminalità organizzata. Din is-sitwazzjoni qed tgħabbi b'theddida immedjata lir-reġjun tas-Saħel u l-popolazzjoni tiegħu, li diġà hija soġġetta għal kriżi alimentari gravi, lill-Afrika tal-Punent u tat-Tramuntana kif ukoll lill-Ewropa.

2. L-UE tilqa' l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 2071 mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u tawgura lilha nnifisha għall-attenzjoni internazzjonali li qed tikber fir-rigward tas-Saħel u l-Mali, kif jixhdu l-laqgħa ta' livell għoli li saret fil-marġini tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijet Uniti fis-26 ta' Settembru 2012 u l-iżvilupp ta' strateġija reġjonali integrata tan-Nazzjonijiet Uniti għas-Saħel. Hija tilqa' n-nomina ta' Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, u turi d-determinazzjoni tagħha li taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib ma' Romano Prodi. L-UE tappella għal titjib tal-arranġamenti għall-koordinazzjoni mas-sħab ewlenin tal-Mali bil-ħsieb li tiżdied l-effikaċja tal-appoġġ għall-proċess ta' transizzjoni, fil-livell politiku, tas-sigurtà kif ukoll f'dak ekonomiku. F'dan ir-rigward, l-UE tilqa' b'mod favorevoli l-laqgħa tal-Grupp ta' Appoġġ u Segwitu dwar is-sitwazzjoni fil-Mali, prevista f'Bamako fid-19 ta' Ottubru 2012, fuq l-inizjattiva tal-Unjoni Afrikana (UA) u f'konsultazzjoni mal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-ECOWAS, u tissottolinja l-importanza tagħha.

3. L-UE tinsab determinata li tappoġġa lill-Mali fil-bini mill-ġdid tal-istat tad-dritt u ta' gvern demokratiku u kompletament sovran fit-territorju kollu tiegħu, għall-benefiċċju tal-popolazzjoni kollha tal-pajjiż. L-UE tilqa' n-nomina mill-President tar-Repubblika tal-Mali ta' Gvern ġdid ta' Unjoni Nazzjonali kif ukoll l-isforz ta' mobilizzazzjoni tal-Komunità Internazzjonali, b'mod partikolari l-UA u l-ECOWAS, li sar minn dawn l-awtoritajiet ġodda għas-sħab kollha tagħhom, b'mod partikolari l-UE.

4. Konformement mal-prinċipji rikonoxxuti mill-ECOWAS u l-Grupp ta' Appoġġ u Segwitu ppresedut b'mod konġunt mill-UA u n-NU, kif ukoll mir-Riżoluzzjonijiet 2056 u 2071 tal-Kunsill tas-Sigrutà tan-Nazzjonijiet Uniti, l-UE tappella lill-Gvern tal-Unjoni Nazzjonali biex jiżviluppa malajr kemm jista' jkun, f'kooperazzjoni mal-forzi kollha politiċi u tas-soċjetà ċivili, pjan direzzjonali kunsenswali biex jerġa' jkun hemm b'mod sħiħ ordni kostituzzjonali u unità nazzjonal. Dan għandu, b'mod partikolari, jippermetti l-organizzazzjoni ta' proċess elettorali demokratiku u kredibbli, it-tnedija rapida ta' djalogu nazzjonali inklużiv, li jinkludi r-rappreżentanti tal-popolazzjoni tat-Tramuntana, biex jitħejja l-istabbiliment mill-ġdid tal-Istat fit-Tramuntana skont l-aktar metodi paċifiċi possibbli, kif ukoll ir-riorganizzazzjoni tal-armata taħt kontroll ċivili.

5. L-UE ttenni d-determinazzjoni tagħha li tappoġġa l-isforzi mwettqa mill-Mali bil-għan li tissolva din il-kriżi, f'kooperazzjoni mas-sħab reġjonali u internazzjonali tagħha, u li, għal dan il-għan, timmobbilzza b'mod sħiħ l-istrumenti kollha tagħha fil-kuntest tal-Istrateġija tal-UE għall-Iżvilupp u s-Sigurtà fis-Saħel. F'dan l-isfond:

  • Meta jiġi adottat pjan direzzjonali kredibbli, l-UE terġa' tibda gradwalment il-kooperazzjoni tagħha għall-iżvilupp fid-dawl ta' progress konkret. Sadanittant, l-UE ssegwi l-operazzjonijiet favur il-popolazzjoni u t-transizzjoni demokratika.

  • L-UE lesta tappoġġa qafas ta' djalogu nazzjonali inklużiv inter-Maljan bil-għan li jerġa' jiġi stabbilit l-Istat tad-dritt fit-Tramuntana u tikkontribwixxi fil-miżuri ta' stabbilizzazzjoni u ta' rikostruzzjoni li l-Istat tad-dritt għandu jikkontribwixxi għall-orjentazzjoni tagħhom.

  • L-UE u l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom biex isegwu l-isforzi umanitarji u ser ikomplu jsegwu mill-qrib l-iżvilupp tas-sitwazzjoni umanitarja fil-Mali kif ukoll fil-pajjiżi ġirien. Il-Kummissjoni Ewropea għandha żżid, b'mod sinifikanti, l-ammont tal-għajnuna tagħha biex tkun tista' twieġeb aħjar għall-bżonnijiet. L-UE tfakkar l-obbligu li tingħata garanzija lill-atturi umanitarji kollha għall-aċċess liberu u mingħajr ostakoli għall-popolazzjonijiet vulnerabbli fir-reġjunijiet tat-Tramuntana tal-pajjiż.

  • Il-Kunsill jistieden lir-Rappreżentant Għoli (RGħ) u lill-Kummissjoni biex jeżaminaw miżuri u azzjonijiet supplimentari oħra li jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-effetti tal-kriżi fil-Mali u l-impatt tagħha fil-pajjiżi ġirien, kif ukoll għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-populazzjonijiet vulnerabbli.

  • L-UE tfakkar fil-possibbiltà li jiġu adottati, f'rabta mill-qrib mal-ECOWAS, l-UA u n-NU, sanzjonijiet immirati kontra dawk involuti fil-gruppi armati fit-Tramuntana u dawk li jfixklu l-istabbiliment mill-ġdid tal-ordni kostituzzjonali.

