Navigation path

Left navigation

Additional tools

 

 

 

KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA

 

MT

 

16585/08 (Presse 355)

(OR. fr)

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

2912 laqgħa tal-Kunsill

Ambjent

Brussell, 9 ta’ Jannar 2009

President               M. Jean-Louis BORLOO
Ekoloġija, l-Enerġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Ippjanar tal-Ibliet u tal-Irħula ta' Franza
Is-Sinjura Nathalie KOSCIUSKO-MORIZET

Segretarju tal-Istat inkarigata mill-Ekoloġija ta' Franza

 


 

Riżultati Prinċipali tal-Kunsill

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar organiżmi ġenetikament modifikati.

Il-Ministri ddiskutew il-pakkett leġislattiv enerġija-klima matul l-ikla informali

 


WERREJ 1

PARTEĊIPANTI................................................................................................................................. 5

PUNTI LI ĠEW DISKUSSI

L-ISFIDI GLOBALI TAL-MERKURJU - Konklużjonijiet tal-Kunsill.................................................... 7

IL-PREVENZJONI U L-KONTROLL INTEGRATAI TAT-TNIĠĠIS .............................................. 11

PJAN TA' AZZJONI DWAR IL-KONSUM U L-PRODUZZJONI SOSTENIBBLI U L-POLITIKA INDUSTRIJALI SOSTENIBBLI - Konklużjonijiet tal-Kunsill.............................................................. 11

PAKKETT LEĠISLATTIV DWAR IT-TIBDIL FIL-KLIMA ............................................................. 12

ID-DEFORESTAZZJONI U D-DEGRADAZZJONI TAL-FORESTI SABIEX JIĠU AFFRONTATI T-TIBDIL FIL-KLIMA U T-TELF TAL-BIJODIVERSITÀ - Konklużjonijiet tal-Kunsill...................................... 12

ORGANIŻMI ĠENETIKAMENT MODIFIKATI (OĠM) - Konklużjonijiet tal-Kunsill....................... 12

AFFARIJIET OĦRA........................................................................................................................... 13

PUNTI OĦRAJN LI ĠEW APPROVATI

AMBJENT

               Mediterran - Konvenzjoni dwar il-protezzjoni taż-żoni kostali.......................................................................................... 15

AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI

               Standards internazzjonali tar-rappurtar finanzjajru.............................................................................................................. 16

               Informazzjoni finanzjarja fi prospetti u reklami..................................................................................................................... 16

SAJD

               Il-Baħar l-Iswed - il-Barbun Imperjali..................................................................................................................................... 16

STATISTIKA

               Postijiet vakanti tax-xogħol fl-UE........................................................................................................................................... 17

TRASPARENZA

               Aċċess pubbliku għal dokumenti.......................................................................................................................................... 17

ĦATRA

                Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew................................................................................................................................. 18


PARTEĊIPANTI

Il-Gvernijiet ta' l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea kienu rappreżentati kif ġej:

Belġju:

Is-Sinjura Evelyne HUYTEBROECK                                                           Ministru tal-Gvern Reġjonali Kapitali ta' Brussell, b'responsabbiltà għall-Politika tal-Ambjent, l-Enerġija u l-Ilma

Bulgarija:

Is-Sur Chavdar GEORGIEV                                                                          Deputat Ministru tal-Ambjent u l-Ilma

Repubblika Ċeka:

Is-Sur Martin BURSÍK                                                                                  Deputat Prim Ministru, Ministru tal-Ambjent

Danimarka:

Is-Sur Troels Lund POULSEN                                                                      Ministru tal-Ambjent

Is-Sinjura Connie HEDEGAARD                                                                  Ministru tal-Klima u l-Enerġija

Ġermanja:

Is-Sur Matthias MACHNIG                                                                         Segretarju tal-Istat tal-Ambjent, il-Ħarsien tan-Natura u s-Sigurtà tar-Reatturi

Estonja:

Is-Sur Jaanus TAMKIVI                                                                               Ministru tal-Ambjent

Irlanda:

Is-Sur John GORMLEY                                                                                Ministru tal-Ambjent, il-Wirt Kulturali u l-Gvern Lokali

