Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

KUNSILL EWROPEW
IL-PRESIDENT

MT

Brussell, 26 ta' Jannar 2012

(OR. en)

EUCO 11/12

PRESSE 23

PR PCE 8

Ittra ta' Stedina mill-President Van Rompuy
għall-Kunsill Informali Ewropew

Għandi l-pjaċir nistiednek għal-laqgħa informali tal-membri tal-Kunsill Ewropew fit-30 ta' Jannar 2012 fi Brussell.

L-ewwel ser ikollna skambju ta' fehmiet mal-President il-ġdid tal-Parlament Ewropew biex nagħtu ħarsa lejn il-punti prinċipali li għandna niddiskutu aktar tard fil-laqgħa tal-membri tal-KE.

Fis-sitwazzjoni ekonomika attwali, għandna nkomplu bl-isforzi tagħna biex niżguraw stabbiltà finanzjarja u konsolidazzjoni fiskali: dan huwa meħtieġ fih innifisu, iżda huwa wkoll kundizzjoni meħtieġa biex nerġgħu lura għal tkabbir ekonomiku strutturali. Fl-istess ħin, jeħtieġ li nieħdu miżuri attivi biex intejbu t-tkabbir u l-kompetittività u fuq kollox noħolqu x-xogħol. Filwaqt li l-laqgħa tagħna ta' Marzu ser tipprovdi gwida usa' għall-politiki ekonomiċi u dwar l-impjiegi tal-Istati Membri, irrid li din id-darba niffukaw fuq azzjoni immedjata li għandha tittieħed fl-oqsma speċifiċi tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, is-Suq Uniku u l-SMEs. Għal dan il-għan iċċirkulajt abbozz ta' dikjarazzjoni li għandu jgħin fl-istrutturar tad-diskussjoni tagħna u l-komunikazzjoni tal-eżitu tagħha.

Jiena tal-idea li jkollna dibattitu interattiv li jippermettilna naqsmu esperjenzi dwar il-modi differenti kif nippromwovu x-xogħol u t-tkabbir. Għalhekk, wara introduzzjoni ġenerali minn José Manuel Barroso dwar kif l-UE tista' tappoġġa l-azzjoni tal-Istati Membri, b'mod partikolari rigward il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-appoġġ għall-SMEs, u minn Helle Thorning-Schmidt, dwar il-miżuri li l-Kunsill għandu jaqbel dwarhom malajr, jiena ser nitlob lil numru ta' kelliema ewlenin biex jintroduċu t-tliet oqsma tad-diskussjoni tagħna (il-qgħad fost iż-żgħażagħ; is-Suq Uniku; u l-finanzjament tal-SMEs).

Aħna ser nużaw ukoll din l-opportunità biex napprovaw it-Trattat dwar il-MES u biex nirreġistraw ftehim dwar it-trattat il-ġdid dwar l-istabbiltà u l-konverġenza fiż-żona tal-euro. Permezz taż-żewġ trattati, ser insaħħu aktar l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħna biex niżguraw il-konsolidazzjoni u l-iżvilupp taż-żona tal-euro kollha kemm hi.


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site