  • Bħala tweġiba għat-talba li rċeviet mingħand il-Mali u l-ECOWAS, l-UE tinsab konvinta mill-ħtieġa li tinstab risposta rapida għall-isfidi tas-sigurtà u t-theddida terroristika f'kuntest definit mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. F'dan l-isfond, il-Kunsill jawgura lilu nnifsu għall-ħidma preliminari mir-RGħ dwar l-arranġamenti ta' appoġġ possibbli għar-rikostruzzjoni tal-kapaċitajiet tal-armata Maljana, f'koerenza mal-objettivi politiċi u l-qafas għal azzjoni stabbiliti mill-Komunità Internazzjonali u f'konformità mar-Riżoluzzjoni 2071 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

  • Il-Kunsill jistieden lir-RGħ u lill-Kummissjoni Ewropea biex jeżaminaw l-appoġġ għal involviment tas-sħab reġjonali, b'mod partikolari l-UE u l-ECOWAS, pereżempju billi jipprovdu appoġġ rapidu fil-qasam tal-pjanifikazzjoni. Soġġetti għall-preżentazzjoni ta' kunċett iffinalizzat mill-ECOWAS, il-Kunsill jistieden lir-RGħ u lill-Kummissjoni biex jeżaminaw il-possibbiltà ta' appoġġ addizzjonali, inkluż dak finanzjarju, bħall-mobilizzazzjoni tal-Fond għall-Paċi fl-Afrika.

  • Il-Kunsill jitlob ukoll li l-ħidma dwar il-pjanifikazzjoni ta' missjoni militari possibbli fil-qafas tal-PSDK tkun segwita u approfondita b'mod urġenti, filwaqt li jiġi żviluppat, b'mod partikolari, kunċett ta' maniġġar ta' kriżi dwar ir-riorganizzazzjoni u t-taħriġ tal-forzi tad-difiża Maljani, filwaqt li jittieħed kont tal-kondizzjonijiet meħtieġa għall-effekaċja ta' missjoni possibbli, inkluż l-appoġġ sħiħ tal-awtoritajiet Maljani u d-definizzjoni ta' strateġija ta' ħruġ. Din il-ħidma għandha ssir f'kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet, b'mod partikolari man-NU, l-UA u l-ECOWAS, l-Istati u l-atturi kkonċernati, sabiex tiġi żgurata l-kumplimentarjetà tal-isforzi rispettivi. Il-Kunsill jistieden lir-RGħ biex jiżviluppa l-Kunċett ta' Maniġġar ta' Kriżi fid-dawl tal-laqgħa tiegħu tad-19 ta' Novembru, u matulha jippreżenta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

  • Fil-kuntest ta' approċċ globali, il-Kunsill jappella biex jintużaw is-sinerġiji potenzjali flimkien mal-attivitajiet l-oħra tal-UE fir-reġjun, b'mod partikolari mal-missjoni EUCAP SAHEL Niger u l-vokazzjoni reġjonali tagħha."

Il-viċinat tan-Nofsinhar

- Is-Sirja

Il-Kunsill iddiskuta l-aħħar żviluppi fis-Sirja u adotta l-konklużjonijiet li ġejjin:

"1. L-Unjoni Ewropea tappoġġa lill-poplu Sirjan fil-ġlieda kurraġġuża tiegħu għal-libertà, id-dinjità u d-demokrazija. L-użu tal-forza mir-reġim Sirjan kontra persuni ċivili, inkluż permezz ta' armi ta' kalibru kbir u bombardamenti mill-ajru, laħaq livelli mingħajr preċedent u jista' biss ikompli jintensifika l-vjolenza u jipperikola l-istabbiltà tar-reġjun kollu. L-UE tfakkar li l-prijoritajiet għandhom ikunu t-tmiem tal-oppressjoni, il-waqfien tal-vjolenza kollha, l-għoti ta' għajnuna umanitarja lil dawk kollha fil-bżonn, il-prevenzjoni ta' aktar instabbiltà reġjonali u t-tħejjija għall-perijodu ta' wara l-konflitt.

L-UE tissottolinja li għandhom jiġu esklużi dawk li bil-preżenza tagħhom ixekklu t-transizzjoni politika u li, f'dan ir-rigward, m'hemm l-ebda post għall-President Assad fil-futur tas-Sirja.

L-UE tibqa' impenjata lejn is-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tas-Sirja.

2. L-UE tibqa' mħassba ħafna dwar l-effetti mifruxa tal-kriżi Sirjana fil-pajjiżi ġirien f'termini ta' sigurtà u stabbiltà. L-UE tikkundanna bil-qawwa l-bombardament mill-forzi Sirjani tat-territorju Tork, partikolarment fil-belt ta' Akçakale li tinsab fuq il-fruntiera fit-3 ta' Ottubru. L-UE tappella lil kulħadd biex is-sitwazzjoni ma titħalliex tmur għall-agħar. L-UE terġa' tappella lill-awtoritajiet Sirjani biex jirrispettaw bis-sħiħ l-integrità territorjali u s-sovranità tal-pajjiżi ġirien kollha.

3. Filwaqt li tfakkar li r-responsabbiltà prinċipali għall-kriżi attwali hi tal-awtoritajiet Sirjani, l-UE twissi kontra l-militarizzazzjoni u r-radikalizzazzjoni ulterjuri tal-konflitt u l-vjolenza settarja li jistgħu biss jikkawżaw aktar sofferenza lis-Sirja u jista' jkollha impatt traġiku fuq ir-reġjun. F'dan ir-rigward, l-UE tesprimi tħassib dwar il-protezzjoni tal-persuni ċivili, b'mod partikolari l-gruppi vulnerabbli u l-komunitajiet reliġjużi. L-intensifikazzjoni tal-vjolenza u s-sensiela reċenti ta' attakki terroristiċi juru l-ħtieġa urġenti għal transizzjoni politika li tissodisfa l-aspirazzjonijiet demokratiċi tal-poplu Sirjan u terġa' ġġib l-istabbiltà fis-Sirja. F'dan ir-rigward, l-UE tinsab profondament imħassba dwar l-influss dejjem akbar ta' armamenti fis-Sirja u tappella lill-Istati kollha biex jibqgħu lura milli jwasslu armi lill-pajjiżi.

Il-kontinwazzjoni u ż-żieda tal-kriżi fis-Sirja huma ta' theddida għall-istabbiltà reġjonali usa'.

4. L-UE ttenni l-appoġġ sħiħ tagħha għall-isforzi ta' Lakhdar Brahimi bħala Rappreżentant Speċjali Konġunt tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Lega ta' Stati Għarab għas-Sirja u tinsab lesta li ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha miegħu. L-UE tenfasizza l-ħtieġa li l-isforzi internazzjonali u reġjonali jiġu ffokati fuq ir-riżoluzzjoni tal-kriżi Sirjana permezz ta' soluzzjoni politika u tappella lill-atturi prinċipali fir-reġjun u lill-membri kollha tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom u jappoġġaw l-isforzi ta' Brahimi.