Greċja:

Is-Sur Stavros KALOGIANNIS                                                                    Segretarju tal-Istat għall-Ambjent, l-Ippjanar Reġjonali u x-Xogħlijiet Pubbliċi

Spanja:

Is-Sinjura Elena ESPINOSA MANGANA                                                    Ministru tal-Ambjent u l-Ambjent Rurali u tal-Baħar

Is-Sinjura Francisco Martin GALLEGO                                                        Ministru tal-Ambjent tal-Komunità Awtonoma ta' Cantabria

Franza:

Is-Sur Jean-Louis BORLOO                                                                          Ministru tal-Istat, Ministru tal-Ekoloġija, l-Enerġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Ippjanar tal-Bliet u l-Irħula

Is-Sinjura Nathalie KOSCIUSKO-MORIZET                                              Ministru tal-Istat għall-Ministru Ministru tal-Ekoloġija, l-Enerġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Ippjanar tal-Bliet u l-Irħula, b'responsabbiltà għall-Ekoloġija

Italja:

Is-Sinjura Stefania PRESTIGIACOMO                                                        Ministru tal-Ambjent u l-Ħarsien tal-Art u l-Baħar

Ċipru:

Is-Sur Michalis POLYNIKI CHARALAMBIDES                                       Ministru tal-Agrikoltura, ir-Riżorsi Naturali u l-Ambjent

Latvja:

Is-Sur Raimonds VÉJONIS                                                                            Ministru tal-Ambjent

Litwanja:

Is-Sur Artūras PAULAUSKAS                                                                     Ministru tal-Ambjent

Lussemburgu:

Is-Sur Lucien LUX                                                                                         Ministru tal-Ambjent, Ministru tat-Trasport

Ungerija:

Is-Sur Lajos OLÁH                                                                                        Segretarju tal-Istat, Ministeru tal-Ambjent u l-Ġestjoni tal-Ilma

Malta:

Is-Sur George PULLICINO                                                                           Ministru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali

Olanda:

Is-Sinjura Jacqueline CRAMER                                                                     Ministru tad-Djar, l-Ippjanar Territorjali u l-Ambjent

Awstrija:

Is-Sur Nikolaus BERLAKOVICH                                                                 Ministru Federali tal-Agrikoltura, il-Forestrija, l-Ambjent u l-Ġestjoni tal-Ilma

Polonja:

Is-Sur Stanislaw GAWŁOWSKI                                                                    Segretarju tal-Istat, Ministeru tal-Ambjent

Portugall:

Is-Sur Francisco NUNES CORREIA                                                             Ministru tal-Ambjent, l-Ippjanar Reġjonali u l-Iżvilupp Reġjonali

Rumanija:

Is-Sur Silviu STOICA                                                                                    Segretarju tal-Istat, Ministeru tal-Ambjent u l-Iżvilupp Sostenibbli

Slovenja:

Is-Sur Karl Viktor ERJAVEC                                                                        Ministru tal-Ambjent

Slovakkja:

Is-Sur Ján CHRBET                                                                                       Ministru tal-Ambjent

Finlandja:

Is-Sinjura Paula LEHTOMÄKI                                                                     Ministru tal-Ambjent

Svezja:

Is-Sur Andreas CARLGREN                                                                         Ministru tal-Ambjent

Renju Unit:

Is-Sur Ed MILIBAND                                                                                   Ministru tal-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima

Is-Sur Hilary BENN                                                                                       Ministru tal-Istat tal-Ambjent, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali u

                                                                                                                        Ministru tal-Istat tal-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima

 

Kummissjoni:

Is-Sur Stavros DIMAS                                                                                   Membru


PUNTI LI ĠEW DISKUSSI

L-ISFIDI GLOBALI TAL-MERKURJU - Konklużjonijiet tal-Kunsill

Il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet li ġejjin:

"IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA:

1.           ITENNI li l-merkurju huwa rikonoxxut bħala persistenti, tossiku, bijoakkumulattiv u li għandu karatteristiċi għal ġarr fit-tul; JAFFERMA l-impenn tiegħu għall-objettiv ġenerali għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mir-rilaxx tal-merkurju u l-komponenti tiegħu billi jiġu minimizzati u, fejn fattibbli, jiġu eliminati fl-aħħar mill-aħħar ir-rilaxxi antropoġeniċi globali tal-merkurju fl-arja, fl-ilma u fuq l-art.

2.           IFAKKAR li l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2005 qiesu bħala essenzjali li jitkomplew u jiġu intensifikati l-isforzi internazzjonali biex jitnaqqsu fuq skala globali l-emissjonijiet tal-merkurju u l-espożizzjoni għalih bil-ħsieb li jintlaħaq trażżin gradwali globali tal-produzzjoni primarja, li l-eċċessi ma jitħallewx jerġgħu jidħlu fis-suq, kif ukoll li jitrażżnu gradwalment l-użu u l-kummerċ tiegħu, waqt li titqies id-disponibbiltà ta' alternattivi.

3.           JISSOTTOLINJA l-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Komunitarja Rigward il-Merkurju mill-2005, partikolarment l-adozzjoni ta' atti leġislattivi ddedikati esklussivament għall-merkurju, bħad-Direttiva tal-2007 rigward ir-restrizzjonijiet dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' ċertu tagħmir ta' kejl li fih il-merkurju u r-Regolament dwar il-projbizzjoni ta' esportazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea u l-ħżin sikur tal-merkurju minn Marzu 2011, li ġie adottat din is-sena. Ir-Regolament jipprevedi li l-merkurju metalliku għandu jkun maħżun b'mod sikur fl-UE f'faċilitajiet li jiggarantixxu livell għoli ta' sikurezza;


4.           JAPPOĠĠA d-Deċiżjonijiet 22/4, 23/9 u 24/3 tal-Kunsill ta' Tmexxija tal-UNEP u jikkonferma li hija meħtieġa aktar azzjoni internazzjonali għall-perijodu fit-tul biex jitnaqqsu r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ikkawżati mill-merkurju.

5.           JILQA' l-ħidma tal-Grupp ta' Ħidma Miftuħ Ad hoc tal-UNEP fir-reviżjoni u l-valutazzjoni tal-għażliet għal miżuri volontarji mtejbin u strumenti legali internazzjonali ġodda jew eżistenti; u JENDORSJA l-eżitu tal-Grupp ta' Ħidma, li jipproponi qafas komprensiv li jindirizza l-isfidi globali maħluqin mill-merkurju.

6.           JIKKUNSIDRA li ftehim ambjentali multilaterali huwa l-aktar strument adatt li għandu, fost l-oħrajn, juri appartenenza mifruxa tal-objettiv ġenerali; ikopri l-impenji u l-azzjonijiet politiċi għall-perijodu fit-tul li jeħtieġ li jiġu ttrattati b'modi multipli biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni b'suċċess li tinvolvi gvernijiet, organizzazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika, organizzazzjonijiet intergovernattivi u non-governattivi u l-partijiet interessati l-oħrajn; jipprovdi awtorità leġislattiva; ikopri b'mod flessibbli l-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-merkurju mill-produzzjoni u l-użi sar-rilaxx (intenzjonat u mhux intenzjonat), il-ħażniet u l-iskart; joħloq ambjent ekwu għall-partijiet interessati kollha u b'hekk jiġu stabbiliti inċentivi għall-soluzzjonijiet favorevoli għall-ambjent; jippermetti li pajjiżi jimplimentaw miżuri relatati mal-kummerċ tal-merkurji b'mod trasparenti, miftiehem multilateralment u non-diskriminatorju; fl-aħħar nett, l-esperjenza rigward ftehim ambjentali multilaterali (MEA) preċedenti turi li l-MEA jipprovdu appoġġ finanzjarju u tekniku dejjiemi lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw abbażi ta' approċċ miftiehem komunament.