L-UE tistenna b'interess il-laqgħa li jmiss tal-Grupp tal-Ħbieb tal-Poplu Sirjan li għandha ssir fil-Marokk biex tinżamm il-pressjoni internazzjonali fuq ir-reġim Sirjan.

5. Fid-dawl tad-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja u tax-xitwa li qiegħda toqrob, l-UE tfakkar fl-importanza morali li tiżdied l-assistenza lill-popolazzjonijiet milquta kollha madwar is-Sirja u fil-pajjiżi ġirien. L-Unjoni Ewropea tesprimi s-solidarjetà mal-popolazzjonijiet milquta u l-pajjiżi ġirien li laqgħu r-refuġjati. L-UE ser tkompli tipprovdi assistenza u tappella lid-donaturi kollha biex iżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-aħħar appelli tan-NU għall-finanzjament tal-għajnuna umanitarja u l-assistenza għar-refuġjati. L-Unjoni Ewropea tħeġġeġ lid-donaturi biex jirrapportaw l-assistenza tagħhom u jikkoordinaw man-Nazzjonijiet Uniti (OCHA) sabiex jimmassimizzaw l-effikaċja tal-isforz ta' għajnuna. Il-partijiet kollha għandhom jippermettu l-aċċess sħiħ u sikur għat-twassil tal-għajnuna umanitarja fil-partijiet kollha tal-pajjiż, u jirrispettaw il-liġi umanitarja internazzjonali. L-Unjoni Ewropea tħeġġeġ lill-partijiet kollha fil-konflitt biex jirrispettaw bis-sħiħ l-obbligi legali u morali tagħhom li jipproteġu lill-persuni ċivili.

Partikolarment allarmata mid-diffikultajiet drammatiċi dejjem akbar fis-Sirja rigward l-aċċess għas-servizzi mediċi, l-UE tħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jimpenjaw ruħhom biex jirrispettaw bis-sħiħ l-invjolabbiltà tal-faċilitajiet mediċi, il-persunal u l-vetturi mediċi kollha fir-rigward tal-liġi umanitarja internazzjonali.

6. L-UE hija mkexkxa mid-deterjorament tas-sitwazzjoni fis-Sirja u b'mod partikolari mill-ksur mifrux u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, il-liġi umanitarja internazzjonali u l-libertajiet fundamentali mill-awtoritajiet Sirjani. F'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar is-Sirja adottata fit-28 ta' Settembru, l-UE tappella lill-partijiet kollha biex iwaqqfu kull forma ta' vjolenza u biex jieħdu miżuri speċjali biex iħarsu gruppi vulnerabbli bħat-tfal, kif ukoll in-nisa u l-bniet soġġetti għal vjolenza sessista.

L-UE tilqa' l-estensjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta' Inkjesta dwar is-Sirja u t-tisħiħ tagħha permezz tal-ħatra ta' żewġ membri ġodda, Carla del Ponte u Vitit Muntarbhorn. L-UE ttenni l-appoġġ tagħha għall-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-ksur allegat tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem bil-ħsieb li dawk responsabbli għal ksur bħal dan jagħtu kont ta' għemilhom, inkluż dawk li jistgħu jwasslu għal delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra skont id-definizzjoni tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali. L-UE tisħaq dwar l-importanza tad-dokumentazzjoni tal-ksur mifrux, sistematiku u kbir tad-drittijiet tal-bniedem u tfakkar li dawk kollha responsabbli jridu jagħtu kont ta' għemilhom. L-UE ttenni l-appell tagħha lill-awtoritajiet Sirjani biex jikkooperaw bis-sħiħ mal-Kummissjoni ta' Inkjesta inkluż billi jagħtuha aċċess sħiħ, immedjat u mhux imxekkel għat-territorju Sirjan kollu.

7. L-UE tfakkar li oppożizzjoni inklużiva u koordinata hija essenzjali biex tibda transizzjoni politika. L-UE tkompli tħeġġeġ lill-gruppi tal-oppożizzjoni kollha, ġewwa u barra s-Sirja, biex iwarrbu d-differenzi tagħhom u jaqblu dwar sett ta' prinċipji kondiviżi u jibdew jaħdmu għal transizzjoni inklużiva, ordnata u paċifika fis-Sirja u biex jibnu fuq il-ftehim dwar il-"Patt Nazzjonali" u dwar "Viżjoni Politika Komuni għat-transizzjoni fis-Sirja". L-UE ser tkompli taħdem mill-qrib mal-Lega tal-Istati Għarab u tiffaċilita aktar inizjattivi ta' djalogu biex jiġu kkomplementati l-isforzi tagħha biex tinkoraġġixxi l-oppożizzjoni biex tifforma pjattaforma inklużiva komuni. Is-Sirjani kollha għandu jkollhom post fis-Sirja l-ġdida u jgawdu minn drittijiet ugwali, huma x'inhuma l-oriġini, l-affiljazzjonijiet, ir-reliġjon, it-twemmin jew is-sess tagħhom.

8. L-UE timpenja ruħha biex issaħħaħ l-appoġġ tagħha għall-bini tal-kapaċità tas-soċjetà ċivili biex tipparteċipa f'Sirja futura, f'konformità mat-talbiet leġittimi tal-poplu Sirjan għal sistema politika aktar ħielsa, miftuħa u inklużiva li tinvolvi lis-Sirjani kollha. F'dan il-kuntest, l-UE tirrikonoxxi wkoll l-importanza tal-ħidma tal-korpi ċivili lokali fis-Sirja kollha.

9. L-UE illum approvat miżuri restrittivi addizzjonali kontra s-Sirja. L-UE tinsab lesta li tinvolvi ruħha ma' dawk li jieħdu impenn serju għal transizzjoni demokratika ġenwina. L-UE ser tkompli bil-politika tagħha li timponi miżuri addizzjonali mmirati kontra r-reġim, mhux kontra l-popolazzjoni ċivili, sakemm ir-repressjoni tibqa' għaddejja. L-UE ser tkompli wkoll tħeġġeġ lill-komunità internazzjonali biex tingħaqad fl-isforzi tagħha, biex tieħu passi biex jiġu applikati u infurzati miżuri restrittivi fuq ir-reġim Sirjan u s-sostenituri tiegħu. F'dan il-kuntest, l-UE tilqa' r-raba' laqgħa tal-Grupp Internazzjonali dwar is-Sanzjonijiet li saret fl-Aja fl-20 ta' Settembru. Hija tappella lis-Sirjani kollha biex jiddiżassoċjaw ruħhom mill-politika repressiva tar-reġim sabiex tkun iffaċilitata transizzjoni politika.

10. L-UE timpenja ruħha biex taħdem mill-qrib u b'mod komprensiv mal-imsieħba internazzjonali fuq il-pjan li jiġi żgurat li l-komunità internazzjonali tkun lesta tagħti appoġġ rapidu għas-Sirja ladarba sseħħ it-transizzjoni. F'dan ir-rigward, l-UE tissottolinja l-importanza tat-twaqqif ta' korp transizzjonali. L-UE hi sodisfatta għat-tieni laqgħa tal-Grupp ta' Ħidma dwar l-Irkupru u l-Iżvilupp Ekonomiku tal-Ħbieb tal-Poplu Sirjan li saret f'Berlin fl-4 ta' Settembru 2012.

L-UE turi tħassib dwar il-qirda tal-wirt kulturali Sirjan.

Hekk kif tibda transizzjoni demokratika ġenwina, l-UE tinsab lesta li tiżviluppa sħubija ġdida u ambizzjuża mas-Sirja fl-oqsma kollha ta' interess reċiproku, inkluż permezz ta' kontribut għal valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' wara l-konflitt, il-mobilizzazzjoni tal-assistenza, il-bini tal-istituzzjonijiet, it-tisħiħ tar-rabtiet kummerċjali u ekonomiċi u l-appoġġ għall-ġustizzja transizzjonali u t-transizzjoni politika.

11. Kwistjonijiet relatati mal-pressjoni li nħolqot fuq il-fruntieri esterni tal-UE ser jiġu indirizzati mill-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni li jmiss."

Minħabba l-intensifikazzjoni tal-vjolenza fis-Sirja, il-Kunsill irrinforza s-sanzjonijiet tal-UE kontra r-reġim Sirjan. Aktar dettalji jinsabu fl-istqarrija għall-istampa 14793/12.

- L-Eġittu

Il-Kunsill ħa kont tat-tħejjijiet għal-laqgħa tat-task force mal-Eġittu, skedata għat-13 u l-14 ta' Novembru fil-Kajr.

Il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani

Il-Kunsill ħa kont tal-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, bħala segwitu għall-avvenimenti fl-Assemblea Ġenerali tan-NU f'Settembru.

L-Iran

Il-Kunsill iddiskuta s-sitwazzjoni fl-Iran u adotta l-konklużjonijiet li ġejjin:

"1. Il-Kunsill itenni t-tħassib serju u dejjem akbar dwar il-programm nukleari tal-Iran u l-ħtieġa urġenti li l-Iran jikkonforma mal-obbligi internazzjonali tiegħu kollha, inkluża l-implimentazzjoni sħiħa mill-Iran tar-Riżoluzzjonijiet tal-Bord ta' Gvernaturi tal-KSNU u l-IAEA.

2. Il-Kunsill jikkundanna l-produzzjoni kontinwa ta' uranju arrikit u l-espansjoni tal-kapaċità ta' arrikiment tal-Iran, inkluż fis-sit ta' Fordow, u attivitajiet kontinwi tal-ilma tqil bi ksur tar-Riżoluzzjonijiet tal-Bord ta' Gvernaturi tal-KSNU u l-IAEA, kif rifless fl-aktar rapport riċenti tal-IAEA. Il-Kunsill jinnota bi tħassib partikolari x-xkiel mill-Iran għall-ħidma tal-IAEA għall-kjarifika tal-kwistjonijiet pendenti kollha, inkluż fir-rigward tad-dimensjoni militari possibbli tal-programm nukleari tal-Iran. Għalhekk, il-Kunsill jilqa' l-adozzjoni b'maġġoranza kbira mill-Bord ta' Gvernaturi tal-IAEA tar-Riżoluzzjoni tiegħu fit-13 ta' Settembru 2012 li tiddeċiedi li l-kooperazzjoni tal-Iran hija essenzjali u urġenti sabiex terġa' titrabba l-fiduċja internazzjonali fin-natura esklużivament paċifika tal-programm nukleari tal-Iran.

3. L-Iran qed jaġixxi bi ksur sfaċċat tal-obbligi internazzjonali tiegħu u jkompli jirrifjuta li jikkoopera bis-sħiħ mal-IAEA biex jindirizza t-tħassib dwar il-programm nukleari tiegħu. F'dan il-kuntest, u f'koerenza ma' konklużjonijiet preċedenti tal-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, il-Kunsill qabel dwar miżuri restrittivi addizzjonali fis-setturi finanzjarji, tal-kummerċ, l-enerġija u t-trasport, kif ukoll setturi nominati addizzjonali, partikolarment ta' entitajiet attivi fl-industrija taż-żejt u tal-gass. B'mod partikolari, il-Kunsill awtorizza li jipprojbixxi t-transazzjonijiet kollha bejn il-banek Ewropej u dawk Iranjani, dment li ma jkunux awtorizzati minn qabel taħt kondizzjonijiet stretti b'eżenzjonijiet għal ħtiġijiet umanitarji. Barra minn hekk, il-Kunsill iddeċieda li jsaħħaħ il-miżuri restrittivi kontra l-Bank Ċentrali tal-Iran. Ġew imposti aktar restrizzjonijiet għall-esportazzjoni, partikolarment għall-grafit, il-metalli, is-software għall-proċessi industrijali, kif ukoll miżuri relatati mal-industrija tal-bini tal-bastimenti.

4. Il-miżuri restrittivi maqbula llum għandhom l-għan li jaffettwaw il-programm nukleari tal-Iran u d-dħul tar-reġim Iranjan użat biex jiffinanzja l-programm u mhumiex immirati lejn il-poplu Iranjan. Ir-reġim Iranjan innifsu jista' jaġixxi b'mod responsabbli u jwaqqaf dawn is-sanzjonijiet. Sakemm ma jagħmilx dan, il-Kunsill jibqa' ddeterminat li jżid, b'koordinazzjoni mill-qrib mal-imsieħba internazzjonali, il-pressjoni fuq l-Iran fil-kuntest tal-approċċ fuq żewġ binarji.

5. Il-Kunsill jirriafferma l-impenn sa minn żmien ilu tal-Unjoni Ewropea li taħdem għal soluzzjoni diplomatika għall-kwistjoni nukleari Iranjana f'konformità mal-approċċ fuq żewġ binarji.