7.           JIKKUNSIDRA li għandu jiġi inkluż strument ġdid dwar il-merkurju fil-proċess ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni bejn il-Konvenzjoni ta' Basel dwar il-Moviment Transkonfini ta' Skart Perikoluż u r-Rimi tiegħu, il-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar il-Pollutanti Persistenti Organiċi (POPs) u l-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura tal-Kunsens Informat minn Qabel għal xi sustanzi Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali (PIC), sabiex isir kontribut għal sinerġiji dejjiema fil-qasam tal-kimiċi u l-iskart.


8.           JAQBEL li l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom jistinkaw għal deċiżjoni sustantiva tal-25 Kunsill ta' Tmexxija tal-UNEP li tniedi l-iżvilupp fil-pront ta' ftehim ambjentali multilaterali, globali indipendenti li jkopri l-merkurju.

9.           JAQBEL li, fil-proċess li jwassal għal tali ftehim ambjentali multilaterali, għandu jiġi elaborat mekkaniżmu li għandu jippermetti li l-ftehim ikopri sustanzi addizzjonali, bħal pereżempju sustanzi inorganiċi, ladarba dawn ikunu ġew rikonoxxuti li huma ta' tħassib globali.

10.         JENFASIZZA li tali ftehim ambjentali multilaterali komprensiv għandu jikkunsidra ċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-merkurju u jinkludi firxa wiesgħa ta' elementi li jirrappreżentaw impenji u azzjonijiet speċifiċi biex jitwettaq l-objettiv ġenerali. JAFFERMA l-appoġġ tiegħu għal struttura ta' ftehim ambjentali multilaterali li tista' tinkludi azzjonijiet għal:

               tnaqqis tal-provvista tal-merkurju;

               tnaqqis tad-domanda għall-merkurju fi prodotti u proċessi;

               tnaqqis tal-kummerċ internazzjonali tal-merkurju;

               tnaqqis tal-emissjonijiet atmosferiċi tal-merkurju;

               kisba ta' ġestjoni ambjentalment soda ta' skart li fih il-merkurju;

               sejba ta' soluzzjonijiet ambjentalment sodi ta' ħżin għall-merkurju;

               indirizzar tar-rimedjazzjoni ta' siti eżistenti kontaminati;

               żieda tal-konoxxenza.


11.         JIKKUNSIDRA li tali ftehim ambjentali multilaterali għandu jinkludi livelli differenti ta' obbligi fir-rigward tal-azzjonijiet speċifiċi biex jiġu indirizzati l-isfidi globali maħluqin mill-merkurju.

12.         JIRRIKONOXXI li l-obbligi legali jeħtieġu assistenza teknika, finanzjarja u fil-bini ta' kapaċità biex jiġu implimentati b'suċċess mill-Partijiet kollha, u JIKKUNSIDRA li l-Faċilità Globali għall-Ambjent (GEF) għandha tintuża għall-finanzjament tal-bini ta' kapaċità u l-proġetti relatati mal-merkurju, soġġetti għall-mandat tal-GEF.

13.         JIFHEM li l-isfidi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-pajjiżi, bħall-importanza li jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet tagħhom li qed jikbru għall-enerġija, l-isfida tal-ħżin tal-merkurju ambjentalment sod għall-perijodu fit-tul u dak medju, u l-importanza tal-konoxxenza u l-ġbir ta' informazzjoni fl-implimentazzjoni ta' ftehim ambjentali multilaterali.

14.         JILQA' l-ħidma li saret u JĦEĠĠEĠ it-tisħiħ tal-Programm tal-UNEP dwar il-Merkurju u s-Sħubija Globali dwar il-Merkurju bħala mezzi għal azzjoni immedjata u modi li b'mod utli, tiġi kkomplementata, issir tħejjija għal jew jingħata kontribut għall-implimentazzjoni ta' ftehim ambjentali multilaterali."


IL-PREVENZJONI U L-KONTROLL INTEGRATAI TAT-TNIĠĠIS

Il-Presidenza infurmat lill-Kunsill bil-progress dwar id-Direttiva dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis, li f'Diċembru 2007 l-Kummissjoni kienet ipproponiet li tifformula mill-ġdid (5088/08). Ir-rapport tal-Presidenza huwa mniżżel fi 16164/08.