6. Il-Kunsill jirriafferma li l-objettiv tal-UE jibqa' li tikseb riżoluzzjoni komprensiva, negozjata u fit-tul, li tibni l-fiduċja internazzjonali fin-natura esklużivament paċifika tal-programm nukleari Iranjan, filwaqt li jiġu rrispettati d-drittijiet leġittimi tal-Iran għall-użu paċifiku tal-enerġija nukleari f'konformità mat-TNP, b'kont sħiħ meħud tar-Riżoluzzjonijiet tal-Bord ta' Gvernaturi tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-IAEA. Il-Kunsill jilqa' d-determinazzjoni għal soluzzjoni diplomatika espress mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-E3+3 fis-27 ta' Settembru f'New York u japprova bis-sħiħ l-isforzi mmexxija mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-E3+3 f'dan ir-rigward. L-E3+3 għamlu proposta ta' bini tal-fiduċja kredibbli u sostanzjali għal negozjati ggwidati mill-prinċipji maqbula ta' reċiproċità u approċċ pass pass. Il-Kunsill iħeġġeġ lill-Iran jinvolvi ruħu b'mod kostruttiv, billi jikkonċentra fuq li jilħaq qbil dwar passi konkreti ta' bini tal-fiduċja, jinnegozja b'mod serju u jindirizza t-tħassib tal-komunità internazzjonali."

Barra minn hekk, il-Kunsill wessa' sostanzjalment il-miżuri restrittivi tal-UE li huma motivati mit-tħassib serju dejjem jikber dwar il-programm nukleari Iranjan. Aktar dettalji jinsabu fl-istqarrija għall-istampa 14803/12.

Segwitu għas-Summit UE-Ċina

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar l-eżitu tas-summit tal-20 ta' Settembru bejn l-UE u ċ-Ċina, bil-ħsieb tal-Kunsill Ewropew tat-18 u d-19 ta' Ottubru u d-diskussjoni li ser ikollhom il-mexxejja dwar ir-relazzjonijiet mas-sħab strateġiċi.

Il-viċinat tal-Lvant

- Il-Bjelorussja

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-Ministri ddiskutew is-sitwazzjoni fil-Bjelorussja fid-dawl tal-elezzjonijiet parlamentari tat-23 ta' Settembru. Il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet li ġejjin:

"1. Waqt li jfakkar fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-31 ta' Jannar 2011, 20 ta' Ġunju 2011 u 23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill jinnota l-importanza li huwa jagħti lil dan il-pajjiż li huwa ġar tal-UE u liċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż, u jibqa' mħasseb bil-kbir dwar in-nuqqas ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Bjelorussja.

2. Waqt li jirreferi għad-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton u l-Kummissarju Štefan Füle, il-Kunsill jiddispjeċih li l-elezzjonijiet Parlamentari tat-23 ta' Settembru 2012, li saru fi sfond ġenerali ta' ripressjoni, irrappreżentaw opportunità oħra mitlufa għall-Bjeolrussja biex torganizza elezzjonijiet f'konformità mal-OSKE u l-istandards internazzjonali. Huwa jappella lill-awtoritajiet Bjelorussi biex jindirizzaw ir-rakkomandazzjonjiet magħmula mill-OSKE/ODIHR, biex jikkooperaw bis-sħiħ għal dak il-għan mal-OSKE/ODIHR, u biex jippermettu r-ritorn ta' Uffiċċju tal-OSKE fil-Bjelorussja.

3. Il-Kunsill itenni l-appelli tiegħu għar-rilaxx immedjat u r-riabilitazzjoni tal-priġunieri politiċi kollha li fadal. Huwa jinnota r-rilaxx ta' Syarhei Kavalenka bħala sinjal pożittiv, iżda jiddispjeċih li dan kien jiddependi minn talba għal maħfra Presidenzjali. Il-Kunsill hibqa' wkoll imħasseb profondament dwar deċiżjonijiet li jikkonċernaw sentenzi ta' priġunerija addizzjonali u rapporti kontinwati ta' trattament ħażin ta' priġunieri politiċi.

4. Il-Kunsill jappella għal darb'oħra lill-awtoritajiet Bjeolrussi biex iwaqqfu l-molestja kontra s-soċjetà ċivili, l-oppożizzjoni politika u l-midja indipendenti. Il-Kunsill iħeġġeġ lill-awtoritajiet Bjelorussi biex jikkonformaw mar-Riżoluzzjoni 20/13 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijeit kollha li hemm fir-rapport tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem ta' April 2012 u biex jikkooperaw bis-sħiħ mar-Relatur Speċjali tan-NU dwar il-Bjelorussja.

5. Billi mhux il-priġunieri politiċi kollha ġew rilaxxati u l-ebda priġunier rilaxxat ma ġie riabilitat, u fl-isfond tan-nuqqas ta' titjib fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-prinċipji demokratiċi, il-Kunsill iddeċieda li jtawwal l-miżuri ristrettivi eżistenti sal-31 ta' Ottubru 2013. F'dan il-kuntest, il-Kunsill ifakkar fil-Konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta' Marzu 2012 u jtenni li l-politika tiegħu dwar miżuri ristrettivi tibqa' miftuħa u qiegħda tiġi eżaminata b'mod kostanti.

6. Fl-ispirtu tas-solidarjetà tal-UE, il-Kunsill jerġa' jappella lill-Bjelorussja biex tirrispetta bis-sħiħ il-privileġġi u l-immunitajiet diplomatiċi rikonoxxuti internazzjonalment tar-rappreżentanzi diplomatiċi tal-Istati Membri tal-UE u l-persunal tagħhom fil-Bjelorussja, inkluż li tippermettilhom iwettqu bis-sħiħ il-funzjonijiet tagħhom.

7. Il-Kunsill itenni l-impenn sod tiegħu li jsaħħaħ l-involviment tal-UE mal-poplu u s-soċjetà ċivili tal-Bjelorussja. Il-Kunsill jesprimi l-appoġġ sħiħ kontinwu tiegħu għad-"Djalogu Ewropew dwar il-Modernizzazzjoni" u l-intenzjoni tiegħu li jelaborah aktar. Huwa jinnota li d-Djalogu Ewropew stimula dibattitu sostanzjali fost ir-rappreżentanti tas-soċjetà Bjeolrussa bil-ħsieb li jiġu propsoti ideat konkreti dwar il-ħtiġijiet ta' riforma u jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet tal-Bjelorussja biex jinvolvu lilhom infushom fid-diskussjonijiet.

8. Il-Kunsill itenni r-rieda tal-UE li tniedi negozjati għall-ftehimiet dwar il-faċilitazzjoni tal-viżi u r-riammissjoni li jsaħħu l-kuntatti bejn in-nies għall-benefiċċju tal-popolazzjoni ġenerali Bjelorussa, u jiddispjeċih għan-nuqqas ta' rispons mill-awtoritajeit Bjelorussi għall-istedina tal-Kummissjoni f'Ġunju 2011 biex jibdew in-negozjati. Sadanittant, il-Kunsill jilqa' l-fatt li l-Istati Membri tal-UE għadhom jagħmlu l-aħjar użu mill-flessibbiltajiet eżistenti offruti mill-Kodiċi dwar il-Viżi, b'mod partikolari l-possibbiltajiet li ma japplikawx u jitnaqqsu l-miżati tal-viżi għal ċerti kategoriji ta' ċittadini Bjelorussi jew f'każijiet individwali u lest li jilqa' l-possibiltajiet li jiġu esplorati modi kif jitnaqqsu aktar il-miżati għall-viżi għaċ-ċittadini Bjelorussi.

9. Il-Kunsill itenni l-impenn tiegħu għall-politika ta' involviment kritiku, inkluż permezz tad-djalogu u l-parteċipazzjoni fis-Sħubija tal-Lvant, u jfakkar li l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bilaterali taħt is-Sħubija tal-Lvant jiddependi mill-progress lejn ir-rispett mill-Bjelorussja għall-prinċipji tad-demokrazija, id-dritt tal-istat u d-drittijiet tal-bniedem. Il-Kunsill itenni r-rieda tal-UE li tassisti lill-Bjelorussja tissodisfa l-obbligi tagħha f'dan ir-rigward."

Barra minn hekk, huwa estenda l-miżuri restrittivi tal-UE kontra l-Bjelorussja bi 12-il xahar ieħor. Aktar tagħrif dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Bjelorussja jinsabu fl-iskeda informattiva dwar l-Unjoni Ewropea u l-Bjelorussja..

- Il-Ġeorġja

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-Ministri ddiskutew is-sitwazzjoni fil-Ġeorġja fid-dawl tal-elezzjonijiet parlamentari tal-1 ta' Ottubru. Il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet li ġejjin:

"1. Il-Kunsill jilqa’ l-elezzjonijiet parlamentari li seħħew fil-Ġeorġja fl-1 ta’ Ottubru 2012, u jifraħ lill-poplu Ġeorġjan dwar dan il-pass sinifikanti ’l quddiem lejn il-konsolidazzjoni tad-demokrazija f’pajjiżhom. Il-Kunsill jinnota l-valutazzjoni preliminari tal-OSKE-ODIHR li hi ġeneralment pożittiva dwar kif tmexxew dawn l-elezzjonijiet, u jikkommetti ruħu li jappoġġja l-Ġeorġja fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-OSKE-ODIHR.

2. Il-Kunsill jappella lill-istituzzjonijiet u l-partiti politiċi kollha tal-Istat Ġeorġjan sabiex jaħdmu id f’id b’mod kostruttiv matul il-perjodu ta’ transizzjoni li jmiss, bil-għan li tiġi żgurata l-istabbiltà, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u governanza xierqa, b’rispett sħiħ tar-rieda espressa demokratikament tal-poplu u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-Parlament u l-President skont il-Kostituzzjoni Ġeorġjana. Il-Kunsill jilqa’ l-istabbiliment bikri ta’ kuntatt bejn in-naħat, u l-impenji li saru mir-rappreżentanti kemm tal-amministrazzjonijiet li ser jintemmu kif ukoll dawk li ser jibdew għal transizzjoni politika effiċjenti u trasparenti.

3. Il-Kunsill jikkonferma l-involviment tal-UE, fi ħdan is-Sħubija tal-Lvant, biex taħdem lejn assoċjazzjoni politika u integrazzjoni ekonomika mal-Ġeorġja, u jtenni l-impenn tal-UE ta’ objettiv komuni ta’ vjaġġar mingħajr viża fi żmien debitu, sakemm jeżistu l-kundizzjonijiet għal mobbiltà ġestita b’mod tajjeb u li hi sigura. Il-Kunsill jirrikonoxxi l-aspirazzjonijiet Ewropej u l-għażla Ewropea tal-Ġeorġja, u jistenna b’ħerqa l-kontinwazzjoni ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-Ġeorġja dwar l-aġenda reċiproka ambizzjuża tagħna. F’dan il-kuntest, il-Kunsill ifakkar ukoll fid-dikjarazzjoni konġunta tal-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tas-Sħubija tal-Lvant tat-23 ta’ Lulju 2012, li għamlet referenza għall-Pjan Direzzjonali li jikkostitwixxi bażi għall-gwida tal-monitoraġġ u l-implimentazzjoni ulterjuri tas-Sħubija tal-Lvant.

4. L-UE hi lesta tipprovdi appoġġ u parir lill-amministrazzjoni l-ġdida, u tkompli djalogu tekniku, bil-għan li tiżgura l-kontinwità u jinżamm il-momentum fin-negozjati ta’ Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, inkluża Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva, u f’miżuri li ttieħdu fil-kuntest tad-djalogu li għadu għaddej dwar il-viża. Il-Kunsill jenfasizza l-impenn tiegħu għal appoġġ tal-UE għar-riformi internai meħtieġa mill-Ġeorġja f’dawn l-oqsma. Il-Kunsill jistenna bil-ħerqa ż-żjara mill-Prim Ministru l-ġdid mill-iktar fis possibbli.

5. Il-Kunsill jenfasizza l-importanza kritika kemm ta’ oppożizzjoni parlamentari effettiva kif ukoll ta’ soċjetà ċivili vibranti għal żvilupp demokratiku, u jtenni l-intenzjoni tiegħu li jkompli jappoġġja t-tisħiħ tal-kapaċitajiet f’dawn l-oqsma.

6. Il-Kunsill itenni l-appoġġ sod tiegħu għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ġeorġja fil-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment. L-UE tistenna bil-ħerqa l-involviment kontinwu mill-Ġeorġja fid-Diskussjonijiet Internazzjonali ta’ Ġinevra, u t-twettiq mill-Ġeorġja ta’ politika effettiva għall-involvimet mar-reġjuni li jinqatgħu għalihom. L-UE tikkonferma mill-ġdid l-impenn tagħha li tibqa’ impenjata u involuta fl-istabbilizzazzjoni u fl-isforzi għas-soluzzjoni tal-kunflitti fil-Ġeorġja, inkluż billi tkompli l-involviment tagħha bħala kopresident fid-Diskussjonijiet ta' Ġinevra, l-isforzi tar-RSUE, u l-preżenza kontinwa fil-post tal-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-UE (EUMM). Il-Kunsill jappella lill-Ġeorġja biex tkompli tappoġġja r-ritorn ta’ Missjoni tal-OSKE fil-Ġeorġja."