Għalkemm id-delegazzjonijiet laqgħu l-proposta tal-Kummissjoni bħala simplifikazzjoni tal-leġislazzjoni eżistenti, għad hemm ħafna dubji dwarha, partikolarment fir-rigward tal-impjanti ta' kombustjoni l-kbar. Il-proċedimenti ser ikomplu taħt il-Presidenza Ċeka.

PJAN TA' AZZJONI DWAR IL-KONSUM U L-PRODUZZJONI SOSTENIBBLI U L-POLITIKA INDUSTRIJALI SOSTENIBBLI - Konklużjonijiet tal-Kunsill

Wara li kienu diskussi l-miżuri prijoritarji li għandhom jittieħdu fil-qafas tal-Pjan ta' Azzjoni, il-kompattibbiltà tal-istili ta' ħajja fl-UE mal-iżvilupp sostenibbli u l-possibbiltà ta' indikazzjoni tal-kontenut tal-karbonju fuq il-prodotti, il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet li ġejjin: Huma jidhru fid-dokument 16914/08.


PAKKETT LEĠISLATTIV DWAR IT-TIBDIL FIL-KLIMA

Il-Ministri tal-Ambjent iddiskutew il-pakkett waqt l-ikla informali. [1]

Fid-dawl tan-negozjati interistituzzjonali u t-tħejjija għall-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta' Diċembru, huma kienu ddeterminati li jirriżolvu l-aħħar kwistjonijiet pendenti sabiex b'mod rapidu jintlaħaq f'solidarjetà ftehim ambizzjuż u bbilanċjat dwar il-pakkett sħiħ, b'hekk l-UE tkun tista' żżomm b'mod internazzjonali r-rwol tagħha ta' gwida fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

ID-DEFORESTAZZJONI U D-DEGRADAZZJONI TAL-FORESTI SABIEX JIĠU AFFRONTATI T-TIBDIL FIL-KLIMA U T-TELF TAL-BIJODIVERSITÀ - Konklużjonijiet tal-Kunsill

Il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet li jidhru fid-dokument 16852/08 .

ORGANIŻMI ĠENETIKAMENT MODIFIKATI (OĠM) - Konklużjonijiet tal-Kunsill

Il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet li jidhru fid-dokument 16882/08 .


AFFARIJIET OĦRA

Il-Kunsill ħa nota tal-informazzjoni dwar il-punti li ġejjin

Żarmar ta' bastimenti

Il-Kummissjoni ppreżentat nota ta' sfond (16689/08) ibbażata fuq il-komunikazzjoni tagħha bit-titolu "Strateġija tal-UE għal żarmar aħjar tal-bastimenti" (16220/08).

Maniġġar tal-"bijo-skart"

Il-Kummissjoni infurmat lid-delegazzjonijiet dwar il-Green Paper tagħha dwar il-maniġġar tal-"bijo-skart" fl-Unjoni Ewropea (16817/08).

Speċi invażivi

Il-Kummissjoni ppreżentat nota ta' sfond dwar il-komunikazzjoni tagħha bit-titolu "Lejn Strateġija tal-UE dwar speċi invażivi" (16814/08).

L-Unjoni Ewropea u r-reġjun Artiku

Il-Kummissjoni ppreżentat nota ta' sfond (16679/08) dwar il-komunikazzjoni tagħha rigward l-Unjoni Ewropea u r-reġjun Artiku (16299/08). Il-Presidenza laqgħet l-eżitu ta' konferenza dwar is-suġġett li saret f'Monako fit-8 u d-9 ta' Novembru.

L-implimentazzjoni tal-Liġi Ambjentali tal-Komunità Ewropea

Il-Kummissjoni pprovdiet nota ta' sfond (16690/08) dwar il-komunikazzjoni tagħha rigward l-implimentazzjoni tal-Liġi Ambjentali tal-Komunità Ewropea (16222/08), u ppreżentatha lill-Kunsill.