Tħejjija tal-qafas ta' wara l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju/2015 - segwitu ta' Rio+20

Il-ministri tal-iżvilupp iddiskutew liema prinċipji għandhom jirfdu approċċ komprensiv tal-UE għall-aġenda tal-iżvilupp ta' wara l-2015 u s-segwitu ta' Rio+20. Huma ttrattaw diversi kwistjonijiet, inkluż dwar kif jipparteċipaw fl-aġenda futura għall-iżvilupp waqt li jitqiesu t-tagħlimiet miksuba mill-qafas tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDGs). Diversi ministri saħqu b'mod partikolari fuq l-importanza li l-aġenda futura għall-iżvilupp tibqa' tiffoka prinċipalment fuq il-qirda tal-faqar, waqt li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet possibbli fil-qafas eżistenti tal-MDGs, bħal ma huma d-drittijiet tal-bniedem, il-governanza, id-dover ta' rendikont, it-tkabbir sostenibbli kif ukoll il-fraġilità u s-sitwazzjonijiet ta' konflitt jew ta' wara konflitt.

Il-ministri skambjaw ukoll fehmiet dwar għanijiet għall-iżvilupp sostenibbli futuri fl-aġenda għall-iżvilupp ta' wara l-2015. Diversi ministri esprimew ukoll il-fehmiet tagħhom dwar kif l-UE tista' tippromwovi approċċ integrat għall-finanzjament u mezzi oħra ta' implimentazzjoni, inkluż permezz ta' sħubiji pubbliċi-privati.

Bosta ministri rreferew ukoll għall-importanza ta' qbil dwar pożizzjoni komuni tal-UE dwar l-aġenda tal-iżvilupp ta' wara l-2015 u s-segwitu għal Rio+20. Ser tkun essenzjali wkoll il-komunikazzjoni ma' pajjiżi sħab strateġiċi f'negozjati internazzjonali rilevanti.

Dan id-dibattitu ser jgħin fit-tħejjija ta' komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-aġenda tal-iżvilupp ta' wara l-2015. Il-komunikazzjoni mistennija kmieni f'Jannar 2013 u ser tkun il-bażi ta' diskussjonijiet sussegwenti.

Appoġġ tal-UE għal bidla sostenibbli f’soċjetajiet fi transizzjoni

Il-ministri tal-iżvilupp iddiskutew l-aħjar mod kif jingħata appoġġ għal bidla sostenibbli f'pajjiżi li għaddejjin minn riformi politiċi, soċjali u ekonomiċi kbar - l-hekk imsejħa pajjiżi fi transizzjoni, fuq il-bażi tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni (14662/12).

Il-ministri ddiskutew il-modi kif jittieħed vantaġġ sħiħ mill-esperjenza u l-kompetenza rikka dwar it-transizzjoni li għandhom l-Istati Membri tal-UE stess, inkluż permezz ta' użu aktar mifrux tal-bażi tad-data online tal-European transition compendium.

Diversi ministri insistew dwar l-importanza tar-responsabilizzazzjoni tal-pajjiżi biex ikun żgurat is-suċċess tal-proċessi ta' transizzjoni. Ir-reazzjoni tal-UE għandha tkun ibbażata fuq il-bżonnijiet tal-pajjiżi u tiġi adattata għal kull sitwazzjoni. L-UE għandha wkoll tidentifika inċentivi biex tappoġġa r-riformi b'mod effettiv, fuq il-bażi tal-prinċipju "aktar għal aktar" (aktar appoġġ għal riformi ikbar u aktar rapidi).

Dan id-dibattitu ser jgħin fit-tħejjija tal-konklużjonijiet tal-Kunsill li ser jistabbilixxu l-approċċ tal-UE għall-appoġġ għal bidla sostenibbli fil-pajjiżi fi transizzjoni f'laqgħa tal-Kunsill li ssir aktar tard.

L-approċċ tal-UE għar-reżiljenza

Il-ministri tal-iżvilupp iddiskutew metodi kif tiġi ttrattata l-vulnerabbiltà kronika u tinbena reżiljenza għal kriżijiet fuq il-bażi tal-komunikazzjoni konġunta "L-approċċ tal-UE għar-reżiljenza: nitgħallmu mill-kriżijiet tas-sigurtà tal-ikel" (14616/12).

Il-ministri skambjaw fehmiet dwar kif titjieb l-effettività tal-appoġġ tal-UE għat-tnaqqis tal-vulnerabbiltà f'pajjiżi b'nuqqas ta' sigurtà tal-ikel u suxxettibbli għad-diżastri. Huma ssottolinjaw l-importanza tal-inklużjoni tar-reżiljenza bħala għan ċentrali tal-għajnuna esterna tal-UE, fil-pjattaforma tal-għajnuna umanitarja u għall-iżvilupp.

Dan id-dibattitu ser jgħin fit-tħejjija tal-konklużjonijiet tal-Kunsill li ser ifasslu l-approċċ tal-UE għar-reżiljenza.

* * *

Il-Kunsill adotta dikjarazzjoni dwar l-għoti tal-Premju Nobel għall-Paċi lill-UE.

PUNTI OĦRA APPROVATI

AFFARIJIET BARRANIN

Ftehim ta' parteċipazzjoni mal-Kosovo

Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati għal ftehim qafas mal-Kosovo* dwar il-parteċipazzjoni tiegħu fi programmi tal-Unjoni u adotta direttivi ta' negozjar.

Il-Bosnja-Ħerzegovina

Il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet li ġejjin:

"Il-Kunsill itenni l-appoġġ ċar tiegħu għall-perspettiva dwar l-UE tal-Bosnja-Ħerzegovina bħala pajjiż sovran u magħqud li jgawdi integrità territorjali sħiħa. Huwa jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu għall-Konklużjonijiet ta' Marzu 2011, Ottubru 2011, Diċembru 2011 u Ġunju 2012. Il-Kunsill jilqa' r-rikonfigurazzjoni tal-Operazzjoni Althea, li tlestiet sal-1 ta' Settembru 2012, b'numru mnaqqas ta' forzi bbażati fil-Bosnja-Ħerzegovina jikkonċentraw b'suċċess fuq il-bini ta' kapaċità u t-taħriġ waqt li jżommu l-ħila li jikkontribwixxu għall-kapaċità ta' deterrenza tal-awtoritajiet tal-Bosnja-Ħerzegovina jekk is-sitwazzjoni titlob dan. Huwa jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni politika attwali fil-Bosnja-Ħerzegovina, iżda jirrikonoxxi li l-atmosfera ta' sigurtà baqgħet kalma u stabbli, u jinnota li l-awtoritajiet tal-Bosnja-Ħerzegovina s'issa wrew li kienu kapaċi jiffaċċjaw it-theddid fuq l-ambjent sigur u mingħajr periklu. F'dan il-kuntest, bħala parti mill-istrateġija ġenerali tal-UE għall-Bosnja-Ħerzegovina, il-Kunsill jikkonferma li f'dan l-istadju l-UE tinsab lesta li tkompli bi rwol militari eżekuttiv biex tappoġġa l-isforzi tal-Bosnja-Ħerzegovina biex iżżomm l-ambjent sigur u mingħajr periklu, skont mandat imġedded tan-NU."