Skart: it-tnaqqis fid-domanda għal materjali riċiklati

Id-delegazzjoni Irlandiża tkellmet abbażi tan-nota tagħha dwar it-tnaqqis fid-domanda għal materjali riċiklati (16340/08). L-intervent kien appoġġat minn xi delegazzjonijiet. Fin-nota, l-Irlanda targumenta li l-miri Ewropej ta' riċiklaġġ jistgħu jkunu mhedda minħabba t-tnaqqis reċenti fid-domanda għal materjali riċiklati.

Konferenza Ewro-Mediterranja tal-Ministri tal-Ilma

Il-Presidenza infurmat lill-Kunsill dwar it-tħejjijiet għall-Konferenza tal-Ministri tal-Ilma mill-pajjiżi ta' madwar il-Mediterran, skedata għat-22 ta' Diċembru fil-Ġordan (16808/08).

Laqgħa UE-Afrika dwar il-klima

Il-Presidenza rrappurtat dwar l-eżitu tal-laqgħa fl-20 ta' Novembru 2008 f'Alġeri.

Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà

Il-Presidenza infurmat lill-Kunsill dwar il-programm tal-GMES, li jikkonċerna l-Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (16810/08). Il-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill dwar is-suġġett fit-2 ta' Diċembru huma mniżżlin fi 16722/08.


PUNTI OĦRAJN LI ĠEW APPROVATI

AMBJENT

Mediterran - Konvenzjoni dwar il-protezzjoni taż-żoni kostali

Il-Kunsill adotta Deċiżjoni li tawtorizza l-iffirmar ta' Protokoll fuq il-Ġestjoni Integrata taż-Żoni Kostali fil-Mediterran (Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran) (15311/08).

L-għan tal-Protokoll, li huwa parti mill-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran (magħrufa wkoll bħala l-Konvenzjoni ta' Barċellona), huwa li jipprovdi qafas biex jitħeġġeġ approċċ ikkonċertat li jinvolvi lill-operaturi pubbliċi u dawk privati inklużi s-soċjetà ċivili u l-operaturi ekonomiċi, bil-ħsieb li jitnaqqsu l-pressjoni ambjentali u d-degradazzjoni tar-riżorsi li qed isofru minnhom xi żoni kostali Mediterranji.

Il-protokoll ikopri firxa ta' miżuri li fl-implimentazzjoni tagħhom iridu jieħdu kont tal-karattru transkonfinali tal-biċċa l-kbira tal-problemi ambjentali.

Bħala parti firmatarja għall-Konvenzjoni ta' Barċellona l-UE hija obbligata li tippromwovi l-ġestjoni integrata taż-żoni kostali, b'kont meħud tal-protezzjoni taż-żoni ta' interess ekoloġiku u tal-pajsaġġ kif ukoll l-użu razzjonali tar-riżorsi naturali. L-awtoritajiet nazzjonali madankollu jibqgħu responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' ċerti miżuri dettaljati mniżżlin fil-Protokoll, bħall-istabbiliment ta' żoni fejn mhix permessa l-kostruzzjoni.

Fl-Unjoni Ewropea, l-istrument prinċipali li jippromwovi Ġestjoni Integrata taż-Żoni Kostali huwa l-Parlament Ewropew u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata taż-Żoni Kostali fl-Ewropa (Ġurnal Uffiċjali L148, 6.6.2002). Ir-Rakkomandazzjoni tħeġġeġ l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-ġestjoni integrata taż-żoni kostali fil-kuntest tal-konvenzjonijiet eżistenti ma' pajjiżi ġirien, inklużi Stati mhux Membri, li jinsabu madwar l-istess baħar reġjonali.

Ġestjoni Integrata taż-Żoni Kostali hija komponent wieħed tal-Politika Marittima Integrata tal-UE kif endorsjata mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2007.


AFFARIJIET EKONOMIĊI U FINANZJARJI

Standards internazzjonali tar-rappurtar finanzjajru

Il-Kunsill iddeċieda li ma jopponix l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' Deċiżjoni dwar l-użu min-naħa ta' emittenti ta' titoli ta' pajjiżi terzi, ta' standards nazzjonali tal-kontabbiltà ta' ċerti pajjiżi terzi u l-istandards internazzjonali tar-rappurtar finanzjajru biex iħejju r-rapporti finanzjarji konsolidati tagħhom. Skont dan l-att leġislattiv, ċerti standards nazzjonali u internazzjonali huma meqjusa bħala ekwivalenti għal standards internazzjonali tar-rappurtar finanzjajru fir-rigward tar-rapporti finanzjarji konsolidati tagħhom annwali u ta' nofs is-sena.

Informazzjoni finanzjarja fi prospetti u reklami

Il-Kunsill iddeċieda li ma jopponix l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' Regolament li jemenda d-dispożizzjonijiet Komunitarji eżistenti fir-rigward ta' ċerta informazzjoni finanzjarja storika li tinsab fi prospetti u reklami.

SAJD

Il-Baħar l-Iswed - il-Barbun Imperjali

Il-Kunsill adotta Regolament bil-ħsieb li jawtorizza, għall-2008, il-qbiż tal-kwota annwali għall-qbid tal-Barbun Imperjali fil-Baħar l-Iswed sa 10%, peress li s-sitwazzjoni tal-istokk attwali tal-istokk tal-Barbun Imperjali tippermetti din l-applikazzjoni. L-eċċess ser jitnaqqas mill-kwota tal-2009 (16508/08).

Ir-Regolament huwa fl-ambitu tal-qafas tal-ftehim politiku konkluż waqt il-Kunsill Sajd fis-27 ta' Ottubru 2008 dwar l-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar l-Iswed għall-2009.

Il-ftehim jipprevedi qabdiet totali permissibbli (TAC) fl-2009 ta' 100 tunnellata għall-Barbun Imperjali (Psetta maxima), maqsuma bejn il-Bulgarija u r-Rumanija.


STATISTIKA

Postijiet vakanti tax-xogħol fl-UE

Il-Kunsill iddeċieda li ma jopponix l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' Regolament implimentattiv dwar l-istatistika trimestrali dwar postijiet vakanti tax-xogħol fil-Komunità.

L-att leġislattiv il-ġdid jistabbilixxi d-definizzjoni ta' post vakanti tax-xogħol, id-dati ta' referenza għall-ġbir tad-data u l-ispeċifikazzjonijiet għat-trasmissjoni tad-data, u jistabbilixxi qafas għal serje ta' studji dwar il-fattibbiltà li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri.

TRASPARENZA

Aċċess pubbliku għal dokumenti

Il-Kunsill adotta:

-           it-tweġiba għall-applikazzjoni konfermatorja 18/c/01/08 magħmula mis-Sur Mark JOHNSTON; id-delegazzjoni Svediża vvutat kontra (14814/08);

-           it-tweġiba għall-applikazzjoni konfermatorja 19/c/01/08 magħmula mis-Sur Ante WESSELS (15476/08);

-           it-tweġiba għall-applikazzjoni konfermatorja 20/c/01/08 (15705/08); u

-           it-tweġiba għall-applikazzjoni konfermatorja 21/c/02/08 magħmula mis-Sur Oliver REMIEN (15717/08).


ĦATRA

Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Kunsill adotta Deċiżjoni li taħtar bħala membru għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010, lis-Sur Juan Antonio MORALES RODRÍGUEZ, li jieħu post is-Sinjura María Dolores ALARCÓN MARTÍNEZ.

 



[1] Din is-serje ta' miżuri tinkludi l-proposti li ġejjin:

 

            - Direttiva li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex ittejjeb u twessa' s-sistema
għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra
("reviżjoni EU ETS") (5862/08)

            -Deċiżjoni dwar l-isforz magħmul mill-Istati Membri tal-UE biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom ta' gassijiet serra biex
jikkonformaw mal-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet bħal dawn sal-2020
("kondiviżjoni tal-isforz barra s-sistema tal-iskambju tal-emissjonijiet") (5849/08);

            -Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli
("Direttiva dwar sorsi ta' enerġija rinnovabbli") (5421/08);

            -Direttiva dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju
("Direttiva dwar il-qbid u l-ħżin tas-CO2") (5835/08).


Side Bar