Ħatriet f'korpi tan-Nazzjonijiet Uniti

Il-Kunsill adotta linji gwida riveduti dwar il-kriterji għall-proċeduri tal-għażla fl-organizzazzjonijiet tas-sistema tan-NU, il-koordinazzjoni tal-applikazzjonijiet mill-UE u l-appoġġ għal kandidati minn pajjiżi terzi.

L-Eritrea - miżuri restrittivi

Il-Kunsill implimenta bidliet fir-reġim tas-sanzjonijiet tan-NU kontra l-Eritrea fil-liġi tal-UE. Għaldaqstant, eżenta l-ħwejjeġ protettivi għall-użu tal-persunal tan-NU u l-provvisti ta' tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju mill-embargo eżistenti fuq l-armi kontra l-Eritrea.

Is-Somalja - miżuri restrittivi

Wara l-bidliet deċiżi fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, il-Kunsill emenda l-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja. Huwa żied żewġ persuni fil-lista ta' dawk affettwati minn projbizzjoni ta' dħul fl-UE u ffriżar tal-assi u li ma jistgħux jixtru armi u tagħmir militari fl-UE. Fl-istess ħin, huwa eżenta l-armi intenzjonati għall-użu tal-uffiċċju politiku tan-NU għas-Somalja mill-embargo eżistenti fuq l-armi kontra s-Somalja.

Relazzjonijiet mal-Libanu

Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tal-UE għas-sitt laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mal-Libanu, li ser issir fis-17 ta' Ottubru fi Brussell.

KOOPERAZZJONI GĦALL-IŻVILUPP

L-involviment tal-Ewropa mas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet esterni

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar "L-għeruq tad-demokrazija u żvilupp sostenibbli: l-involviment tal-Ewropa mas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet esterni" (14451/12), li jistabbilixxu politika mġedda tal-UE b'appoġġ għas-soċjetà ċivili, li tiffoka fuq sħubijiet għal żmien fit-tul mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili minn pajjiżi sħab. Il-Kunsill jagħraf b'mod partikolari r-rwol kruċjali ta' soċjetà ċivili setgħana bħala vantaġġ għal kwalunkwe demokrazija u bħala element ewlieni li jikkontribwixxi għal politiki aktar effettivi, żvilupp ekwu u tkabbir inklużiv.

Il-protezzjoni soċjali fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-protezzjoni soċjali fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea (14444/12). Il-Kunsill jagħraf b'mod partikolari r-rwol tal-politika għall-protezzjoni soċjali li tittrasforma billi trawwem l-ekwità, tippromwovi l-inklużjoni soċjali u d-djalogu mas-sħab soċjali. Il-konklużjonijiet tiegħu jipprovdu prinċipji gwida għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp futura tal-UE fil-qasam tal-protezzjoni soċjali, fuq il-bażi ta' approċċ differenzjat, li jieħu kont tal-bżonnijiet, il-prijoritajiet u l-kapaċitajiet tal-pajjiżi sħab, u bil-għan li jappoġġaw l-iżvilupp ta' politika u programmi ta' protezzjoni soċjali inklużivi u li jappartjenu għall-pajjiżi.

Finanzjament għall-iżvilupp

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar finanzjament għall-iżvilupp (14272/12), li b'mod partikolari jikkonfermaw l-impenji tal-UE u l-Istati Membri tagħha f'dan il-qasam, kif ukoll l-approċċ komprensiv tagħhom dwar l-appoġġ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-mobilizzazzjoni tal-finanzjament mill-għejun kollha disponibbli sabiex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju sal-2015.

Rapport Annwali tal-2012 dwar il-politiki tal-UE dwar l-iżvilupp u l-għajnuna esterna fl-2011

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar ir-rapport annwali tal-2012 dwar il-politiki tal-Unjoni Ewropea dwar l-iżvilupp u l-għajnuna esterna u l-implimentazzjoni tagħhom fl-2011 (13107/12).

Fond għall-Paċi fl-Afrika: approvazzjoni tat-talbiet tal-Unjoni Afrikana

Il-Kunsill qabel li l-UE għandha tapprova t-talba mill-Unjoni Afrikana għar-rikostituzzjoni tal-Fond għall-Paċi fl-Afrika (FPA) bir-riallokazzjoni ta' EUR 100 miljun mir-riżervi ġenerali tal-Għaxar fond Ewropew għall-iżvilupp lill-pakkett ta' operazzjonijiet ta' appoġġ għall-paċi tal-FPA. Din ser tkun il-pożizzjoni tal-UE fil-kumitat tal-ambaxxaturi AKP-UE. Għal aktar tagħrif, ara 13933/1/12.

ĠUSTIZZJA U AFFARIJIET INTERNI

Ftehim ta' faċilitazzjoni tal-viża mal-Kap Verde

Il-Kunsill adotta deċiżjoni dwar l-iffirmar tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi għal żjarat qosra għal ċittadini tar-Repubblika tal-Kap Verde u tal-Unjoni Ewropea (14202/12), fuq il-bażi ta' reċiproċità u għal żjara intenzjonata ta' mhux aktar minn 90 jum għal kull perijodu ta' 180 jum (14203/12).

Ftehimiet dwar faċilitazzjoni tal-viża ġeneralment jimxu id f'id ma' ftehimiet dwar ir-riammissjoni bejn l-UE u pajjiżi terzi. Il-ftehim dwar ir-riammissjoni mal-Kap Verde mistenni jiġi ffirmat kmieni fl-2013, u ż-żewġ ftehimiet ser jidħlu fis-seħħ fl-istess ġurnata, wisq probabbli qabel is-sajf tal-2013.

Il-ftehim dwar il-faċilitazzjoni tal-viża ser jintbagħat lill-Parlament Ewropew bil-għan li jinkiseb il-kunsens tiegħu qabel ikun jista' jiġi konkluż. Ir-Renju Unit, l-Irlanda u d-Danimarka mhumiex marbuta bil-ftehim.

PROĊEDURA BIL-MIKTUB

Aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Kunsill

Fid-9 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill Ewropew adotta, permezz tal-proċedura bil-miktub, it-tweġiba għall-applikazzjoni konfermatorja 19/c/01/12 (EUCO 181/12).

* :

Din id-denominazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/99 u l-Opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website